Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

3 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet LAWDITUR Ġenerali ddikjara li l-Fond għall-Kawżi Ġusti kif inhu amministrat illum hu ferm aħjar u iktar b'saħħtu minn kif kien amministrat fl-2013. Dan il-fond kien dejjem riżultat ta' kontroversja politika bil- politiċi ġieli kienu akkużati li jużawh biex jixtru l-voti. Però jidher li din is-sitwazzjoni nbidlet wara rapport li l-Awditur Ġenerali stess kien għamel ftit tas-snin ilu. Għalkemm f 'rapport meqjus bħala follow up l-Awditur Ġenerali mmarka punti fejn għad jista' jkun hemm titjib kien ċar li meta qabbel dak li sab illum ma' dak li sab f 'rapport tal-2013 sab bidla għall-aħjar. Saħansitra fil- konklużjonijiet tiegħu qal: "L-Awditur Ġenerali jinnota li kien hemm progress sinjifikanti wara l-investigazzjoni tal-2013." Dik is-sena l-Awditur Ġenerali kien iddikjara b'mod ċar kif kien hemm impenji li biex il-fond seta' jżomm magħhom kellu anke juża l-flus tas-snin ta' wara biex finanzjarjament il-Fond għall-Kawżi Ġusti kien fi kriżi. Ftit ftit is-sitwazzjoni inbidlet. L-impenji li sal-bidu ta' din is-sena kien daħal għalihom il-Fond u kienu għadhom ma tħallsux kienu jlaħħqu l-€1,093,724. Dan meta fil- Fond kien hemm bilanċ ta' €2,270.682. Il-fond idaħħal madwar €1.6 miljun fis-sena. Fl-2016, €976,463 ddaħlu minn taxxi fuq il-logħob u €617,674 minn premijiet tal-lottu mhux miġbura. Mir-rapport tal-Awditur Ġenerali jirriżulta li n-numru ta' applikazzjonijiet li tressqu fl-2016 kienu jlaħqu t-92. Minn dawn it-92 applikazzjoni kien hemm 16-il proġett li ngħataw finanzjament sħiħ, 28 ingħataw finanzjament parzjali. 20 applikazzjoni kellhom ikunu evalwati mill-ġdid fuq talba ta' iktar informazzjoni u proġett li kien marbut mal- ħarsien tal-annimali ntbagħat lid-Dipartiment tal-Ħarsien tal-Annimali. Kien hemm 27 applikazzjoni fejn kien miċħud il-finanzjament. Jirriżulta li l-Fond għall- Kawżi Ġusti jappoġġja inizjattiva annwali tal-Malta Community Chest Fund li huma Rockestra, il-ġirja tal-President u l-Istrina li bejniethom jieħdu €60,000. L-Awditur jinnota li għalkemm l-għan hu wieħed tajjeb dawn jaqbżu r-rakkomandazzjoni li ma jkunx hemm għotjiet ta' iktar minn €50,000 lill-istess organizazzjoni u għalhekk appella biex ikun hemm reviżjoni fil-linji gwida. Dan fl- istess ħin li l-Awditur Ġenerali nnota lil fil-maġġoranza assoluta tal-każi l-linji gwida kienu qed jiġu rispettati. Anke d-Dar tal-Providenza tgawdi minn għotja annwali. F'dan il-każ ta' €25,000. Għajnuna sostanzjali toħodha wkoll il-Malta Aviation Society biex tkun organizzata l-Airshow ta' kull sena. U l-Awditur Ġenerali nnota kif għajnuna daqshekk sostanzjali ta' kull sena wkoll titlob bidla fir-regoli dan mingħajr ma daħal fil-mertu ta' jekk hix kawża ġusta jew le. Xi ħaġa li żgur iweġbuha b'mod pożittiv id-dilettanti tal-ajruplani li jgħidu li l-air show ta' kull sena mingħajr din l-għajnuna ma ssirx. Għalkemm ir- residenti fl-akwata ta' fejn itiru l-ajruplani jaf jaħsbuha differenti. Tal-kawżi ġusti jingħataw medalja mill-Awditur Ġenerali • Rapport tal-Awditur Ġenerali jinnota titjib kbir Rockestra waħda mill- inizjattivi li ngħatat appoġġ mill-Fond għall- Kawżi Ġusti Il-Pulizija żżomm raġel li jista' jkun is-suspettat tal-qtil ta' Angelo Mangion ILPULIZIJA qed iżommu raġel li jidher li huwa s-suspettat tal-qtil ta' Angelo Mangion ta' 58 sena minn Ħal Qormi li nqatel il-Ġimgħa filgħaxija bi tliet tiri fi sparatura lejn il-ħanut tat-tappezzar Raymond Grima ta' 61 sena, fi Triq l-Imdina, f 'Ħ'Attard. Grima kellu jingħata l-kura medika wara li ndarab fl-isparatura b'tiri jolqtuh f 'żaqqu. Fl-isparatura, li seħħet għall-ħabta tas-6.15 ta' filgħaxija, ġew sparati b'kollox għaxar tiri. Dan meta persuni mhux magħrufa li kienu rekbin fuq mutur sparaw fid-direzzjoni tal-ħanut ta' Grima, qabel ma ħarbu fid-direzzjoni tar- Rabat. Jirriżulta li l-Pulizija rnexxielha tkellem lil Grima qabel ittieħed l-isptar. Ir-raġel miżmum, kien wieħed minn erbgħa li ġew arrestati mill-Pulizija fi ftit sigħat wara l-isparatura, u s-Sibt filgħodu huwa ttieħed l-isptar Mater Dei għal xi eżamijiet mediċi. Għadha mhix magħrufa r-raġuni wara dan il-qtil, b'bint Mangion tikteb fuq il-mezzi soċjali li missierha mar għand it-tappezzar biex jagħmel seat għal mutur. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, bil-Maġistrat Aaron Bugeja qed imexxi l-inkjesta.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017