Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Intervista 12 'Bnejna profil qawwi u reputazzjoni L -ILLUM titkellem mas- Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni Silvio Schembri dwar l-isdi li għandu quddiemu s-settur nanzjarju, il-konklużjonijiet li ħarġu mir-rapport tal-PANA l-Parlament Ewropew li kien ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet, iżda wkoll fuq il-futur li hu jara li jista' jkollu dan is-settur u l-investiment f 'setturi innovattivi ġodda li jistgħu jkomplu jsaħħu l-ekonomija. X'inhu l-istat tas-settur tas-servizzi finanzjarji fil-preżent? Pajjiżna rnexxielu jibni profil qawwi u reputazzjoni globali għas-servizzi eċċelenti li joffri f 'dak li għandu x'jaqsam mal-industrija tas-servizzi finan-zjarji. L-investiment dirett barrani li esperjenza pajjiżna fl-aħħar snin huma turija tal-fiduċja kbira li jgawdi minnha pajjiżna. Dak li qed jagħmel pajjiżna suċċess illum f 'dan is-settur iżda huwa li bħala pajjiż ma bqajniex marbutin ma' niċċa waħda, jew ma' qasam wieħed ta' dan il-qasam li rrid ngħid li huwa vast u li jinbidel malajr ħafna wkoll. Rajna investimenti f 'oqsma differenti u ġodda mhux biss għal Malta biss, iżda anke fid-Dinja kollha, l-aktar fil-qasam tal-Fintech (programmi elettroniċi użati fl-oqsma tal-banek u s-servizzi finanzjarji) meta wieħed qed jitkellem fil-qasam tas-servizzi finan- zjarji. Irrid ngħid li llum qegħdin fl-istat li qegħdin, b'pajjiżna huwa meqjus bħala wieħed mill-akbar ċentri għal dawn is-servizzi, għax konna flessibli, iżda aktar minn hekk aħna pajjiż li nadattaw malajr, forsi d-daqs żgħir tagħna jagħmilha aktar faċli wkoll, li nkomplu nikbru u niftħu l-bibien tagħna għal teknoloġiji ġodda. Fuq kollox illum hawn Gvern li huwa ta-bilħaqq favur in-negozju, billi fost l-oħrajn qed joħloq l-aħjar infrastruttura, billi jkun effettiv u joffri kull għajnuna lill-investituri li se jinvestu flushom biex ikabbru ġidhom iżda fuq kollox li se jwasslu għal aktar tkabbir ekono-miku għalina bħala pajjiż flimkien ma' aktar impjiegi għall- ħaddiema Maltin u Għawdxin. Sodisfatt bil-konklużjonijiet tar- rapport tal-PANA? Ir-rapport PANA kkonferma dak li kien magħruf diġà qabel. Ikkonferma li pajjiżna mhuwiex xi 'tax haven' kif ipprovat tingħata l-impressjoni kemm minn barranin, li b'mod effettiv għandhom interess hekk kif ikun hemm element ta' għira minn pajjiżi oħra għall-andament ekonomiku tajjeb ħafna li għandu pajjiżna u anke minn dak li qalu xi esponenti politiċi hawn f 'Malta. Il-Kumitat PANA qal ukoll li Malta timxi fuq ir-regoli u l-leġiżlazzjonijiet Ewropej u dawk tal-OECD. L-ikbar ċertifikat tal-konklużjonijiet li ħarġu mir-Rapport PANA tawh iżda l-istituzzjonijiet ewlenin finanzjarji ta' pajjiżna; l-Aġenzija Finance Malta, il- Kamra tal-Kummerċ ta' Malta, il-Kamra tal-Kummerċ ta' Għawdex u l-Istitut tal- Operaturi tas-Servizzi Finanzjarji (IFSP) li mhux biss ikkonfermaw li pajjiżna huwa konformi mar-regoli kollha eżi- stenti, iżda għamlu appell importanti lill-imsieħba kollha fil-qasam, lill- politiċi, lill-Maltin u l-Għawdxin, biex kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Kif tara li dan is-settur se jkun fi żmien 5 snin oħra? Mingħajr dubju dan is-settur se jibqa' jkun wieħed mill-akbar pilastri, fost l-aktar importanti u rrid ngħid sodi tal-ekonomija tagħna. Il-fatt li f 'dan is-settur hemm taħlita ta' investiment qawwi f 'dak li huma prattiċi hekk imsejħa tradizzjonali kif ukoll dawk ġodda u emerġenti huwa bażi soda ħafna għal pajjiżna. Importanti f 'dan kollu r-regolarizazzjoni tas-settur li huwa wieħed b'saħħtu u għaldaqstant, l-effettività tiegħu turi s-serjetà li biha jimxi pa-jjiżna. Dan filfatt innotawh il-Kumitat PANA fir-rapport tagħhom. Hemm ukoll il-protezzjoni tal- konsumatur flimkien mal-kapital u s-serjetà li bihom jimxu l-banek. Dawn l-elementi kollha jħallu lil dan is-settur f 'pożizzjoni b'saħħitha fil-futur. Dwar is-settur tal-gaming kif tara li l-qafas regolatorju se jkun qed jgħin biex dan jissaħħaħ? Biex jiżdied it-tkabbir fis-settur tal-gaming, irid ikun hemm qafas regolatorju li jkun loġiku, ibbażat fuq l-evidenza, mizuri ġusti, mekkaniżmi u proċessi li jiddaħħlu fis-seħħ b'mod effiċjenti u konsistenti għal kull tip ta' gaming. L-industrija tal-gaming hija kontinwament soġġetta għal żvilupp f 'sens ta' konverġenza, teknoloġija u ż-żieda ta' kemm hija attraenti bħala settur. Dan jittieħed inkonsiderazzjoni anke mil-lat regolatorju. Ir-regolatur, l-MGA, jaħdem biex jipprova jsib bilanċ ġust biex ikun hemm l-aqwa klima biex kumpaniji regolati jkunu jistgħu jkomplu jikbru fl-istess waqt li tkun enfasiz-zata mġiba responsabbli u legalment ġusta. Il-White paper li ġiet ippubblikata dwar il-qafas regolatorju ġdid tas-settur tal-gaming u li tressqet għall-konsultazzjoni pubblika hija parti minnn strateġija biex tpoġġi lill-awtorità f 'pożizzjoni li tkun future proof u li tibqa' relevanti f 'din l-industrija li dejj- em tinbidel. Il-qafas regolatorju l-ġdid ser isaħħaħ is-settur tal-Gaming għaliex ser ikun qed jinkorpora fih proċessi loġiċi u maħsuba għall-futur, ser ikun qed jissimplifika l-proċessi regolatorji u jutilizza sistema 'risk based' b'rabta ma' 'compliance' fejn ir-regolatur ikun jista' jiffoka l-attenzjoni tiegħu fejn ikun hemm l-aktar ħtieġa. Dan il-qafas qed jiġbor fih il-liġijiet kollha relatati mal-gaming f 'liġi waħda u qed jaġġorna liġijiet antiki li ilhom fis-seħħ snin. Tul dan il-proċess, l-awtorità qed iżżomm djalogu miftuħ bħalma tagħmel dejjem mal-operaturi u mal-industrija, għaliex temmen li dawn jistgħu jagħtu kontribut biex jiżviluppaw il-futur ta' din l-industrija. Mhijiex koinċidenza li operaturi Maltin li huma liċenzjati f 'ġurisdizzjonijiet oħra għażlu lil pajjiżna biex jistabbilixxu s-servizzi u l-operazzjonijiet globali tagħhom. It-tkabbir stabbli li għandna fil-pajjiż, u l-ekosistema li wasslet biex pajjiżna jkun ċentru ta' eċċellenza, jgħinu lil din l-industrija, però din l-industrija ma komplitx tikber b'kumbinazzjoni, iżda b'ħidma minn regolatur li jaf jagħmel użu tajjeb mill-informazzjoni u l-esperjenza li ggwadanja fl-aħħar snin. Minbarra l-ħidma li saret u li għadha qed issir fuq il-qafas rego- latorju, tul dawn l-aħħar snin, l-awtorità Maltija għall-gaming ħadmet ukoll biex issaħħaħ ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħha permezz ta' investiment fis- sistemi tal-IT, fir-riżorsi umani, u policies li ġew riveduti għal ħtigijiet tal- lum. L-investiment li sar f 'din l-awtorità kien neċessarju għaliex f 'pajjiż fejn is-settur tal-Gaming jikkontribwixxi tant, tikber il-ħtieġa li jkollok regolatur b'saħħtu, innovattiv, u fuq kollox indipendenti, li jimplimenta politika dwar gaming u li jwassal li jkun hemm sostenibbilità. Huwa regolatur b'saħħtu wkoll li jwassal biex iżomm l-industrija eżistenti u jkompli jattira aktar inves- timent lejn pajjiżna. Bl-ammont ta' ħaddiema li jinkludi s-settur tal-gaming, kif il-pajjiż se jkun qed jindirizza ħtiġijiet li s-settur qed iġib miegħu bħalma huma l-infrastruttura u l-propjetà? L-ispażju hija problema ta' pajjiż żgħir bħal tagħna, iżda bil-ħidma ta' bosta entitajiet bħalma huma l-Awtorità Maltija għal-Logħob, il-Malta Enterprise, bħala pajjiż qed noffru l-aqwa servizz possibbli anke f 'dak li għandu x'jaqsam ma' propretajiet fejn joperaw dawn il-kumpaniji li magħhom iħaddmu mijiet ta' ħaddiema. Apparti l-propjetà, pajjiżna qed jaffaċja wkoll sfidi fil-kirjiet ta' propjetà privata, hekk kif ikunu bosta l-ħaddiema barranin ukoll li jiġu jaħdmu f 'dan is-settur, kemm minħanna l-iskills li għandhom anke minħabba l-lingwi li jitkellmu. Meta d-domanda hija daqstant kbira, allura qed jgħolew il-prezzijiet u kien propju għalhekk li dan il-Gvern, fl-aħħar baġit, ħabbar li se tkun qed tinħareġ white paper sabiex dan il- qasam ikun indirizzat. Irid ngħid li hawn problema wkoll f 'dak li huma skejjel għall-barranin, min jiġi f 'pajjiżna ovvjament irid jibgħat lil uliedu sabiex jistudjaw u jieħdu l-edukazzjoni tagħhom. Fejn qed imorru fuq il-kunċett tal- 'cryptocurriences'? Cryptocurrencies kif ukoll il- blockchain huma innovazzjonijiet li kulma jmur qed isiru aktar importanti. Bħala regolatur innovattiv u li jħares 'il quddiem, inħossu l-ħtieġa li nilqgħu dawn il-kunċetti fl-istess waqt li nistudjaw sew ir-riskji u l-opportunitajiet li jġibu magħhom. • Silvio Schembri jitkellem mal-ILLUM fuq il-futur tas-servizzi finanzjarji • Jgħid li r-rapport tal-PANA kkonferma li pajjiżna mhux 'tax haven' jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Silvio Schembri jżur l-Awtorità ta' Malta għall-Gaming

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017