Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 20 of 35

21 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Editorjal Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Quo Vadis? I n-nomini għall- pożizzjonijiet - amministrazzjoni tal- Partit Nazzjonalista ngħalqu aktar kmieni din il-ġimgħa. In-nomini li ntefgħu (u dawk li ma ntefgħux) ma naqqsux mill- kontroversja għax jindikaw proċess li jista' jkun għaddej ħdan il-partit. Hemm żewġ ħsibijiet paralleli li joħorġu minn dan il-proċess li nistgħu nanalizzaw. Dawn jistgħu jkunu wkoll it-toroq li l-Partit Nazzjonalista se jgħaddi minnhom l-futur u li jistgħu kif jgħidu bl-Ingliż 'make or break' lill-partit, li kellu togħmiet morri ta' żewġ telet elettorali, li ħallew it- togħma ħażina minħabba li l-ħsieb wara d-deċiżjonijiet politiċi, li fuqhom kienet ibbażata l-kampanja elettorali ħalliet lill-Partit Nazzjonalista mħasseb. Għaliex qed ngħidu dan? Għaliex il-ħassieba politiċi tal-partit kollha kienu konvinti bil-messaġġ tagħhom iżda ma fehmux li dan il-messaġġ ma kienx l-istess lingwaġġ tan-nies hemm barra. Emmnu li l-messaġġ tagħhom kellu jkun is-sisien għall-partit fis-snin ta' wara. Ir-riżultat iżda kien telfa elettorali kbira. Dan il-ħsieb politiku li wħud jiddeskrivuh bħala elitista, wassal biex Adrian Delia sar Kap ġdid tal-partit, għax riedu bidla minn dan il-ħsieb. Kien Delia stess filfatt li kkonferma dan waqt intervista, meta qal li mhux kull min ivvutalu neċessarjament ried lilu imma għax fih ra bidla fir- rotta. Din il-bidla mill-ħsieb politiku minn ta' qabel l-elezzjoni, issa rriżultat fl-istrutturi kollha tal-partit, bin-nomini li rajna. Mela din hija l-ewwel triq li l-Partit Nazzjonalista jista' jieħu, li jkun hemm nies tal-Kap il-ġdid fl-istrutturi, u li jiġi mwarrab totalment il-messaġġ politiku ta' qabel l-elezzjoni ġenerali. Din it-triq mhix faċli bħalma wieħed jaħseb, lanqas ma hija ovja għax ma jfissirx li Delia huwa l-Kap mela allura għandu xi 'clean sheet' li jagħmel li jrid. Dan għaliex partit politiku jrid jgħaddi minn proċessi demokratiċi biex jinbidlu l-affarijiet. Meta hemm kuntrast ta' ħsibijiet f 'partit ikun hemm min iweġġa' u min jiddejjaq. Hekk ġara tant li rajnieha f 'personaġġi li kienu voċiferi qabel, waqt u wara l-kampanja għall-Kap. Persuna oħra li nistgħu nqisu vittma ta' dan il-proċess huwa David Casa, għaliex saħansitra qabel l-elezzjoni għall-Kap il-ġdid kien qal li jixtieq li jsir Segretarju Ġenerali, iżda n-nomina tiegħu ma waslitx. Kien qed jissemma Pierre Portelli għal din il-kariga, li kien magħruf li huwa qrib ta' Delia, u li David Casa kien se jsib għadma iebsa li jegħleb. Ftit sigħat qabel ma għalqu n-nomini, David Casa ddeċieda li mhux se jikkontesta għal Segretarju Ġenerali. Possibbilment saru kalkoli li kienu qed juru li Pierre Portelli kien se joħroġ rebbieħ f 'elezzjoni ma' David Casa. Ġara iżda li ftit tal-minuti qabel ma għalqu n-nomini u Casa jum qabel kien qal li mhux se jikkontesta, Pierre Portelli ngħata kariga maniġerjali fil- midja tal-partit u b'hekk is-Segretarju Ġenerali se jsir Clyde Puli, li wkoll huwa magħruf li huwa qrib ta' Adrian Delia. David Casa, li hemm min iqisu parti mill- 'establishment' fil-partit baqa' mingħajr il-kariga li kien ilu jixtieq. Dan il- logħob wara l-kwinti ma jawgura xejn sabiħ għall- għaqda. It-tieni triq li nistgħu nanalizzaw hija sempliċi, dawk li jitqiesu parti mill- 'establishment' fil-Partit Nazzjonalista huma nies validi politikament, oħrajn ġew eletti mill-poplu f 'Malta jew fi Brussell. Issa li Adrian Delia qed jissaħħaħ fil-partit, li wħud kienu jaħsbu li kienu qed jirtuh, għandhom quddiemhom għażla ferm importanti li jridu jagħmlu, u hawn nerġgħu mmorru lura għal dik it-togħma ħażina li tkellimna dwarha qabel, jew jippersistu fil-ħsieb politiku ta' qabel l-elezzjoni ġenerali għax jemmnu li hija verament l-aħjar triq għall-partit u b'ċans li tintilef elezzjoni oħra, jew iwarrbu jew jiġu 'on board' mal-politika ġdida ta' Delia. Il-ballun jinsab fil-grawnd u l-ewwel appuntament jinsab fil- kantuniera, fl-elezzjoni biex jinħatru l-MEPs fl-2019. Jekk il-PN jerġa' jfalli bil- kbir ikun messaġġ ċarissimu li ma nbidel xejn u kollox baqa' l-istess. Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017