Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 | illum Sports 29 Yobetit tisponsorja lill Swieqi Phoenix Handball Club YOBETIT huma l-isponsors ewlenin tat-tim tal-handball Swieqi Phoenix wara ftehim li ġie ffirmat f 'Ġunju li għadda. Dan il-klabb huwa wieħed minn fost klabbs oħra li l-kumpanija tisponsorja. F'Settembru li għadda, Swieqi Phoenix bdew bit- tajjeb hekk kif rebħu t-Tazza Indipendenza. Il-league tal-handball f 'Malta huwa magħmul minn ħames timijiet, li jikkompetu fl-ogħla diviżjoni u tmien timijiet li jikkompetu fit-tieni diviżjoni fil-kategorija tal- irġiel. Il-Malta Handball Cup tintlagħab darba fis-sena u għall-edizzjoni ta' din is-sena pparteċipaw ħames timijiet, hekk kif il-kompetizzjoni hija miftuħa għat-timijiet tal-ewwel diviżjoni., bi Swieqi Yobetit spiċċaw fit-tieni post wara li rebħu tliet logħbiet u tilfu waħda konta r-rebbieħa tat-tazza Aloysians Prominent. Il- Malta Handball League beda s-Sibt li għadda bi Swieqi Yobetit jerġgħu jilgħabu kontra Aloysians Prominent u rebħu bl-iskor ta' 28 kontra 20. minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................... 1 Lija A ............................ 1 FILPARTITA bejn St Andrews u Lija Athletic, irrenja bilanċ assolut hekk kif dawn iż-żewġ timjiet temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 1-1. Dan id-draw fisser li Lija Athletic baqgħu igawdu vantaġġ ta' żewġ punti fuq l-istess Lija Athletic. Għalkemm, Lija Athletic, gawdew il-vantaġġ tagħham għall-ħinijiet twal fil-partita, kienu St Andrews li ħolqu l-aktar okkażjonijiet ta' skor tul id-90 minuta iżda kien biss permezz ta' penalty tard fil-logħba, li huma kisbu d-draw. Lija Athletic irnexxielhom jiftħu l-iskor fl-14-il minuta meta Abubakar Bello-Osagie għadda tajjeb lejn Raphael Kooh-Sona li x-xutt sabiħ tiegħu għeleb lil Matthew Calleja Cremona. St Andrews resqu viċin li jġibu l-iskor indaqs f 'diversi okkażjonijiet u fis-76 minuta, tentattiv ta' Misael Miranda Gomez ġie mblukkat minn fuq il- linja fatali u mir-rebound, daqqa ta' ras ta' Tano Azian ġiet ikklerjata minn fuq il- linja minn Patrick Borg. Tliet minuti biss wara, is- Saints rebħu penalty meta Martin Davis twaqqa' fil- kaxxa, u mill-11-il metru nkariga ruħu l-captain Joseph Farrugia li ma żbaljax. St Andrews Calleja Cremona, Pena Beltre, Borg, Friggieri, Atkinson (Azian 52'), Butler (Miranda Gomez 70'), Grima, Farrugia, Walker, Davis, Blagrove Lija A. Bonnici, Babic, Borg (Muscat 78'), Scerri, Sammut (Spiteri 67'), Schembri (Varela 73'), Kooh Sohna, Bello-Osagie, Cassar, Sidibe, Leeflang Referi Stefan Pace minn Cristian Antony Muscat Balzan ............................1 Tarxien R ........................0 KELLU jkun gowl uniku tal-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic li ta tliet punti prezzjużi lil Balzan hekk kif huma kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Tarxien Rainbows. Balzan ħarġu fuq l-offenisva u fl-ewwel minuta Bojan Kal¬jevic kellu daqqa ta' ras mill-qrib wara li rċieva minn kross tajjeb ta' Justin Grioli, tiġi mblukkata mill-goalkeeper Cassar biex evita kull periklu. Iżda, fit-tmien minuta Balzan fetħu l-iskor fejn kien mill-ġdid Bojan Kaljevic li din id-darba ma falliex mill-qrib wara li rċieva minn kross ta' Samir Arab. Fit-tieni taqsima, Balzan komplew jiddominaw bl- ewwel azzjoni perikoluża joħloqha Alex Da Paixao Alves li kkrossja għan-nofs imma Bojan Kaljevic minn qagħda tajba xeħet barra permezz ta' daqqa ta' ras. Fid-69 minuta, Balzan kellhom ċans tad-deheb li jirduppjaw l-iskor meta Bojan Kaljevic kellu xutt mill-qrib imblukkat minn Christian Cassar bil-ballun jasal għand Alfred Effiong li iżda x-xutt tiegħu ħabat ma' sieq il-lasta u ntemm barra. Minuta biss wara, cross ta' Carlos De Fiori Mendes ġie nter¬ċettat fil-ħin minn Christian Cassar qabel setgħu jilħqu Bojan Kal¬jevic jew Alfred Effiong. Tarxien Rainbows ħolqu l-ewwel periklu fit-73 minuta permezz ta' freekick ta' Calin li għadda jħakkek mal-wieqfa. Balzan Mintoff, Grioli (Borg 90'), Johnson, Effiong (Zerafa 87'), Ljubomirac, Lepovic, Kaljevic, Giglio De Oliveira, Da Paixao Alves (Platisa 90'), De Fiori Mendes, Arab Tarxien R. Cassar, Baker, Brincat, Calin (Brincat 90'), Agius (Traore 87'), Grech, Scicluna, Benes, Darmanin, Silva Faria, Desira Buttigieg (Cilia Mumford 74') Referi Darryl Agius MARTIN DAVIS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mil-ġurnalisti preżenti. Ingħaqad ma' St Andrews matul is-sajf li għadda. Rebbaħ il-penalty tant importanti għas-Saints fid-79 minuta. CARLOS EDUARDO DE FIORI MENDES Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Qed ikollu staġun mill-aqwa ma' Balzan. Għalkemm ma niżżilx ismu fuq il-lista tal-iskorers, kien l-aqwa plejer fil-grawnd. Bilanċ assolut bejn Lija Athletic u St Andrews Gowl uniku ta' Bojan Kaljevic jagħti tliet punti prezzjużi lil Balzan John Zammit, Joe Bajada u Daniel Borg Olivier ikkonfermati fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu JOHN Zammit, Joe Bajada u Daniel Borg Olivier kienu kkonfermati fit-tmexxija tal- Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu fil-karigi rispettivi ta' President, Segretarju Ġenerali u Teżorier. Dan seħħ wara li huma ma kinux ikkontestati għal dawn il-karigi waqt il-Laqgħa Annwali Ġenerali li nżammet nhar is-Sibt 4 ta' Novembru 2017. John Zammit ilu fil-kariga ta' President tal- Federazzjoni għal dawn l-aħħar 14 il-sena, filwaqt li għal Joe Bajada dan ser ikun it-tieni term tiegħu fil-kariga ta' SegretarjuĠenerali. Matul l-aħħar sena Bajada kien ġie anke elett bħala voting delegate tal-International Cycling Federation. Għat-Teżorier Daniel Borg Olivier dan ukoll ser ikun it-tieni term tiegħu wara li fis-sentejn ta' qabel kien serva wkoll bħala Segretarju Ġenerali. It-tliet uffiċjali raddew ħajr lid-delegati tal-Klabbs u tal- Assoċjazzjonijiet kollha affiljati għal fiduċja li huma reġgħu wrew fihom fit-tmexxija tal-Federazzjoni Maltija taċ- Ċikliżmu. Mix-Xellug għal-Lemin: Daniel Borg Olivier, John Zammit u Joe Bajada

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017