Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Ħal Qormi b'sistema elettronika li turi l-postijiet disponibbli għall-parkeġġ FILLOKALITÀ ta' Ħal Qormi ġew installati numru ta' tabelli elettroniċi li jagħtu indikazzjoni lis-sewwieqa li jgħaddu jew joqogħdu f 'din il-belt kemm hemm postijiet vojta ta' parkeġġ f 'toroq partikolari. It-tabelli jew 'electronic scoreboards' jaħdmu b'tali mod li juru l-ammont ta' kaxxi għall- parkeġġ li jkunu battala f 'dak il-mument u jiġu aġġornati kontinwament b'mod elettroniku. Dan il- proġett pilota, li diġà kiseb ħafna kummenti pożittivi, qed jgħin mhux ftit biex jonqsu l-karozzi li jdumu jduru fl-istess toroq għall- parkeġġ. Dwar din is-sistema innovattiva, l-ILLUM tkellmet mas-Sindku ta' Ħal Qormi Jesmond Aquilina li spjega kif f 'din il-lokalità hemm problema kbira ta' parkeġġ kważi f 'kull parti, li iżda tikber fl-inħawi kummerċjali jew it-toroq li fihom ġiet imnedija din l-inizjattiva. Is-Sindku spjega li din l-idea nibtet wara li l-Kunsill Lokali xtaq li jagħmel inizjattiva innovattiva li tindirizza waħda mill-problemi taċ- ċirkolazzjoni tat-traffiku fil- lokalità u biex japplika għall- kompetizzjoni mnedija minn Transport Malta bl-isem ta' Mobility Action Awards. Fil- fatt, Transport Malta kellha rwol biex saret din is-sistema elettronika tal-parkeġġi meta approvat il-proġett u għenet b'finanzjament ta' €50,000 wara li l-Kunsill Lokali rebaħ il-kompetizzjoni tal- mobbilità. L-ILLUM staqsiet ukoll kif din l-inizjattivà se tkun qed tikkumplimenta numru ta' xogħlijiet oħra li fil-preżent qed isiru f 'din il-lokalità għall-immaniġjar aħjar tat- traffiku. Is-Sindku ta' Ħal Qormi Jesmond Aquilina spjega li filwaqt li stenna aktar konsultazzjoni minn Transport Malta b'mod speċjali dwar l-immaniġjar tat-traffiku waqt ix-xogħlijiet, il-ħidma li qed issir mill- Awtorità billi jiċċeknu r-'roundabouts' u t-twessigħ ta' Triq Manwel Dimech u Triq l-Imdina, bdew jagħtu r-riżultati mixtieqa fejn it- traffiku qed jaħdem aħjar. Qal li hemm bżonn iżda ta' miżuri oħra, għaliex il-Kunsill irċievi osservazzjonijiet li m'hemmx direzzjonijiet biżżejjed li jagħtu aktar sigurtà. Jesmond Aquilina spjega li din is-sistema b'electronic scoreboards' għall-parkeġġi tgħin biex karozzi li jkunu intenzjonati li jipparkjaw fl-inħawi fejn sar dan il-proġett pilota, ma joqogħdux iduru fl-inħawi għal xejn ifittxu l-parkeġġ iżda minflok imorru fit- toroq l-oħra fejn is-sistema elettronika tindikalhom. Jesmond Aquilina jħoss li din l-inizjattiva flimkien max-xogħlijiet ta' Transport Malta se jtejbu s-sitwazzjoni tat-traffiku f 'Ħal Qormi. Is-Sindku ta' Ħal Qormi qal li jħares 'il quddiem biex isiru investimenti oħra bħal din is-sistema f 'inħawi oħra fl-istess lokalità. Fil-preżent is-sistema tal-parkeġġ bit- tabelli elettroniċi tinsab installata f 'parti minn Triq il-Vitorja, parti minn Triq il-Ġdida, parti minn Triq San Bartilmew, Triq Bertu Hyzler, parti minn Triq Antonio Muscat Fenech u Triq Żinżel. POSTIJIET TA' PROKURATUR LEGALI FL-UFFIĊĊJU TAL-AVUKAT ĠENERALI L-Uċċju tal-Avukat Generali qiegħed jilqa' applikazzjonijiet f 'pozizzjoni ta' Prokuratur Legali. L-applikanti magħżula jigu impjegati fuq bazi full-time u jkunu mistennija jaħdmu mhux inqas minn erbgħin siegha l-gimgħa. L-applikanti irid ikollhom warrant ta' Prokuratur Legali. Applikazzjonijiet u l-Curriculum Vitae għandhom jintbagħtu lil: Amministrazzjoni (Jobsplus 597/2017) Uċċju ta'l-Avukat Generali Il-Palazz, Il-Belt, Valletta Mhux aktar tard minn nhar il-Gimgħa l-1 ta' Dicembru, 2017 sa nofsinhar. • Tabelli li juru kontinwament il-postijiet tal-parkeġġ f 'numru ta' toroq • Proġett pilota innovattiv li rċieva għanjnuna finanzjarja minn TM jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino It-tabella elettronika li turi l-ammont ta' parkeġġ battal fit-toroq Is-Sindku ta' Ħal Qormi Jesmond Aquilina

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017