Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003
illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Sports 34 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- karozzi u kif għażilt id-drag racing u mhux tip ieħor ta' sport tal-karozzi? Fil-verità jien bdejt mill-Go Karts fejn kont immur nipprattika ta' spiss. Peress li ma stajtx inkompli l-futbol minħabba x-xogħol iddeċidejt illi nagħtiha għal dan il-passatemp. Jien kont inħobb kemm il-futbol kif ukoll il-karozzi imma kelli nagħżel liema wieħed nipprattika. U kien għalhekk li kif għedtlek bdejt bil-Go Karts u wara ftit żmien irnexxieli nsir champion tal-kategorija tiegħi f 'dan il-qasam. Darba minnhom imbagħad kont iltqajt ma' ħabib tiegħi illi kien iffissat fuq il-kwart ta' mil u beda jħajjarni biex nipprova d-drag racing. Fl-aħħar mill-aħħar ħadtha bħala sfida biex nara kemm jien kapaċi nsuq fi kwart ta' mil. Din l-isfida baqgħet għaddejja u mid-dehra għadha ma spiċċatx. Anzi fil-verità nisperaw li ma tispiċċax. Kellimna ftit dwar il-passat tiegħek fil-futbol. Nista' ngħid illi kont xi ftit sfortunat fil-futbol. Kont bdejt man-nursery ta' Sliema Wanderers meta kien għad kelli 12-il sena. Bqajt għaddej nilgħab magħhom għal tliet snin u saħansitra ġejt magħżul biex nilgħab mat-tim nazzjonali ta' taħt il-21 sena. Lgħabt ukoll Premier ta' 15-il sena ma' Luxol St Andrews u għamilt sentejn verament sbieħ. Kelli esperjenzi ma' Naxxar Lions u anke ma' Ħamrun Spartans meta dawn tal-aħħar kellhom lil Orazio Sorbello bħala kowċ. B'xorti ħażina kont weġġajt dahri u għamilt sena u nofs barra. Minn hemm bħal qisni kellha nibda mill-ġdid u kien il-klabb tat-Tielet Diviżjoni Melita illi kisbu l-firma tiegħi. L-aħħar klabb illi kont miegħu kienu Marsaxlokk u dak iż-żmien kelli 25 sena. Din kellha tkun l-aħħar avventura tiegħi għax ma stajtx inkompli għaddej bl-uġigħ li bdejt inħoss. X'differenza tara bejn il-Go Karting u d-Drag Racing? Ifhem it-tnejn li huma trid tkun tajjeb fihom biex tikkompeti. Ovvjament hemm stili differenti involuti fiż-żewġ attivitajiet. Fil-Go Karting għandek aktar ħin ġot-trakka, trid iktar fiżika għaliha u għandek iktar delikatezza. Min-naħa l-oħra fejn jidħol drag racing, għandek bżonn ta' iktar preparazzjoni u li t-tim ikun magħqud ħafna, b'hekk imbagħad joħroġ ir-riżultat. Meta qed inkellmek fuq il-kategorija li nieħu sehem fiha jien, qed nitkellmu fuq livell aktar għoli kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll bħala tim. Kemm huwa importanti l-bidu fid-drag racing (l-istart)? Bla dubju importanti ħafna li jkollok bidu tajjeb! L-istess bħal Formula 1 importanti li jkollok start tajba. Jekk tikkompara llum ma' 30 sena ilu, l-affarijiet inbidlu għax il-karozza saru tant viċin xulxin li s-sewwieq sar jagħmel ftit differenza. Min jara dan l-isport minn barra ma jagħtix kas. Fid-drag racing l-istess ħaġa, tant sar hemm karozza simili li telgħu livell li m'hemmx limitu li s-sehem tas-sewwieq naqas ferm. Min-naħa l-oħra, il-lights huma importanti biex taħsad is-sewwieq ta' maġenbek u tieħu l-vantaġġ meħtieġ. Kull sekonda tgħodd, anzi kull frazzjoni ta' sekonda għax tista' tiswielek ir-rebħa finali. X'tip ta' taħriġ tagħmel sabiex dejjem tkun fl-aqwa tiegħek? Ili għaxar snin fid-dragracing u dejjem nipprova nipperfezzjona l-ħiliet tiegħi. Importanti illi fid-dragracing ikollok riflessi tajbin u tkun fiżikament b'saħħtek ħalli tkun aħjar mill-kompetitur tiegħek. Tgħidli għal erba' sekondi qed titrenja? Jien ngħidlek illi nkun qed nitrenja għal weekend sħiħ. Dan minħabba illi trid tibqa' konċentrat mill-Ġimgħa sal-Ħadd filgħaxija. Jien għandi personal trainer u kull filgħodu mmur il-gym filwaqt illi nieħu ħsieb li jkolli dieta tajba. Jien m'iniex bniedem professjonali f 'dan l-isport iżda nġib ruħi u nieħu ħsieb daqs li kieku persuna li naqla' x'niekol minnu. Kif jirnexxielek tlaħħaq max-xogħol u mad-drag racing? Nipprova nagħmel l-impossibli kuljum! Ix-xogħol tiegħi bla dubju huwa iktar importanti mill-isport u aħna bħala pajjiż ftit insibu għajnuna minn sponsors u entitajiet oħra. Minkejja kollox nipprova nibbilanċja kemm nista' ħa nlaħħaq kemm nista'. Għalhekk filgħodu nqum kmieni għat-taħriġ tiegħi u fi tmienja u nofs nerħilha lejn ix-xogħol. Dak il-ħin eżatt il-mowbajl jibda jdoqq u ma jiqafx qabel it-tmienja ta' filgħaxija. F'xi ħin matul il-ġimgħa dejjem nikkomunika mat-tim tiegħi biex nara li kollox ikun ippreparat għat-tiġrija li jmiss. Kull nhar ta' Sibt niltaqgħu l-garaxx biex naraw xi jkun imiss u x-xogħlijiet li jridu jsiru. Kemm issibu għajnuna bħala assoċjazzjoni minn SportMalta? Jien inħoss illi għal-livell ta' sport illi nipprattika jien għandi bżonn karozza li tkun top fuel. Nemmen illi l-fondi li jingħatawlna mhumiex biżżejjed minħabba li l-kwalità ta' vetturi f 'tellieqa huma differenti. Kemm issibu għajnuna mill-Malta Motorsport Federation? Mill-MMF sibt ħafna għajnuna fil- limitazzjonijiet kollha tagħhom. Illum li wasalt fejn wasalt l-MMF iħobbu ħafna jikkonsultaw miegħi fuq ċerti affarijiet sabiex anke ngħin lill-kompetituri tiegħi. Jien nemmen illi għal ġid tal-isports nipprova nagħti l-għajnuna tiegħi lil kulħadd. L-istess federazzjoni tagħmilli promozzjoni kbira meta nkun ksibt xi suċċess u għalhekk nista' ngħid illi ngħinu lil xulxin. Taqbel illi jkollna korsa hawn Malta? Jekk nitkellem fuq drag racing ngħidlek illi għandna potenzjal qawwi u anke l-barranin bħal qishom entużjasti illi jsir xi avveniment internazzjonali hawn Malta illi jista' jġib lejn pajjiżna turiżmu sportiv ta' bejn 20,000 u 30,000 persuna. Fil-każ ta' korsa tal-formula 1 din naraha xi ftit impossibbli iżda nemmen illi jista' jkollna trakka li tkun dik li bl- Ingliż insejħulha FIA approved jiġifieri li jkollha l-approvazzjoni tal-assoċjazzjoni internazzjonali. Bħala drag racing kieku tkun idea tajba u tista' anke sservi biex ittejjeb l-ekonomija Maltija. Meta tqis u tara l-isport kollu f 'pajjiżna, il-motorsport diġà għandu potenzjal kbir tant illi qed ikollna suċċess ikbar mill-ieħor. Jekk f 'Malta jkollna trakka apposta nemmen illi s-suċċess ser ikompli jikber. Kif tqabbel it-trakka ta' Ħal Far ma' dawk Ewropej bħal dik li kkompetejt int f 'Santa Pod? Jien nixtieq nikkwota persuna illi ilu fid-Drag Racing għal dawn l-aħħar 40 sena. Dan tal-aħħar qal illi t-trakka ta' Ħal Far hija tajba u sabiħa daqs dik ta' Santa Pod. Vera wkoll illi din it-trakka li semmejt l-aħħar hija waħda mill-aqwa fl- Ewropa. Madankollu naħseb li ninsabu sodisfatti bil-faċilitajiet illi għandna Ħal Far. Meta tikkompeti int tagħmel dan mal-istess sewwieqa Maltin? Kemm –il darba tikkompeti barra minn Malta? Fil-verità darbtejn fis-sena jkolli testijiet "Jien nemmen illi d-Drag Racing mhux sport irħis. Għalhekk nissuġġerixxi li jibdew mill-Go Karts għax jgħinnek sabiex ikollok riflessi tajbin u tagħmel reazzjoni f 'ċerti mumenti tat- tellieqa. Apparti minn hekk dan l-isport jgħinek ħafna ħalli jkollok karattru sod u jikkalmak f 'mumenti fejn trid tieħu deċiżjoni importanti. Meta int timxi b'ċertu serjetà fl-isport li tkun qed tipprattika, awtomatikament ikollok ir-rispett minn dawk kollha ta' madwarek. U huwa għalhekk illi l-isport jagħtik ċertu personalità." Il-Malti Champion Ewropew Cristian Antony Muscat Duncan Micallef - Sewwieq Malti li tant għamel isem għal pajjiżna -aħħar xhur hekk kif trijonfa bħala Champion Ewropew tad-Drag Racing. "Jien nitħarreġ daqs kull atleta ieħor, nippepara fiżikament u mentalment għal xi kompetizzjoni. Mela hemmhekk diġà għandek element sportiv. Apparti minn hekk irid ikollok kapaċità illi ssuq dawk it-tip ta' karozzi . Allura bl-istess argument Formula 1, Rally u Go Karts mhux sports ukoll? Allura għaliex mhux ukoll id-Drag Racing?"