Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003
6 illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet • David Casa jsostni li l-kollass tas-saltna tad-dritt mhix b'kumbinazzjoni • Alfred Sant jgħid li din ir-riżoluzzjoni tmexxiet minn forzi fi ħdan il-PN Ir-riżoluzzjoni dwar Malta kif approvata il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill IRRIŻOLUZZJONI dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta ġiet approvata b'466 MEP jivvutaw favur. Apparti referenzi lejn is-sitwazzjoni f 'Malta u l-allegat imparzjalità fl- istituzzjonijiet. Ir-riżoluzzjoni titlob ukoll għal investigazzjoni internazzjonali indipendenti fuq il-qtil tal-Caruana Galizia, filwaqt li tappella lill-Konferenza tal-Presidenti biex kull sena jibda jingħata premju ġurnalistiku li jkun dedikat f 'isem il-ġurnalista Maltija. Il-vot ittieħed wara li jum qabel sar dibattitu dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta li matulha wħud mill-MEPs appellaw lill-Kummissjoni Ewropea biex tinvestiga s-sitwazzjoni f 'Malta. Dan meta l-Kummissarju Ewropew Frans Timmermans saħaq li minn analiżi li wettqet il-Kummissjoni stess jirriżulta li li ma hawn xejn ħażin fl-istituzzjonijiet u li huwa konformi mal-liġijiet Ewropej. Ir-riżoluzzjoni tressqet mill-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew apparti s-Soċjalisti u Demokratiċi. Dwar dan il-vot fil-Parlament Ewropea fuq is-saltna tad-dritt f 'Malta, l-ILLUM ħadet il-kummenti tal-Kap tad- Delegazzjoni Laburista Alfred Sant kif ukoll tal- Kap tad-Delegeazzjoni Nazzjonalista David Casa. jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino ILKAP tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew David Casa qal li l-vot fuq ir-riżoluzzjoni dwar l-istat tas-saltna tad- dritt f 'Malta, imressqa minn numru ta' gruppi politiċi kien wieħed b'saħħtu. Enfasizza li r-riżoluzzjoni għaddiet b'appoġġ minn deputati Ewro-parlamentari minn kull partit politika fil- Parlament Ewropew. David Casa spjega li din ir-riżoluzzjoni ssejjaħ lill- Kummissarju tal-Pulizija biex jieħu azzjoni u jinvestiga l-każ tal-Panama Papers, li fi kliemu "tħalla fuq l-ixkaffa b'mod skandaluż". Qal ukoll li dan meta hemm evidenza li fi kliemu kellha twassal għal akkużi kriminali. David Casa qal li r-rizoluzzjoni ssejjaħ ukoll lill-Gvern Malti jinvestiga kif il-bank Pilatus qed jopera minkejja dak li ddeskriva bħala "ksur ta' liġijiet bażiċi". Saħaq li l-Kummissjoni Ewropea issa se ti-dħol f 'dibattitu mal-Gvern Malti dwar l-istat tar-rule of law, jew kif inhi magħrufa s-saltna tad-dritt, f 'Malta biex tara li l-liġi qed tapplika għal kulħadd bl-istess mod u dan f 'kull ħin u f 'kull każ. L-MEP tal-Partit Nazzjonalista sostna li din is- sistema li min qiegħed fil-Gvern u min hu viċin tal-Prim Ministru huwa 'untouchable' hija marda li qed iġġib l-istituzzjonijiet ta' pajjiżna fix-xejn u sostna li min jaħseb li l-kollass tas- saltna tad-dritt hija xi ħaġa li ġrat b'kumbinazzjoni jkun qed jiżbalja. Casa qal li l-Prim Ministru appunta Kummissarju tal-Pulizija u Avukat Ġenerali li fi kliemu, se jobdu u se jimxu mal- istruzzjonijiet mogħtija lilhom mill-Prim Ministru. Qal li din ma tiġri fl-ebda pajjiż Ewropew jew demokratiku. David Casa qal li jekk persuna tibqa' siekta, tkun kompliċi u li ż-żmien tal-inattività spiċċa. Qal li spiċċa wkoll iż-żmien li kollox jgħaddi jew li qisu xejn mhu xejn u sostna li trid tittieħed azzjoni serja u ġusta. MINNAĦA tiegħu, il-Kap tad-Delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Alfred Sant qal li t-Tlieta li għadda, rajna koalizzjoni ta' forzi politiċi tikkritika lill-Gvern Malti dwar is-saltna tad-dritt f 'pajjiżna. Sant qal li dawn il-gruppi kollha sabu dik li ddeskriva bħala 'x-xoqqa f 'moxtha' biex Ewroparlmentari wieħed wara l-ieħor jikkritikaw lil Malta. Alfred Sant qal li fi kliemu dan kien moħmi minn fazzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista f 'Malta fil- grupp tal-Partit Popolari Ewropew. Fi kliem Sant, dawn 'avvelenaw' lill-Ewroparlamentari barranin bil-għan li jiddistabilizzaw lil Malta. L-MEP tal-Partit Laburista qal li din il-fazzjoni b'saħħitha fil-PN taf li tilfet il-poter tal- Gvern u fil-partit u mhix taċċetta t-telfa kbira elettorali fl-elezzjoni ġenerali ta' Ġunju li għadda. Alfred Sant enfasizza li d-diskors tal-governanza u tat- 'tax haven', li ntqal fil-Parlament Ewropew, ġej minn tentattivi li fi kliemu huma par-tiġġjani u bbażati fuq allegazzjonijiet bla ebda prova ta' xejn, u magħmula fuq affarijiet li ħafna drabi lanqas jinkollaw flimkien. Sant qal li l-PPE, li huwa l-akbar grupp fil-Parlament Ewropew ilu jiddefendi lil Victor Orban tal-Ungerija, li jkun akkużat kontinwament li jikser is-saltna tad-dritt f 'pajjiżu u magħhom ingħaqdu l-liberali. Qal li bħalhom għamlu l-Konservattivi li ġew ikkritikati li appoġġjaw lill-Gvern Pollakk, li wkoll huwa akkużat bi ksur tas- saltna tad-dritt. Sostna li magħhom ingħaqdu l-Ħodor u x-xellug estrem li jikkriti- kaw lil Malta u joqogħdu jlaqqmuha bħala 'tax haven'. Alfred Sant fakkar kif fi tmiem id-dibattitu, il-Kummissarju Frans Timmermans kien kategoriku fir-reazzjoni tiegħu dwar l-attakki li saru fuq Malta. Sant qal li r-riżoluzzjoni għaddiet iżda dan mhux se jwaqqaf lill-Gvern Malti milli jkompli jaħdem biex idaħħal aktar riformi soċjali, b'bilanċ u kuraġġ. Timmermans saħaq li minn analiżi li wettqet il-Kummissjoni stess jirriżulta li li ma hawn xejn ħażin fl- istituzzjonijiet u li huwa konformi mal-liġijiet Ewropej