Illum previous editions

illum 19 November 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet approvata se tmur quddiem l-Kunsill Ewropew Ir-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad- dritt f 'Malta kienet approvata b'466 MEP jivvota favur X'se jiġri issa minn din ir-riżoluzzjoni? WAQT id-dibattitu tat-Tlieta, il-Kummissarju Timmermans żvela li fis-Citizens' Report għall-2018, il-Kummissjoni se tkun qed tħares lejn il-prattiċi fi skemi bħalma huma taċ-ċittadinanza u se jingħataw linji gwida. Huwa ħeġġeġ lill-Gvern Malti biex jissieħeb fl-EPPO. Matti Maasikas f 'isem il-Presidenza tal-Estonja tal-Kunsill tal-Ewropa qal li l-Gvern Malti ħa d-deċiżjonijiet mal-ewwel wara l-qtil ta' Caruana Galizia u ntalbet għall- għajnuna tal-FBI, tal-esperti Olandiżi u tal-Europol. Saħaq li b'hekk Malta wriet li l-istituzzjonijiet qed jiffunzjonaw. Uħud mill-MEPs qalu li l-Kummissjoni Ewropea għandha twettaq riformi wa-ra li ġew żvelati l-Panama Papers u l-Paradise Papers, dan biex tiġġieled b'mod aktar effettiv prattiċi tal-ħasil ta' flus u evażjoni tat-taxxa. MEPs qalu li Malta mhix 'tax haven' u lanqas mhu ġust li jsir paragun mal-Ungerija u l-Polonja, għax il-Gvern Malti ħareġ l-id għall-għajnuna mhux bħalma għamlu dawn il-pajjiżi. IRRIŻOLUZZJONI kif għaddiet mill-MEPs fil-Parlament Ewropew issa se tmur quddiem il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill Ewropew, fejn jiltaqgħu l-Prim Ministri tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. Din mhux l-ewwel darba li saret talba lill-Kummissjoni Ewropew u lill-Parlament Ewropew biex jistħarrġu s-saltna tad-dritt f 'pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Aktar kmieni dan ix-xahar, Open Democracy kienu bagħtu ittra ffirmata minn 188 akkademiku fejn kienu talbu li tiġi mistħarrġa s-saltna tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u dan b'mod speċjali wara dak li kien seħħ fir-reġjun tal-Katalonja wara r-referendum għas-separazzjoni minn Spanja. Ftehim ta' għotjietlill-għaqdiet volontarji Għawdxin WAQT ċerimonja tal- okkażjoni fil-Ministeru għal Għawdex,kienu ppreżentati l-grant agreementslil sittax-il għaqda volontarjaf 'Għawdex li applikaw b'suċċessgħall- ewwel edizzjoni tal-Ministry for Gozo Non-Governmental Organisations Assistance Scheme 2017. Din l-iskema tnediet fit-12 ta' Lulju li għadda u l-għanijiet tagħha huma li ttejjeb it-tessut soċjali, kulturali, ekonomiku u ekoloġiku ta' Għawdex, u li tippromwovi u tinkoraġġixxi kultura ta' volontarjat u parteċipazzjoni f 'attivitajiet ta' volontarjat fi ħdan is-soċjetà Għawdxija. L-iskema saret ukoll biex tistimula l-koperazzjoni unetworkingbejn l-organizzazzjonjiet volontarji u biex trawwem il-kollaborazzjonibejniethom u l-Ministeru għal Għawdex permezz ta' proġetti kollaborattivi, inizjattivi u attivitajiet oħra. L-ammont massimu ta' għajnuna finanzjarja li kull Organizzazzjoni Volontarji setgħet tirċievi kien ta' massimu ta' €5,000. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana rringrazzjat lil dawk l-għaqdiet kollha, b' kollox tmienja u tletin,li ssottomettew l-applikazzjoni tagħhom. Hija stqarret li tħossha sodisfatta li l-iskema attirat tant interess. Il-proċess tal-għażla sar b'ħidma konġunta mal-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat u li minnha, sittax-il Organizzazzjoni Volontarja rnexxilha jibbenefikaw mill-iskema. Hija faħħret l-operat ta' dawn l-għaqdiet għall-kontribut siewi li jagħtu lis-soċjetà Għawdxija b'mod ġenerali u saħqet kif il-Gvern għandu l-obbligu li jsostni u jassisti lis-settur tal- volontarjat. Għalhekk l-iskop wara din l-iskema kien biex tingħata għajnuna finanzjarja għal dawk il-proġetti li l-għaqdiet xtaqu jmexxu 'l quddiem. Din l-iskema tant kienet suċċess li l-Ministru Justyne Caruana ħabbret ukoll li diġà bdew it-tħejjijiet biex tibda skema oħra simili fil-ġimgħat li ġejjin. Il-Ministru Caruana wiegħdet l-impenn massimu tal-Ministeru għal Għawdex biex jiġu sostnuti l-għaqdiet volontarji Għawdxin. "Il-ħidma tal-volontarjat tikkumplimenta dik li ssir f 'livell uffiċjali u tesprimi l-parteċipazzjoni ddedikata ta' ċittadini attivi fil-komunità. L-appoġġ tal-Ministeru għandu jħajjar sehem akbar minn kulħadd b'risq l-Għawdxin f 'diversi setturi," temmet tgħid il-Ministru Justyne Caruana.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 November 2017