Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/904003
Aħbarijiet 10 illum | Il-Ħadd 19 ta' Novembru 2017 AĦBARIJIET ONLINE .COM.MT WŽżizzjoni tista' tkun kofinanzjata minn fondi ǁƌŽƉĞũͬ&ŽŶĚŝŝůĂƚĞƌĂůŝ o SENIOR MANAGER (EU FUNDS) o PROGRAMME MANAGER (EU FUNDS) o PROGRAMME OFFICER (EU FUNDS) YĞĚũŝŶƚůĂƋŐħu applikazzjonijiet għallͲpożizzjonijiet ta' ^ĞŶŝŽƌDĂŶĂŐĞƌ;h&ƵŶĚƐͿ͕ WƌŽŐƌĂŵŵĞ DĂŶĂŐĞƌ ;h &ƵŶĚƐͿ͕ WƌŽŐƌĂŵŵĞ KĨĨŝĐĞƌ ;h &ƵŶĚƐͿ fi ħdan ilͲ DŝŶŝƐƚĞƌu għallͲĨĨĂƌŝũŝĞƚǁƌŽƉĞũƵůͲhŐǁĂůũĂŶnjĂ >Ͳapplikazzjonijiet iridu jintbagħtu lidͲŝƌĞƚƚŽƌĂƚ ŐħasͲ^Ğƌǀŝnjnjŝ <ŽƌƉŽƌĂƚƚŝǀŝ͕ Ministeru għallͲĨĨĂƌŝũŝĞƚǁƌŽƉĞũƵůͲhŐǁĂůũĂŶnjĂ͕ϯϭ͕dĂůͲWŝůĂƌ͕DĂƌƐĂŵdžĞƚƚZŽĂĚ͕ sĂůůĞƚƚĂ͕ s>d ϭϴϱϬ ƐĂ ŵŚƵdž ĂŬƚĂƌ ƚĂƌĚ ŵŝŶŶ ŶŽĨƐŝŶŚĂƌ ƚĂůͲĠimgħa, 24 ta' EŽǀĞŵďƌƵϮϬϭϳ͘ Aktar dettalji jistgħu jiġu pprovduti millͲ'ĂnjnjĞƚƚĂƚĂůͲ'ǀĞƌŶƉƉƵďůŝŬĂƚĂĨůͲ10 ta' EŽǀĞŵďƌƵϮϬϭϳ͘ >Ͳapplikazzjonijiet jistgħu jiġu mniżżla minn: ŚƚƚƉƐ͗ͬͬƉƵďůŝĐƐĞƌǀŝĐĞ͘ŐŽǀ͘ŵƚͬĞŶͬƉĞŽƉůĞͬWĂŐĞƐͬWĞŽƉůĞZĞƐŽƵƌĐŝŶŐĂŶĚŽŵƉůŝĂŶĐĞͬ &ŽƌŵƐĂŶĚdĞŵƉůĂƚĞƐ͘ĂƐƉdž Il-mara li allegatament inżammet f 'għar tbiddel il-verżjoni ILMARA li allegatament inżammet minn żewġha f 'għar fil-Kalkara qrib il-Forti Rinella, biddlet l-istqarrija tagħha għaliex kienet qed tibża' minn żewġha u ma riditx li jkollha problemi mal-liġi. Il-Qorti semgħet kif din l-evidenza kontra r-raġel mis-Seychelles, li jinsab akkużat bi stupru, abbuż u attentat ta' qtil ta' martu, inbidlet għaliex il-mara ta' 46 sena kienet qed tibża'. Il-mara kienet instabet f 'għar wara li kienet ilha tlett ijiem irrappurtata nieqsa. L-espert imqabbad mill- Qorti li ħa l-istqarrija tal- mara u li żar ukoll il-post fejn allegatament kienet miżmuma qal li wara l-ewwel seduta mal-Maġistrat, il-mara riedet tbiddel il- verżjoni. Qal li filwaqt li fl- ewwel verżjoni qalet li kienet inħatfet, fit-tieni verżjoni qalet li kienet marret minn jhedda fil-karozza mal- akkużat. Fil-Qorti ntqal li r-raġel ma kienx qed jagħtiha ikel u xorb u lanqas kellha mowbajl, għaliex itteħdilha qabel ma daħlet fl-għar. Xehdet il-ġinekologu li qalet li l-mara kienet mhedda u sfurzata minn żewġha biex ikollha x'taqsam miegħu sesswalment. Xehed ukoll il-Perit li spjega kif fejn kienet qed tinżamm il-mara kien mudlam ħafna u jixbah postijiet bi fdalijiet puniċi. Il- każ se jkompli fil-Qorti. Jinżammu arrestati wara li kienu qed imexxu ċirku ta' prostituzzjoni ŻEWĠ Ungeriżi, raġel ta' 39 sena u mara ta' 34 sena li huma residenti f 'San Pawl il-Baħar inżammu arrestati wara li tressqu quddiem il-Qorti akkużati bi prostituzzjoni. Kienu akkużati fost l-oħrajn bi traffikar tal- persuni, li sfurzaw żewġ nisa fil-prostituzzjoni, li kienu qed imexxu ċirku tal-prostituzzjoni, għexu mill-prostituzzjoni, biddlu appartament f 'burdell u li saru reċedivi. Huma wieġbu li ma kinux ħatja tal-akkużi mressqa kontrihom iżda ma talbux għall-ħelsien mill- arrest. Huwa mifhum li n-nisa huma membri tal-familja tal-akkużi filwaqt li l-Pulizija għandhom suspett li t-tifla tal-koppja, li għandha 14-il sena wkoll ġiet sfurzata fil- prostituzzjoni. Fil-Qorti ntqal li kien ikun hemm bejn 15 u 20 klijent kuljum, bl-omm tikkordina l-prostituzzjoni minn fuq it-telefown. Intqal li fi żmien tliet snin, il- familja kienet telqet mill- Ingilterra lejn il-Kanada u lura l-Ingilterra mbagħad marret l-Olanda, Malta u lura l-Olanda. Il-Qorti ordnat li l-ismijiet tal-koppja Ungeriża ma jiġux ippubblikati minħabba l-investigazzjonijiet li jinsabu għaddejjin filwaqt li ordnat ukoll l-iffriżar tal-assi kollha tal-Ungeriżi. Naufragata BĦAL ġifen li qed jiftaħ il- qlugħ, bidu ġdid, vjaġġ fejn il-membri tal-ekwipaġġ jinsabu wiċċ imb wiċċ għar- ritmu tat-tnabar magħmul minn 'kaptan eċċezzjonali'. Mill-gverta sal-qoffa tal-vedetta fuq l-arblu, il- membri kollha jridu jsibu posthom, imdendlin mas- sellum taż-żmien, jaqsmu bejniethom mumenti qosra, fejn il-kompliċità u l-fraġilità jitħalltu bejniethom. 'Naufragata' hija mixja bejn l-impossibilità li wieħed jasal u n-neċessità li jerġa' jitlaq, li wieħed iħossu ħaj. Avventura ambjentata f 'ċirku, imżewqa b'mużika live li terġa' ġġibna lura lejn il-vapur bħall- kant tas-sirena, mimlija ambigwitajiet inkredibbli u ġenn oriġinali. Ix-xow jieħu 50 minuta u se jittella' l-Istitut Kattoliku nhar il-Ġimgħa 24, u l-Ħadd 26 ta' Novembru, fis-7.00pm.