Illum previous editions

ILLUM 2 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1206945

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 31

10 aħbarijiet IL-ĦADD 2 TA' FRAR 2020 • illum Tkompli minn paġna 9 L-Avukat u l-opinjonista Ed- ward Debono stqarr ċar u tond mal-ILLUM li l-isem Partit Naz- zjonalista ma għandux jinbidel għax fi kliemu, il-Partit Nazz- jonalista fl-istorja twila tiegħu dejjem kien preżenti u impor- tanti għall-iżvilupp Kostituzz- jonali tal-pajjiż. Kompla jisħaq li l-Partit Naz- zjonalista minn dejjem kien preżenti fl-aktar mumenti kruċ- jali u importanti u fost oħrajn semma l-kisba tal-Indipendenza u s-sħubija ta' Malta fl-Unjoni Ewropea. "Il-Partit Nazzjonalista tis- ta' tgħid li minn dejjem kien preżenti biex ikun it-tarka, l-ew- wel kontra l-opressur Ingliż u anke konta min ried iċaħħad lill-pajjiż mill-iżvilupp soċ- jo-ekonomiku," insista Debono. Mistoqsi x'jaħseb li għandha tkun l-akbar riforma fil-Partit Nazzjonalista bħalissa, l-Avukat Debono tkellem dwar il-ħtieġa li l-Partit Nazzjonalista jiġbed lejh aktar żgħażagħ u persuni oħra involuti fis-soċjal. "Ħadd mhu għar-rimi," in- sista l-Avukat Debono. Kompla jisħaq li fil-Partit Nazzjonalista għandha tħossha komda l-ak- tar persuna liberali sal-aktar konservattiva u dawk kollha li t-twemmin politiku tagħhom jaqa' fil-moderat bejn ix-xellug u l-lemin. Iżda Debono jaħseb li riforma jista' qatt ikollha effett b'Adrian Delia fit-tmun? "Fil-Partit Naz- zjonalista kulħadd għandu post u kulħadd għandu jerfa' r-re- sponsabbilità," wieġeb l-Avukat. Insista li f 'dan iż-żmien kulħadd għandu "jieħu nota" ta' dak li qed joħroġ fid-deher. Fi kliemu xejn ma jseħħ għalxejn u "ma tista' qatt tmur kontra l-vo- lontà tan-nies." "In-nies xebgħu mill-korru- zzjoni. In-nies qed jirreaġixxu," kompla jwieġeb l-Avukat Debono. Jappellaw biex qabel ibiddel ismu l-PN jiġbed L-isem ma għandux jinbidel ... il-Partit Nazzjonalista dejjem kien hemm għall-pajjiż L-eks Ministru Nazzjonalista Michael Falzon ma ddejqux l-idea li l-Partit Nazzjonalista jbiddel ismu, madanakollu saħaq li din trid tkun parti minn eżerċizzju akbar ta' rebranding u parti minn "bidla sħiħa u strateġika." Fakkar li fl-ewwel xhur tiegħu bħala Mexxej Laburista, Joseph Muscat irnexxielu jagħmel dan fil-Partit Laburista. Mistoqsi jekk il-bidla fl-isem tfissirx li l-PN ikun qed jarmi l-istorja tiegħu, Michael Falzon saħaq li l-istorja mhijiex marbuta mal-isem u lanqas ma jħares lejha bħala xi bidla kbira. Dwar x'jaħseb li għandha tkun l-akbar riforma u bidla fil-Partit Nazzjonalista, Falzon insista li l-partit jeħtieġ jaċċetta li għamel l-iżbalji u jilqa' "mhux b'suppervja" lil dawk li telquh biex jivvotaw lill-Moviment Laburista. Fi kliemu, ma' dawn in-nies, il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jkun aktar "sinċier." L-ILLUM staqsietu l-istess mistoqsija li staqsiet lil kulħadd, jiġifieri jekk il-PN jistax jimxi 'l quddiem b'Adrian Delia bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista. "Hu żgur li jista' jimxi 'l quddiem," wieġeb Falzon. "Qatt ma imt dan id-dell fuq Adrian Delia," kompla jisħaq waqt li insista li Delia kien qed jagħti biss servizz lill-klijent tiegħu u ma għamel xejn biex jikser il-liġi. Il-bidla fl-isem trid tkun parti minn bidla sħiħa u strateġika Il-kunsillier u x-xandar ta' NET FM Jerome Caruana Cilia saħaq li jaqbel li jkun hemm branding tal-Partit Nazzjonalista, madanakollu insista li d-diskussjoni dwar il- bidla fl-isem, filwaqt li għandha ssir, hija kwistjoni sekondarja. Fi kliemu, id-diskussjoni li għandha ssir u li hija aktar importanti hija bbażata fuq tliet pilastri. Saħaq li l-ewwel u qabel kollox, il-Partit Nazzjonalista jeħtieġ li jistaqsi lilu nnifsu x'inhi l-viżjoni tiegħu u fejn irid li jieħu l-pajjiż. Insista li l-Partit Nazzjonalista dejjem kellu viżjoni, kellu dik demokratika, dik favur il-libertà ekonomika u anke l-viżjoni li jara lil Malta fl-Unjoni Ewropea. "X'inhu l-pass li jmiss?" staqsa Caruana Cilia. Insista li din id-diskussjoni jrid jagħmilha mal-istakeholders kollha, mhux biss fil-partit iżda ma' kulħadd, inkluż ma' dawk li mhux bilfors iħossu rabta mal-PN. It-tieni nett, il-Partit Nazzjonalista jrid jattira lejh aktar uċuħ ġodda, żgħażagħ u persuni li l-idea tagħhom jitħalltu ma' dawk li għandhom l-esperjenza. "Din it-taħlita hija bżonjuża fl-istruttura tal- Partit Nazzjonalista," insista Caruana Cilia, inkluż fil-Grupp Parlamentari. Fl-aħħar nett appella biex il-PN iżomm kuntatt man-nies u jżur id-djar tagħhom, fejn fi kliemu, in-nies se jitkellmu. "Trid tisma', tifhem, tixtarr u tieħu azzjoni," insista l-kunsillier. Mistoqsi jekk din ir-riforma tistax issir taħt Delia, Caruana Cilia wieġeb fil-pożittiv, anzi saħaq li "għandha tiġi implimentata issa." Fi kliemu, din ir-riforma trid tagħti spinta lill-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Id-diskussjoni dwar il-bidla fl-isem hija sekondarja

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 2 February 2020