Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1208898
09 analiżi illum • IL-ĦADD 9 ta' FRAR 2020 Ħamruniżi li kienu jiltaqgħu f 'għalqa quddiem il-Knisja ta' San Gejtanu. Ħsiebhom kien fil- ballun u għalhekk kienu jsejħu lil xulxin "il-ħbieb tal-futbol". Beda billi talabhom sigarett u mbagħad hu, li kien ġej minn familja "tal- puliti", poġġa bilqiegħda ħdejhom fuq ġebla, u qabad ikellimhom fuq Ġesù. Għall-bidu ġieli għamlulu xi ċajta infantili għax ma kinux imdorrijin bil-prietki, iżda wara it ilkoll bdew jistennewh bil-ħerqa u bil-mod bdew jaċċettaw it-tagħlim u l-pariri tiegħu. "Terġa' tiġi, għax tassew ħadna gost?" bdew jgħidulu. Hu min-naħa tiegħu ma kienx imur idu f 'idu. Ma kienx ikollu biss il-Bibbja f 'idu, imma daqqa kien joħdilhom il-ħobż, il-ġobon u l-inbid, daqqa ċ-ċikkulata u ġieli kien jixtrilhom il-bajtar tax-xewk. Tant kienu jifirħu bih li ma damux ma bdew jgħolluh fuq l-ispallejn! Fost dawn iż-żgħażagħ "tal- għalqa ta' Luċtu" kien hemm ċertu Ewġenju Borg, apprentista t-Tarzna, li kien il-leader fost sħabu. Preca tah attenzjoni speċjali u kien jieħdu għalih waħdu biex jgħallmu u jfissirlu l-Vanġelu. Borg, magħruf bħala Ġeġè, kellu jsir l-ewwel Superjur Ġenerali tas-Soċjetà li Preca waqqaf inqas minn sena wara. Ftit qabel ma kien ordnat saċerdot Preca kien qiegħed imut bit- tuberkolożi, u t-tabib Meli li kien jikkurah kien qata' qalbu minnu. Iżda mhux talli ma ġarax hekk, talli lil missieru u lit-tabib għaddihom fl-età u meta xjaħ kien iħobb jgħid, bi tbissima fuq fommu: "... u l-Professur Meli miet, u missieri miet, u jien għadni hawn ħaj biex ngħallem!" Fit-22 ta' Diċembru 1906 kien ordnat saċerdot mill- Isqof Pietru Pace. Għal iktar minn xahar wara l-ordinazzjoni kien joħrog biss mid-dar biex iqaddes. Kien jibqa' miġbur fil-kamra ta' fuq il-bejt jitlob u jimmedita fuq x'se tkun il-missjoni tiegħu. Il-ħbieb tal- futbol ħasbu li ma kinux se jarawh iktar iżda kemm għarralhom! Is-Soċjetà "tal-Mużew" Darba minnhom, Dun Ġorġ fil- knisja ta' San Gejtanu l-Ħamrun, sema' lis-sagristan jgħallem id- duttrina lit-tfal. Tifel staqsa lis- sagristan: "Lil Alla, min ħalqu?" U dak wieġbu: "Alla sar waħdu", meta kellu jwieġbu "Alla kien minn dejjem." Dun Ġorġ ikkonvinċa ruħu li kien hemm bżonn isir xi ħaġa sabiex lin-nies jingħatalhom tagħlim Nisrani kif xieraq. Huwa kien jaf li s-sitwazzjoni reliġjuża ta' Malta kienet ilha li marret il-baħar, reliġjożità bla ebda bażi soda fuq l-Iskrittura Mqaddsa, kienet imwaqqfa fuq ir-ramel iktar milli fuq il-blat - reliġjożità li faċilment setgħet tgħib fi żmien ta' maltemp. "Dun Ġorġ kien ra mill- bogħod li l-fidi ta' Malta qiegħda fil-periklu għax nieqsa mit-tagħlim. Dun Ġorġ ħass il-polz ta' Malta u sab li qed iħabbat bil-mod; għalkemm il-ħajja reliġjuża minn barra kienet tidher f 'saħħitha, iżda mikrobu minn ġewwa kien qed itemmha." F'Malta tal-bidu tas-seklu 20, ma kienet teżisti l-ebda struzzjoni ta' katakeżi organizzata tajjeb biex tegħleb l-injoranza reliġjuża. Kollox kien tħalla f 'idejn l-isforzi individwali ta' qassisin, li fl-1916 l-Isqof Dom Mauro Caruana ħeġġiġhom jibdew iżuru l-iskejjel kull xahar. 30 sena qabel, Dr Keenan tal-Kummissjoni Rjali Ingliża, fir- rapport tiegħu kien stagħġeb bl-istat diżastruż tal-edukazzjoni reliġjuża f 'Malta. Il-Knisja nfisha, għalkemm kienet tipprovdi ħafna mill-aqwa skejjel privati fil-pajjiż, ma nistgħux ngħidu li kienet qed taħdem għal edukazzjoni reliġjuża organizzata għall-poplu komuni. Dun Ġorġ kien tassew ħanin fi kliemu mal- awtoritajiet tal-Knisja, meta qal biss li "t-tagħlim fil-parroċċi ma kienx organizzat wisq" għax fil-fatt f 'ħafna parroċċi ma kien organizzat xejn. Għall-ħabta tas-sena 1905, Preca kiteb abbozz ta' regola bil- Latin, Regula Eptangelorum, biex jibgħatha lill-Papa Piju X għall- approvazzjoni. Kellu l-ħsieb li fil-parroċċi kollha jkun hemm djar b'sebat irġiel ordnati djakni, megħjunin minn 12-il lajk, li xogħolhom kellu jkun li jgħallmu lit-tfal u lill-kbar. Iżda kellu jkun mod ieħor. Iżda dan il-pjan ma twettaqx għax għall-ħabta tal-aħħar ta' Jannar 1907 Dun Ġorġ sejjaħ mill-ġdid lill-grupp taż-żgħażagħ "tal-għalqa ta' Luċtu" u nhar it-2 ta' Frar iltaqgħu fil-Knisja Ta' Nuzzo, il-Ħamrun, għal-lezzjoni tiegħu. Nhar is-7 ta' Marzu ltaqgħu għall- ewwel darba f 'post ċkejken u fqir li kienu krew f 'numru 6, Triq Fra Diegu, il-Ħamrun. Hekk twaqqfet is-Societas Doctrinae Christianae – is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija – grupp ta' żgħażagħ lajċi ffurmati fil-prinċipji tar-reliġjon Kattolika, mibgħuta biex jgħallmu lill-poplu. PRECA We're Recruiting Join Our Team SENIOR PROFESSIONAL OFFICER (LEGAL) Permit no. 217/2019 Qualifications & Experience • MQF level 6 in Law; • A minimum of two years work experience in a Legal Office (will be considered an asset) Main Duties & Responsibilities • Provide advice and support to the Chief Officer Legal and the Chief Executive Officer on all matters related to the different units; • Assist various units on legal issues and assess legal documents to ensure the Agency's legal protection; • Be fully conversant with Acts pertaining to the assigned unit and oversee implementation; • Ensure that all legal formalities and other obligations related to the Unit are fulfilled in time; • Ensure that high level secrecy and privacy for all legal data is maintained within the Agency; • Translate policies into strategic plans; • Update leaflets and website information to reflect legislation changes; • Any other duties as directed by the Chief Officer Legal or the Chief Executive Officer. Interested persons are kindly requested to submit a letter of application and a detailed CV to recruitment@identitymalta.com by 23rd February 2020

