Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

32 aħbarjiet IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum L-aħħar numri dwar il-coronavirus. Kemm qed jinxtered? Kemm ħalla vittmi? Liema huma l-pajjiżi affettwati Kura għalih għadha ma nstabitx u qed ikompli jinfirex b'rata mgħaġġla. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn in-numri dwar dan il-virus ġdid YENDRICK CIOFFI X'inhu l-Coronavirus? Fi kliem sempliċi, il-Coronaviruses huma familja kbira ta' viruses. Fil-fatt dawk magħr- ufa bħala MERS (Middle East Respiratory Syndrome) u SARS (Severe Acute Respiratory Syndrome) huma wkoll coronavirus. Dak li żviluppa u nxtered minn Wuhan fiċ-Ċina huwa virus ġdid mill-istess familja ta' coronaviruses u li qatt qabel ma kien identi- fikat fil-bniedem. Il-coronaviruses jinxterdu mill-annimali għall-bniedem. Diversi coronaviruses li ġew identifikati fl-an- nimali għadhom qatt ma infettaw lill-bniedem. Il-Covid-19 huwa l-isem mogħti lil dan il-coronavirus ġdid li beda jinxtered minn Diċembru 2019. L-ewwel persuni infettati b'dan il-virus kienu dawk li jaħdmu jew inkella li jiffrekwentaw suq f'Wuhan li jbigħ annimali ħajjin jew inkella oħrajn li jkunu għadhom kemm inqatlu. Għalkemm l-ewwel analiżi ssuġġerriet li l-vi- rus kien simili għal dak komuni fis-sriep, issa jidher li huwa aktar simili għal dak komuni fil- friefet il-lejl. Is-SARS u l-MERS kemm ħallew vittmi? Il- Covid-19 kif jikkumpara? Fl-2002, is-SARS inxtered f'madwar 37 pajjiż. Madwar 8,000 persuna kienu ġew infettati bih u madwar 750 kienu tilfu ħajjithom. Il-MERS huwa aktar diffiċli biex jgħaddi minn persuna għall-oħra iżda r-rata ta' mwiet jidher li hija aktar qawwija minn dik tas-SARS. Fil-fatt, skont l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa, mill-2,500 persuna infettati, 35% tilfu ħajjith- om. Sa issa r-rata ta' mwiet tal-Covid-19 ma ji- dhirx li hija għolja ħafna u x'aktarx li hija ta' 2.3%. Biex inpoġġu dan f'kuntest, madwar biljun persuna taqbadhom l-influwenza kull sena u din tħalli bejn 290,000 u 650,000 persuna mej- ta. Is-severità tal-influwenza tinbidel kull sena. Intant, skont l-Għaqda Dinjija għas-Saħħa o 82% tal-pazjenti tal-Covid-19 żvilup- paw sintomi baxxi; o 15% żviluppaw sintomi severi; u o 3% spiċċaw f'qagħda kritika. Din l-informazzjoni kienet ibbażata minn in- formazzjoni miġbura minn fuq 17,000 pazjent. X'inhuma s-sintomi? Jidher li l-ewwel sintomi tal-coronavirus hu- ma d-deni u xerqa fil-vojt. Wara ġimgħa jista' jagħti l-każ li persuna tib- da tħossha qed taqta' nifisha. Is-sintomi ġieli jkunu jixbhu wkoll lil dawk ta' riħ komuni, bħal ngħidu aħna għatis u mnieħer miżdud. Sintomi oħra jistgħu jinkludu għejja u anke wġigħ fil-muskoli. Skont il-WHO, iż-żmien tal-inkubazzjoni, jiġifieri ż-żmien minn meta persuna tieħu l-vi- rus sakemm joħorġu l-ewwel sintomi, huwa ta' 14-il ġurnata. Madanakollu, riċerkaturi saħqu li dan il-per- jodu jista' jdum saħansitra 24 ġurnata, bi xjen- tisti Ċiniżi jinisistu li l-virus jista' jittieħed anke qabel joħorġu l-ewwel sintomi. Qed jinxtered malajr? Iva. Eluf ta' każijiet ġodda qed ikunu rrap- portati kuljum u ċ-ċifri qed jinbidlu minn ħin għall-ieħor. X'aktarx li n-numru ta' każi ġodda qed jir- doppja kull ħames jew sebat ijiem. Kif tista' tipproteġi lilek innifsek u lil ħaddieħor? Il-WHO ħarġet dawn il-linji gwida biex per- suna ssegwi sabiex tnaqqas ir-riskju o Aħsel idek – Uża sapun jew ġel li jista' joqtol il-virus o Għatti ħalqek u mnieħrek meta tis- għol jew tagħtas, idealment bl-użu ta' tissue u aħsel idejk wara. o Evita li tmiss għajnejk, imnieħrek u ħalqek o Tersaqx viċin ħafna ta' nies li qed jisogħlu, jagħtsu jew li għandhom id-deni. Idealment żomm imqar metru 'l bogħod min- nhom. Iċ-Ċina – 63,864 Singapore – 58 Hong Kong – 53 Il-Ġappun - 34 It-Tajlandja - 33 Il-Korea ta' Isfel - 28 Il-Malasja - 19 It-Tajwan - 18 Il-Ġermanja - 16 Il-Vjetnam – 16 L-Awstralja – 15 L-Istati Uniti – 15 Franza – 11 Macau – 10 Ir-Renju Unit – 9 L-Emirati Għarab Magħquda – 8 Il-Kanada – 7 Il-Filippini – 3 L-Indja – 3 L-Italja – 3 Ir-Russja – 2 Spanja – 2 Il-Belġju – 1 In-Nepal – 1 L-Iżvezja – 1 Il-Kambodja – 1 Il-Fillandja – 1 Sri Lanka – 1 Liema huma l-pajjiżi u territorji affetwati u kemm hemm persuni infettati? KAŻIJIET IKKONFERMATI 64,451 RATA TA' MWIET 2.3% IMWIET 1,492 IMWIET FIL- FILIPPINI IMWIET F' HONG KONG IMWIET FI FRANZA IMWIET FIL- ĠAPPUN IMWIET FIĊ- ĊINA 1,488 1 1 1 1 PAZJENTI F'QAGĦDA KRITIKA 10,608 PAZJENTI LI FIEQU 7,099 PAJJIŻI AFFETWATI 28

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf