Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

31 sport illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 d-dedikazzjoni huma s-sigriet ta' kollox' riżultat li għalih tkun qed tagħmel ċerti sagrifiċċji, ħa jgħinek kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament. Ċert li dan l-isport jghollilek l-istima personali tiegħek kif ukoll il-kunfidenza fik innifsek. Il-kompetizzjonijiet tagħkom kif jintrebħu? Kunfidenza fik innifsek importanti għax trid tkun kunfidenti fuq il-palk. Apparti li kollha nkunu mqassmin fil- kategoriji tagħna bħala bikini fitness, body fitness u oħrajn. Inkunu anke mqassmin bħala juniors, seniors u anke masters, imbagħad tidħol ukoll il-ġurija fejn trid tagħmel xogħolha. Naf li jkun hemm ġurija li tiġġudika r-rebħ ta' dawn il-kompetizzjonijiet. Fuqiex tgħaddi l-ġudizzji tagħha? F'kull kategorija l-ewwel ħaġa li ħa tara l-ġurija hija l-posing. Il-posing huwa l-iżjed ħaġa importanti ta' kif toħroġ tippoża l-atleta, fejn ovvjamnet dak hemm taħriġ apposta għalih meta tkun ħa tagħmel dan it-tip ta' kompettizjoni. Issa fil-każ tal-kategorija tiegħi bħala bikini fitness apparti li jaraw il-physique, tista' tgħid tidħol ukoll id-dehra. Naf ukoll li qabel il-kompetizzjonijiet ma tieklu u tixorbu kważi xejn fejn kważi tiġu 'dehydrated'. Huwa minnu dan? Nibdew innaqqsu lejn l-aħħar kemm l-ikel kif ukoll l-ilma imma mhux li ma nieklu xejn u ma nixorbux. Dik dakinhar stess imbagħad ma niklux u ma nixorbux. Hemm biżżejjed konkorrenza minn peresuni żgħażagħ għal dan l-isport? Biżżejjed qatt mhu għax naturalment iktar ma nkunu, iktar tisbieħ il- kompettizjoni. Però, kull sena qed jiżdiedu bħala atleti. Kif tqabbel ir-riżorsi li fihom titħarrġu f 'Malta meta kkumparati ma' dawk li nsibu barra minn Malta? Għal dawn l-aħħar snin, f 'Malta sar hawn ħafna fejn titħarreġ u avvanzajna ħafna. It-taħriġ tagħkom il-bodybuilders nisa fiex jikkonsisti u jagħmel differenza t-taħriġ meta kkumpartat ma' dak tan- nisa? Bħala taħriġ huwa l-istess daqs li kieku marret titħarreġ persuna normali għax bħalma nitħarreġ jiena, titħarreġ kull tfajla oħra. Eżempju kuljum nitħarrġu parti tal- ġisem differenti u nagħmlu anke l-cardio li dan tista' tagħmlu kemm fuq barra bħala mixja jew inkella fuq xi treadmill jew tip ta' cardio machine oħra. Il-media f 'pajjiżna ttikom biżżejjed pubbliċità? Il-media bil-mod il-mod dejjem qed iżżid u iva qed tgħin fir-rigward tagħna. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala bodybuilder? Bħala futur nara li nkompli miexja 'l quddiem u dejjem nipprova nikseb riżultati aħjar. Għaddi messaġġ lil dawk iż-żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il-bodybuilding. Qatt taqtgħu qalbkom! Dejjem hemm l-ewwel darba u m'għandux ikun hemm għalfejn tistħu għax issib min jgħidlek jiena nistħi mmur l-gym għax ma nafx xi rrid nagħmel. Bħalkom kont jiena u llum il-ġurnata, tgħallimt u baqagħli iktar x'nitgħalem għax taf kemm taf fil-ħajja dejjem mhux biżżejjed u dejjem hemm x'titgħallem. Apparti minn hekk fejn ma tkunux tafu saqsu għall-għajnuna li ħa ssibu dejjem kemm minn instructors fil-gym kif ukoll illum hawn ħafna personal trainers. Sabiħ li tkun attiv u apparti minn hekk ħa jgħinek anke bħala stress relief u tkun anke qed iżżomm ħajja sana. Kunu dejjem pożittivi u tħallux n-negattività twaqqalkom il-moral għax ħa ssib min jgħidlek ċertu kliem u ma tasalx. Determinazzjoni, motivatzjoni u dedikazjoni huma s-sigriet ta' kollox! Żommu dawk it-tliet kelmiet dejjem f 'moħħkom! Qatt taqtgħu qalbkom! Dejjem hemm l-ewwel darba u m'għandux ikun hemm għalfejn tistħu għax issib min jgħidlek jiena nistħi mmur il-gym għax ma nafx xi rrid nagħmel

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf