Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
30 sport IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum 'Id-determinazzjoni, il-motivazzjoni u d-dedikazzjoni CRISTIAN ANTONY MUSCAT Kif għażilt il-bodybuilding fost sport ieħor? Kienet xi ħaġa li qatt ma kont nobsorha biex inkun onesta! Kont tħajjart nibda mmur nagħmel xi ħaġa tal-isport u bdejt immur xi lezzjonijiet. Minn hemm ħeġġitni l-persuna li kont immur l-lezzjonijiet tagħha. Ovvjament ma jiddispjaċini xejn għax minn hemm sirt attiva fl-isport u anke naraha bħala xi ħaġa li għalija issa ġiet il-passjoni tiegħi. X'tikkummenta fuq il-kompetizzjoni li rbaħt riċentement tal-IFBB? Kont qed tistenna li tirbaħ? Il-kompetizzjoni li għaddiet kienet waħda mill-isbaħ mumenti tas-sena 2019. Ma kontx qed nistennieha għax dejjem ikollok kompetizzjoni mill-kompetituri l-oħra u kull atleta jkun ħadem għaliha biex ikun jista' jikseb l-aħjar pożizzjoni. Kif ippreparajt għal din il-kompetizzjoni? Kont inqum kull filgħodu kmieni billi nibda t-taħriġ u wara nibqa' sejra għax- xogħol. Kull filgħaxija kont noqgħod nipprepara l-ikel tal-għada għax ovvjament ma nkunx nista' niekol kollox u kemm irrid. Ma taħsibx li l-bodybuilding minħabba s-saħħa fiżika li jirrikjedi huwa iktar addattat għall-irġiel milli għan-nisa? Dik hija mentalità li għad hawn ħafna jaħsbuha - li mhux tajjeb għan-nisa. It- taħriġ li nagħmel jiena huwa addattat għalija u għall-kategorija li nieħu sehem fiha jiena. It-taħriġ li int tagħmel biex tieħu sehem fil-kategorija tal-Bikini Fitness, kif jiddeversifika minn taħrig li wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'kategoriji oħrajn? Trid tkun lesta li ssegwi bl-eżatt lil min ikun qiegħed imexxik għax ikollok programm ta' taħriġ u trid timxi miegħu u l-iżjed ħaġa importanti trid tkun komda u jkollok fiduċja f 'min ikun qiegħed imexxik. Nista' ngħid li wasalt fejn wasalt jiena s'issa bis-saħħa u l-fiduċja li għandi lejn Antoine Micallef - persuna li tmexxini biex nasal għal kull kompetizzjoni li nidħol għaliha. X'differenza tgħaddi bejn il- bodybuilding, il-weightlifting u l-powerlifting? Il-bodybuilding jinqasam f 'kategoriji differenti li jibda minn fit model, bikini fitness u jibqa' tiela' b'iżjed kategoriji. Bħala powerlifting u weightlifting narahom simili ta' xulxin u iżjed qegħdin kif jgħid isimhom bħala lifting u ma narax li tista' tassoċjahom mal-bodybuilding bħala taħriġ u kompetizzjoni. Bodybuilders Maltin jieħdu sehem regolarment f 'kompetizzjonijiet importanti tal-bodybuilding madwar id-dinja? Nista' ngħid li l-livell qed jikber kull sena li l-atleti Maltin qed jitilgħu jikkompetu barra minn pajjiżna u f 'kompetizzjonijiet ta' livell għoli wkoll, iżjed minn darba fis-sena. Issibu għajnuna minn SportMalta u mill- Kumitat Olimpiku Malti? Għajnuna mill-MOC iva nsibu imma min-naħa ta' SportMalta ma tidħolx fl- isport li nipprattika jiena. Imma hemm il-Federazzjoni li qiegħda fiha jiena li hija IFBB Malta li nsibu kull tip t'għajnuna mingħandha u minn hawn nixtieq nirringrazzja lill-president Ralph Decelis u l-kumitat kollu għax-xogħol kollu li jagħmlu u għal kull għajnuna li jagħtu lill-atleti. Naf li l-isport tagħkom jinvolvi bosta spejjeż. Huwa minnu dan? Spejjeż hemm iva, imma l-iżjed meta tkun waslet kompetizzjoni għax diment li qed titħarreġ u ma tidħolx kompetizzjoni mhumiex daqshekk kbar. Konxju wkoll mill-fatt li l-isport tagħkom jinvolvi dieta partikolari. Int kif tqassam id-dieta tiegħek? Iva, hekk hu! Hemm dieta partikolari li trid issegwi bl-eżatt. Id-dieta tiegħi hija mqassma fuq sitt ikliet kuljum u kollha mqassmin bil-grammi bl-eżatt. Issa bħala ikliet, ikunu ovvjament dejjem bil-proteini, karboidrati u ħaxix. Rigward karboidrati, dawn jiddependi skont f 'liema fażi nkun qiegħda. Eżempju jekk inkun wasalt lejn l-aħħar ftit ġimgħat viċin il-kompettizjoni l-biċċa l-kbira bla karboidrati. Apparti minn hekk, fejn jidħlu l-karboidrati, iridu jkunu anke 'clean carbs' bħal ngħidu aħna ross, oats u rice cakes. X'sagrifiċċji jirrikjedi l-isport li int tipprattika? Bħala impenji għandek tliet affarijiet ta' kuljum importanti ħafna li huma t-taħriġ, il-preparazzjoni tal-ikel u l-mistrieħ! Dawk huma l-iżjed tliet elementi li għandek bżonn tikkommetti ruħek sew fihom. Bħala sagrifiċċju nista' ngħid li kollox fih kull tip ta' sagrifiċċju, tagħmel x'tagħmel, però ġaladarba tkun qed tagħmel ħaġa minn qalbek u jkollok passjoni lejn dak li tkun qed tagħmel, is- sagrifiċċju ħa jkun ħafna inqas. Fil-bidu, l-akbar sagrifiċċji ħa jkunu tal-ikel u anke ta' tibdil ta' stil ta' ħajja, imma ġaladarba tiġi rutina, is-sagrifiċċju ħa jonqos. Kif tipprepara ruħek kemm fiżikament kif ukoll mentalment qabel kompetizzjonijiet tal-bodybuilding importanti? Iva. Importanti ħafna li tkun ippreparata kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Kemm jista' jkun, il- mistrieħ huwa importanti ħafna u bħala mentalment trid tara li tkun iffukat sew fuq il-kompetizzjoni u anke ma tkunx għaddejja minn ċerti problemi għax inkella mhux se tgħinek. Il-bodybuilding kif jgħin lill-atleta li jkun qed jipprattikkah kemm mentalment kif ukoll psikoloġikament? Awtomatikament, ħa jgħinek żgur għax int ħa tħossok attiva u tajba għax taf li kapaċi tasal. Xħin tibda tara dak ir- Krystle Tonna - bodybuilder ewlenija f'pajjiżna li tikkompeti fil-kategorija tal-'bikini fitness'. Għandha għal qalbha ferm dan l-isport li kulma jmur qed jikber fil-popolarità f'pajjiżna fejn rebħet unuri prinċipali, lokalment