Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
02 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM Royal Pharmacy, Valletta Chemimart International , Hamrun Lantern Pharmacy, Santa Venera Mackie's Pharmacy, Birkirkara O'Hea Pharmacy, Gżira San Ġwann Pharmacy, San Ġwann Wales Pharmacy, Sliema St. Joseph Pharmacy, Lija Naxxar Pharmacy, Naxxar Parkes Pharmacy, San Pawl il-Baħar Maddalena Pharmacy, Santa Luċija White Cross Pharmacy, Bormla San Ġwakkin Pharmacy, Marsascala Pompei Pharmacy, Marsaxlokk Milia's Pharmacy, Żurrieq Remedies Pharmacy, Siġġiewi Anici Pharmacy, Mtarfa Castle Pharmacy, Victoria, Gozo Għajnsielem Pharmacy, Għajnsielem MIA Airport Pharmacy, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir sabiħ mal-lejl Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 4 għal 5 li jsir forza 5 għal 6 Baħar Ħafif għal moderat Imbatt Ftit li xejn li jsir baxx mill-Punent L-OGĦLA: 17˚Ċ L-INQAS: 13˚Ċ Temp Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab mal-lejl Viżibilità Tajba Riħ Punent Majjistru forza 4, lokalment forza 4 għal 5 Baħar Ħafif li jsir ħafif għal moderat Imbatt Ftit li xejn Albert Gauci Cun- ningham SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is-soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda www.maltco.com/lotto/results/ Iċċekkja n-numri tal-lottu fuq - Matul il-lejl ta' bejn il-Ġimgħa u s-Sibt bdew jitpoġġew l-ewwel żewġ strutturi tal-ħadid li se jiffurmaw il-gverta twila 105 metri tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti li Infrastructure Malta qed tibni fi Blata l-Bajda. Dan se jgħaqqad il-Ħamrun, il-Marsa u l-Furjana. L-istrutturi li tpoġġew huma twal 23 metru u jiżnu 16-il tunnellata l-waħda. Ix-xogħol baqa' għaddej mal-lejl u tkompla sakemm l-istrutturi kienu mwaħħlin b'mod sigur f 'posthom fuq il-pilastri tal-konkos ta' dan il-pont. It-tliet partijiet l-oħra tal-gverta li se jiffurmaw din l-istruttura se jittieħdu fil-post f 'ħidma simili mal-lejl fil-ġimgħat li ġejjin. Dan il-pont ġdid tal-ħadid b'disinn ġej għat-tond se jaqsam minn fuq Triq San Ġorġ Preca, ħdejn il- kwartieri tas-soċjetà tal-MUSEUM, biex jgħaqqad Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun ma' Spencer Hill u l-inħawi tal-Menqa fil-Marsa, kif ukoll it- terminals tal-vapuri tal-passiġġieri u l-park and ride tal-Furjana. Il-pont se joħloq ukoll aċċess dirett għal ħames waqfiet tal-karozzi tal-linja (Blata l-Bajda 1, 2, 3, 4 and 5) li hemm fuq kull naħa ta' dawn it-toroq arterjali traffikużi, u jagħmilha aktar faċli għall- passiġġieri li jkunu jridu jibdlu l-karozzi tal-linja biex jivvjaġġaw minn u lejn diversi lokalitajiet fin- Nofsinhar tal-pajjiż. L-istruttura se jkollha rampi baxxi biex iċ-ċiklisti u dawk li jivvjaġġaw bil-mixi jaqsmu min-naħa ta' Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun lejn in-naħa l-oħra tat-triq fil-Marsa jew bil-kontra. Il-pont ġie ddisinjat b'mod li jkollu impatt mill- inqas fuq il-pajsaġġ tal-inħawi. Se jsirulu wkoll liijiet u turġien biex żgur ikun hemm aċċess komdu għal kulħadd. Intant, il-kuntratturi ta' Infrastructure Malta bdew jaħdmu wkoll il-gverta tal-ħadid ta' dan il- pont matul it-tieni nofs tas-sena l-oħra. Sadanittant bdew ukoll ix-xogħlijiet biex 21 pilastru tal-konkos u l-azzar jitniżżlu diversi sulari taħt l-art bħala pedamenti għall-istruttura tal-pont. Fl-aħħar it xhur inbnew ukoll partijiet oħrajn mill- istruttura li jinkludu r-rampi, turġien u l-kmamar tal-liijiet. Dan il-pont ta' Blata l-Bajda qed isir b'investiment ta' madwar €2 miljun. Ta' min ifakkar li aktar kmieni din is-sena Infrastructure Malta ħabbret pjanijiet biex timmodernizza wkoll is-subway ta' ħdejn Bieb il- Bombi fil-Furjana. Bħalissa qed jinbena wkoll pont ieħor għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni, bejn il-Gudja u Ħal Luqa. Tibda titpoġġa l-gverta tal-pont pedonali ġdid li se jgħaqqad il- Ħamrun, il-Marsa u l-Furjana