Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
13 intervista illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 mċappas bil-qtil ta' Daphne' stess addottawha għal numru ta' snin. "Hawnhekk imma hawn interessi ċari għax hawn abbuż sostnut," jisħaq Flask. X'tip ta' abbuż? "Prezzijiet, kundizzjonijiet, proprjetà substandard li tinkera xorta, abbuż b'post li jraqqad erbgħa minn nies, ikun hemm 11 u aktar fih," jgħid Flask. Imma hemm min iġib l-argument li l-proprjetà hija tiegħu, investa fiha u hemm min lest iħallas tajjeb għaliha. Allura lil dan għaliex għandu jwaqqfu l-Gvern? "M'għandniex informazzjoni ta' prezzijiet, m'għandniex informazzjoni dwar id-domanda għal dawk prezzijiet. Hawn fornitura ħafna ikbar mid-domanda. Vera żdiedet il-popolazzjoni, imma forsi b'xi 15,000 - l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġet 50,000 permess għal post residenzjali." Flask jgħid li dan ifisser illi Malta għandha ammont kbir ta' proprjetajiet vojta, bini tiela', terz tal-gżira mibnija u prezzijiet qed jogħlew. "Din hija spekulazzjoni." Imma mhux tajjeb għadha għaddejja l-industrija? "Insomma qed inaqqas il-bejgħ u dan qed joħroġ minn awditjar li qed isir mill- MDA wkoll li qed juri tnaqqis, li m'hawnx domanda għal proprjetà ta' lussu ..." Jisħaq illi l-affarijiet messhom saru sew u kien hemm aktar protezzjoni għas-suq tar- rinovar. "Is-sitwazzjoni mhux sostenibbli, lanqas għall-barranin tal-gaming. Hawn din l-idea li dawk kollha li jaħdmu fil-gaming huma miljunarji li mhux il-każ," jgħid Flask. Huwa jisħaq fuq il-bżonn ta' infurzar. 'Muscat adotta politika tal-ejja ħa mmorru, mexxi u staqsi wara' Nitkellmu fil-qosor dwar il-mudell ekonomiku ta' Muscat. Ma jaħsibx li l-poplu wera biċ-ċar li jrid l-istil ta' Muscat? Ma jaħsibx li l-poplu wera li jippreferi sistema aktar laxka u ħanina, pereżempju fl-Awtorità tal-Ippjanar? Wayne Flask qal li l-Partit Laburista sab sistema lesta biex saru l-affarijiet li saru, imbagħad hu fetaħ it-twieqi u l-ventelaturi kollha biex in-negozjanti jagħmlu li jridu. "Lill-poplu qallu ħa nnaqqaslek il- burokrazija biex tkun tista' tiaħ tieqa mhux toqgħod tmur għand Kajfa u Pilatu. Imma din mhux għat-tieqa saret!" Huwa qal li Muscat adotta politika 'tal- ejja ħa mmorru, mexxi u staqsi wara'. Imma l-poplu jħoss li sejjer tajjeb, tirrimarka l-gazzetta. "Kieku żdiedu l-pagi, kieku tjiebu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema, kieku ma baqgħux imutu nies fuq il-post tax-xogħol, kieku kellna ekonomija ġusta, kieku kont naqbel miegħek." Hu qal iżda li l-interess ta' Muscat ma kinitx l-ekonomija ġusta, "imma n-negozji l-kbar." "Bil-big business tiela' u bil-big business niżel," sostna Flask mal-ILLUM. 'Il-qtil ta' Caruana Galizia jibqa' marka fuq pajjiżna għal dejjem' Is-sena li għaddiet pajjiżna ffaċċja kriżi politika bla preċedent fl-aħħar snin. Ġie implikat u għadu qed jissemma diversi drabi Keith Schembri b'rabta mal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia. Meta ltaqa' man- nies speċjalment dawk fil-Graffitti u nies oħrajn xellugin, x'kienet is-sensazzjoni tagħhom dwar dak li kien jiġri? "Rabja u diżappunt. Jiena ġej minn familja Laburista u tibda tistaqsi, imma dawn minn fejn ġew? Fejn kienu meta ċerti ġurnali kienu qed ixejru l-istorja ta' Alfred Sant bil-kanċer? Kieku Sant għadu Mexxej Laburista kien jiġri dak li ġara? Assolutament li le!'' Huwa jkompli jgħid illi "dan il-ħmieġ mhux postu fil-partit.'' "Il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia huwa marka li mhi se titħassar qatt minn fuq il- pajjiż.'' 20 sena mil-lum kif se jkun iġġudikat il- Gvern ta' Joseph Muscat? "Biex nikkwota lil Fidel Castro: history will not absolve him. Muscat għamel żewġ rebħiet kbr għall-PL, għamel xi titjib fid- drittijiet ċivili f 'setturi imma dak kollox. Lin- nies fit-triq ma narax li għmlilhom aktar," sostna Flask. Huwa qal illi kollox ma' kollox "l-istorja se ċċappsu bil-qtil ta' Daphne Caruana Galizia." F'dan il-punt ifakkar illi lil Keith Schembri żammu f 'postu u allura s-suspett ta' ħafna li Muscat kien imdaħħal fil-ħmieġ huwa leġittimu.'' Il-PN u l-bżonn ta' riforma ... F'referenza għal Keith Schembri u oħrajn implikati qal li posthom fil-ħabs mhux fil- politika." Intemmu l-intervista billi jgħid illi l-PN għandu ħafna xogħol x'jagħmel u bidliet xi jwettaq. Hu wera t-tama li l-partit ma jerġax jiġi taħt il-kontroll tal-istess nies ta' qabel.