Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

18 opinjoni IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum Is-sistema għas-servizz tal-istudent, mhux bil-maqlub Owen Bonnici huwa l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol L -inkoraġġiment huwa wieħed mill-aktar għodod qawwija li għalliem jista' juża. Ħafna drabi li tinkoraġixxi lil student hija ċ-ċavetta biex toħroġ il-potenzjal fit-tfal, speċjalment f 'dawk li għandhom problemi biex jitgħall- mu. Kemm jekk amministraturi, edukaturi, imma wkoll fl-ewwel post fid-djar tagħna, l-atteġġjament, id-diskussjoni u wkoll l-azzjonijiet tagħna huma essenzjali biex inwittu t-triq, ngħinu u ninkoraġixxu lil uliedna. Mhux biss fil-ħajja ta' kuljum u f 'dak li toffri d-dinja, imma bil-wisq akbar fid-dinja skolastika. Kliemna u l-appoġġ tagħna għandhom il-poter li jimmotivaw lill-istudent biex jirnexxi. L-inkoraġġiment jista' jkun ukoll iċ-ċavetta li tagħmel id-differenza bejn l-istudent li jaqta' qalbu u l-istudent li jsib motivazzjoni ġdida biex ikompli miexi 'l quddiem fl-edukazzjoni tiegħu. Inkoraġġiment jista' jkun ukoll li ma nitfgħux lill-istudent f 'keffa waħda, imma nindokrawh skont il-ħiliet tiegħu u niggwidawh għal dak li huwa tajjeb għal dawn il-ħiliet tiegħu. Ħiliet li kollha huma prezzjużi – ħiliet li huma differenti f 'kull individwu. * * * Dan rajtu meta dil-ġimgħa żort l-Iskola tal-Alternative Learning Programme (ALP) li tifforma parti mill-Kulleġġ San Tumas More bħala parti minn serje ta' żjarat fl-iskejjel u istituzzjonijiet edukattivi ta' pajjiżna. Dan il-programm huwa uniku fix- xorta tiegħu u huwa offrut biss f 'din l-iskola. Nisħaq dwar l-importanza li tiġi offruta edukazzjoni alternattiva għall-istudenti tagħna, billi nipprovdulhom il-possibbiltà li jfittxu triq vokazzjonali. Kulħadd għandu ħiliet differenti, u permezz ta' dan il- programm qegħdin noffru l-istudenti taħriġ f 'oqsma varji u esperjenza hands-on, b'mod li nipprovdulhom l-għodod meħtieġa biex jiffurmaw il-futur tagħhom. L-ALP tipprovdi opportunitajiet alternattivi għall-istudenti permezz tas- suġġetti vokazzjonali, filwaqt li jissaħħu l-ħiliet u kompetenzi relevanti, li 'l quddiem jippreparawhom għal edukazzjoni ogħla, kemm f 'għarfien prattiku, kif ukoll teoretiku. Dan huwa ċentru vokazzjonali u kreattiv li joffri ħafna xogħol applikat u opportunitajiet prattiċi, bl-għajnuna ta' numru ta' programmi u korsijiet. L-ALP tħejji l-istudenti għall-ħtiġijiet tas-soċjetà tal-lum u ta' għada, li kuljum qed titlob għal aktar ħaddiema mħarrġa u kompetenti. Il-programm huwa għal studenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-edukazzjoni formali u jista' jiġi segwit għal sentejn. Hemm l-ALP+ li huwa wkoll disponibbli għal studenti bejn l-età ta' 16 u 18. * * * Inkoraġġiment jieħu diversi forom. Anki li tgħin lill-istudent f 'perjodi delikati u importanti nqisu bħala inkoraġġiment għalihom u wkoll għall-familji tagħhom. Dan qed ngħidu b'referenza għal statistika li ħriġt din il-ġimgħa marbuta mal-Get Qualified Scheme. Kien hemm total ta' 9,364 benefiċjarju li bejniethom ingħataw €23,910,646 fi kreditu ta' taxxa bejn l-2013 u l-2019 minn din l-inizjattiva tal-Malta Enterprise u li hija amministrata mill-Ministeru għall- Edukazzjoni u x-Xogħol permezz tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ħiliet. L-inizjattiva tappoġġja l-iżvilupp personali ta' individwi għall-kisba ta' ħiliet u kwalifiki u ċertifikazzjonijiet meħtieġa mill-industrija. Bejn il-perjodu msemmi kien hemm żieda sostanzjali ta' individwi li gawdew minn din l-iskema meta mqabbel mas- snin preċedenti dawk bejn l-2006 u l-2012, perjodu li matulu kien hemm 3,710 benefiċjarju li bejniethom ingħataw kreditu ta' taxxa ta' €11,535,124. Dan l-inċentiv huwa applikabbli għal individwi wara kors ta' studji li jwassal għal korsijiet ta' livelli differenti. Mat-tlestija b'suċċess tal-kors, l-istudent jibbenefika minn kreditu ta' taxxa biex jirkupra parti mill-ispejjeż li jsiru. Din hija skema li tgħin lill-istudenti tagħna fl-aktar mument importanti ta' ħajjithom, meta jkunu għaddejjin bl- istudji, biex mhux biss itejbu l-edukazzjoni tagħhom, imma wkoll meta jkunu f 'mument li qed jagħżlu l-karriera tagħhom u qed jistinkaw biex iġibu l-kwalifikazzjonijiet meħtieġa. Aħna se nkomplu għaddejjin billi nsaħħu l-iskemi u l-inċentivi li hemm f 'dawn iż-żewġ setturi tant importanti biex fl-aħħar mill-aħħar kull settur tas-soċjetà tagħna jibbenefika minnhom għall-avvanz ta' kull wieħed u waħda minnha. Permezz ta' din l-iskema, l-istudenti li jkunu qed isegwu korsijiet approvati mill- Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, jingħataw kreditu ta' taxxa fuq ħlasijiet li jsiru lill-Università, istituzzjoni jew entità oħra għal taħriġ u wkoll servizzi ta' edukazzjoni li jwasslu għall-kwalifikazzjoni approvata, u wkoll għal ħlasijiet li jsiru għal eżamijiet li jwasslu għal kwalifikazzjoni approvata. * * * Dil-ġimgħa li għaddiet attendejt għal ċerimonja ħelwa imma interessanti ferm. L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qassmet iċ-ċertifikati lill-parteċipanti tal- edizzjoni ta' 'Bil-Qari u l-Kitba Niskorja', programm li għandu l-għan li jqanqal l-imħabba għall-qari u l-kitba permezz tal- futbol. Dan il-programm huwa mfassal apposta għat-tfal li jħobbu l-futbol u li qegħdin fir-raba' u l-ħames sena fl-iskejjel primarji tal-Gvern, li għalkemm ikollhom livell tajjeb ta' qari, ma jqisux il-qari bħala l-aktar passatemp favorit tagħhom. Infaħħar programmi ta' din is-sura minħabba li jipprovdu l-istudenti bl- opportunità li jitgħallmu permezz ta' xi ħaġa li jħobbu. Dan il-programm huwa eżempju tajjeb ta' mod ideali kif tgħallem permezz tal-isport, billi tgħaqqad flimkien żewġ aspetti importanti li jgħinu lit-tfal biex jiżviluppaw u jżidu l-għarfien tagħhom illi jagħmlu xi ħaġa li jħobbu. Dan il-Gvern se jibqa' jaħdem lejn modi ta' tagħlim innovattivi għall-futur mill-aqwa tal- ġenerazzjonijiet li ġejjin. Dan il-programm sportiv u edukattiv li huwa offrut kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż, jikkonsisti f '10 sessjonijiet ta' qari u futbol li jitmexxu minn promoturi tal- litteriżmu u sports leaders flimkien. It-tema prinċipali tal-futbol tgħinna nressqu t-tfal lejn id-dinja tal-qari. Dan kollu fid-dawl tal-filosofija tal-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, li meta t-tfal jieħdu gost jagħmlu xi ħaġa, jitgħallmu u jirnexxu aktar. Biex il-programm jibqa' marbut mat- tema, it-tfal jiltaqgħu fi dressing room li fiha jkun hemm librerija b'għażla ta' kotba bil-Malti u bl-Ingliż relatati mal-futbol. Kull parteċipant jingħata flokk tat-tim tiegħu bħala tiira, u l-Aġenzija tqassam riżorsi marbuta mal-futbol f 'kull sessjoni sabiex it-tfal ikomplu jaqraw u jitgħallmu mid-dar ukoll. * * * Dan huwa settur mimli sfidi. Sfidi li se nilqgħuhom u naħdmu fuqhom. Bħal saħħitna, uliedna jieħdu prijorità f 'ħajjitna. U huwa għalhekk li dan il-Gvern permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol, se jara li fejn tidħol l-edukazzjoni u l-post tax-xogħol ta' uliedna, jagħmel l-aħjar possibbli. Dan huwa Gvern li jinvesti bis-sħiħ fil- ġenerazzjonijiet ta' għada. Owen Bonnici Dan il-Gvern se jibqa' jaħdem lejn modi ta' tagħlim innovattivi għall-futur mill-aqwa tal- ġenerazzjonijiet li ġejjin

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf