Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 editorjal Bidliet u azzjoni fil-Pulizija L i ġralna wara l-elezzjoni li fiha Robert Abela nħatar bħala Prim Ministru hu li qisu bdejna nisko- pru n-nuqqasijiet u t-taħwid li kien hemm hemm taħt Joseph Muscat. Qisna konna qed ngħixu f 'sitwazzjoni fejn kollox kien miexi fuq ir-rubini u xejn ma seta' jmur żmerċ. Ikollna nammettu li konna aħna wkoll li blajna l-lixka u emminna dak li konna qed nisimgħu. Missna konna aktar irreverenti, aktar kurjużi. B'dak li ġara dan l-aħħar u anki fuq il-kwistjoni tal-VITALS ikollna ngħidu li l-ħmieġ kien quddiem għajnejna u ma konniex nafu li kien daqstant imxerred. Il-problema mhix il-Pulizija Maltija biss. Imma nafu li l-għerq ta' kull problema qiegħda mal-Pulizija lokali. Il-krema fuq il-kejk kienet l-istorja fuq l-abbuż ta' sahra tal-Pulizija. Imma ċertament hemm problema aktar profonda. L-anima intern tal-Pulizija hija l-problema. Nistgħu nargumentaw li l-Pulizija mhumiex imħallsa tajjeb u li ma għandhomx riżorsi, iżda dan ma jiġġustifikax li fid-dawl ta' abbużi jew inkella aġir mhux etiku l-pulizija ma jagħmlu xejn. Bħalma infatti għamlu u kienu qed jagħmlu. Li l-kundizzjonijiet tagħhom għandhom jitjiebu u li għandu jkollhom l-għodod kollha naqblu imma, u imma kbira, mhuwiex aċċettabli li meta kellhom bżonn jaġixxu dawn ma għamlu xejn. Qed nitkellmu fuq rapporti numerużi tal-FIAU, l-aġenzija indipendenti li tosserva azzjonijiet finanzjarji u transazzjonijiet fiskali f 'pajjiżna. Huwa magħruf ma' kulħadd li l-FIAU kienu indikaw bl-iktar b'mod ċar li l-Pulizija kellhom biżżejjed fuq xiex joqogħdu fil-każ ta' bosta individwi. U ma aħniex qed nitkellmu biss fuq persuni li huma politikament esposti (PEPs) bħal Konrad Mizzi u Keith Schembri. Byron Camilleri bħala Ministru responsabbli għall-Pulizija għandu għadma iebsa. Mhux biss irid jara li jirriforma lill-pulizija imma li l-pulizija jkunu mmexxija minn persuni integri li huma mnebbħa minn interess ġenwin li jagħmlu l-ġid. Il-Prim Ministru Robert Abela issa jrid jaġixxi. U ma jistax jistenna. Irid jassikura li l-pulizija mhux biss jinvestigaw imma jressqu n-nies. Jekk ma jsir xejn hemm ċans kbir u żgur mhux forsi li l-istituzzjonijiet regolatorji jinżlu fuqna bħal sajjieta u jġibuna nitkellmu waħedna u mhux hekk biss, nispiċċaw nitilfu pilastru importanti – is-servizzi finanzjarji u magħhom il-ġid u l-impjiegi li tant huma bżonjużi għal pajjiżna. illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IR-RIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Editur: Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf