Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
27 sport Tibdil radikali għal Jesrit Angel Camilleri ... iżda xorta waħda jkompli s-suċċess tiegħu illum • IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT "Din is-sena kelli tibdila radikali, kemm fit-tmexxija tal- kowċing kif ukoll bdilt il-klabb li kont intellaq f 'ismu, fejn din is-sena ngħaqadt ma' Evolve Endurance Club, tim ġdid li fi it żmien sar l-ikbar tim ġo Malta bħala membri tal-atletika, kif ukoll qed jikseb bosta rekords fix-xena domestika. It-tmexxija tal-klabb hija waħda serja b'amministrazzjoni organizzata u ambizzjuża, li flimkien mal-istaff tekniku jaħdmu id f 'id biex jiżviluppaw lill-atleta b'mod professjonali. Il-Head coach tat-tim huwa l-Olandiż Has Kesra, li għalkemm jgħix barra minn xtutna, ta' spiss ikun fostna u permezz tat-teknoloġija fi ftit sekondi jkun jista' jevalwa kull sessjoni u jmexxi t-taħriġ tagħna ta' kull ġurnata. Il-klabb, permezz tal-kowċ Has Kesra, għandu ftehim speċjali mal-Assoċjazzoni tat-tim nazzjonali Olandiż, li tinsab ibbażata fil-lokalità ta' Arnhem, sabiex l-atleti tal- klabb ikunu jistgħu jitħarrġu bi professjonalità kbira, anke permezz ta' testijiet tal-ogħla kwalità, u b'hekk atleta jkun jista' jsarraf u jimmassimizza l-potenzjal kollu tiegħu. F'Novembru li għadda, kelli l-opportunità li nitla', u nagħmel dawn it-testijiet speċifiċi, ġo laboratorji, fejn juru l-potenzjal tal-atleta u kemm tista' timxi 'l quddiem jekk dejjem tibqa' taħdem b'dixxiplina u tħaddan il-proċess ippjanat li tkun qiegħed tistinka għalih, temmen fih u tesegwih ta' kull ġurnata. Il-Ħadd 2 ta' Frar, ġiet organizzata t-tellieqa tal- Kampjonat MAAA Road Running tal-għaxar kilometri li kienet l-aħħar waħda minn erba' tlielaq. It-temp kien perfett biex kulħadd jagħti l-massimu tiegħu, u biex ukoll ikun jista' jipprepara għat-tellieqa tal-half marathon ta' Malta illi tinsab ftit ġimgħat biss 'il bogħod. Il-punti tat-tiġrija jinqasmu fuq l-ewwel erba' atleti ta' kull tim - min ikollu l-inqas punti bħala pożizzjonijiet jirbaħ il- ġurnata. Bħala Club Evolve, qabel din il-ġurnata, konna fil- quċċata tal-klassifika u konna determinati li dakinhar nagħlqu l-kampjonat u nirbħu t-titlu mal- ewwel sena ta' twelid il-klabb, kif fil-fatt ġara. Numru sabiħ ta' 160 atleta pparteċipaw għal din it- tiġrija fejn kulma jmur l-atletika qed tkompli tikber. Fil-ġurnata spiċċajt fid-19-il post u ksibt ħin sodisfaċenti ta' 35 minuta u 25 sekonda fejn huwa l-aqwa ħin għal dan l-istaġun għalija u fuq nota pożittiva, irnexxieli nqassam it-tiġrija bl-aħjar mod li nispiċċa t-tieni parti tagħha iktar b'saħħti mill-ewwel ħames kilometri. Għalkemm bosta mill-atleti tal-Club Evolve, taħt it-tmexxija ta' Has Kesra, jitħarrġu għall- ġiri fit-tul jien xorta ngħaqadt mal-klabb, bil-għan primarju li taħt it-tmexxija tiegħu nkompli nsaħħaħ it-tliet dixxplini tat- triathlon, jiġifieri l-għawm, ir- rota u l-ġiri. Bħalissa, li għadu kemxejn kmieni fl-istaġun, qed niffoka li nibni bażi soda fit-tliet dixxiplini, hekk kif il-ħtieġa ta' bidla mill-aħħar staġun fil- kompożizzjoni tat-taħriġ kienet imminenti għalija, u rajt kif se jkun l-aħjar mod li naħdem bih. Il-mod li qed naħdem bih issa, jikkumplimenta tajjeb mal- karatteristiċi tiegħi, fejn it-taħriġ sar wieħed struturat, ippjanat u xjentifiku. Bdejna niżviluppaw il-fondazzjoni mill-bidu nett, fejn mingħajr lat aerobiku ma tkunx tista' twassal ħafna f 'dan l-isport għax huwa fit-tul, u int trid taħseb għal quddiem sew inkella jekk tibni fi ftit żmien, jikkrolla kollox fi żmien qasir. Il-pjanijiet tiegħi għall- ġejjieni huma prinċiparjament li nkompli nsaħħaħ dak li qed nibni tarġa tarġa. Wara n-nofs maratona li ġejja ta' Marzu ħa npoġġi flimkien mal-kowċ tiegħi biex nagħmlu l-pjan kollu ta' taħriġ individwalment u forsi nieħu sehem f 'xi tiġrija 'l hawn u 'l hinn ġo pajjiżna fosthom il-kampjonat nazzjonali tad- Duathlon li d-dati tiegħu għadhom m'humiex konfermati. Dawn kollha se jwassluni biex nipparteċipa u niddebutta għall- għan ewlieni tiegħi għal din is- sena fid-distanza tal-Half Iron Man barra minn xtutna f 'Ġunju li ġej bl-aħjar mod possibli." Jesrit Angel Camilleri - triatleta ewlieni f'pajjiżna li kulma jmur iż- żmien qed ikompli jżid mal-kullana ta' suċċessi tiegħu. F'dawn l-aħħar ġimgħat, għadda minn tibdil radikali fil-karriera tiegħu. Huwa spjegalna aħjar...