Illum previous editions

ILLUM 16 February 2020 optpf

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Ma hemmx Sibt u lanqas Ħadd. It-traffiku jesperjenzah kulħadd u kulħadd igerger dwaru iżda it huma dawk li lesti jissagrifikaw il-karozza privata tagħhom u jagħżlu tal-linja jew inkella mezz ieħor alternattiv ta' transport. Fil- fatt, skont sondaġġ xjentifiku li għamlet il-gazzetta ILLUM huma biss 13.6% li jagħżlu l-karozza tal- linja biex imorru minn post għall- ieħor. Minkejja diversi miżuri li ġew introdotti, partikolarment biex studenti u anke anzjani jivvjaġġaw b'xejn, tal-linja jidher li sejra lura u mhux 'il quddiem. Fl- aħħar sondaġġ dwar it-trasport li l-gazzetta ILLUM ippubblikat f 'Awwissu 2019 kienu 16.8% li wieġbu li jippreferu jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku. Anke jekk id-differenza hija żgħira dan ma jawgura xejn tajjeb għax jidher li għadna 'l bogħod biex xi darba nittamaw li tinbidel il-mentalità tal-Maltin u jduru bi ħġarhom għal mezzi alternattivi ta' trasport. Anke jekk naqset xi it ukoll, ma tantx hija xi sorpriża li l-karozza privata tibqa' l-mezz ta' trasport l-aktar popolari u importanti għall-Maltin li ma jidhirx li lesti jissagrifikawha malajr biex jaqbdu tal-linja. Fil-fatt, il-karozza privata hija l-mezz ta' trasport favorit ta' 75.3% tal-Maltin. Il-mistoqsija li għamlet il-gazzetta ILLUM hija: Biex tivvjaġġa jew tasal minn post għall-ieħor x'tuża? Iż-żgħażagħ l-inqas li jużaw tal- linja Ma jawgura tajjeb xejn li ż-żgħażagħ u dawk ta' mezza età huma l-inqas li jużaw il-karozza tal-linja għax ifisser li fadlilna x'noħolmu li xi darba l-mentalità se tinbidel. Bla dubju ta' xejn li dan huwa l-agħar riżultat ta' dan is- sondaġġ. L-ironija hija li fis-sondaġġi li saru fl-aħħar xhur, l-aktar li huma konxji dwar il-bżonn li l-ambjent ikun protett u allura l-importanza li jintużaw mezzi alternattivi ta' trasport, huma dawk li għandhom bejn it-18 u l-35 sena. Fil-fatt, huma 5% biss ta' dawk li għandhom bejn it-18 u l-35 sena u 6% biss ta' dawk li għandhom bejn is-36 u l-50 sena li jippreferu jużaw il- karozza tal-linja. Dawn huma l-aktar li jużaw il-karozza privata, hekk kif dan huwa l-mezz favorit ta' trasport fost 87.5% u 84.3% taż-żgħażagħ u dawk ta' mezza età, rispettivament. Interessanti wkoll li flok 'il quddiem sejrin lura. F'Awwissu li għadda kienu 7.3% taż-żgħażagħ u 9.6% ta' dawk ta' mezza età li wieġbu li jużaw tal-linja biex jivvjaġġaw. Ta' min ifakkar li dan ir-riżultat xejn pożittiv inkiseb minkejja diversi miżuri mħabbra biex jiżdied l-użu tat-trasport pubbliku. Fil-fatt, b'diversi miżuri mħabbra fil-Baġits li għaddew dawk li għandhom bejn l-14 u l-20 sena jivvjaġġaw b'xejn fuq tal-linja. Anke jekk l-użu jibqa' dejjem taħt il-50%, l-aktar li jużaw it-trasport pubbliku huma dawk li għandhom 'il fuq minn 65 sena (31.6%) u warajhom dawk li għandhom bejn il-51 u l-65 sena (17.2%). Fiż-żewġ gruppi ta' età kien irreġistrat ukoll tnaqqis fl-użu tal-karozza tal-linja meta r-riżultat ta' dan is-sondaġġ ikun imqabbel ma' dak ta' Awwissu. Fl-aħħar baġit, il-Gvern ukoll ħabbar vjaġġar b'xejn għal dawk li għandhom 75 sena jew aktar. L-użu tal-karozza privata jibqa' l-favorit fost dawk ta' kull età, inkluż fost dawk li għandhom minn 51 sena 'l fuq. Tnaqqis drastiku f'Għawdex; l-inqas reġjun li fih tintuża tal-linja Minkejja li f 'Għawdex id- distanzi huma qosra u tista' tgħid li l-lokalitajiet huma tefgħa ta' ġebla 'l bogħod minn xulxin, meta wieħed iħares lejn ir-reġjuni, il- popolazzjoni ta' Għawdex hija l-inqas li tagħmel użu mit-trasport pubbliku. Interessanti li dan ir-riżultat huwa għalkollox differenti minn dak li sabet l-ILLUM f 'Awwissu li għadda. Jekk f 'Awwissu 23.6% tal-Għawdxin qalu li jippreferu jużaw it-trasport pubbliku, din id- darba kienu biss 6.3% li wieġbu li jivvjaġġaw b'tal-linja. L-aktar li jużaw it-trasport pubbliku huma dawk li jgħixu fil- lokalitajiet li jinsabu fin-Nofsinhar tal-Port (24.5%), jiġifieri l-Belt Valletta, il-Birgu, l-Isla, Bormla, Ħaż-Żabbar, il-Fgura, il-Furjana, Ħal Luqa, il-Marsa, Raħal Ġdid, Santa Luċija u x-Xgħajra. Jista' jagħti l-każ li dan ir-riżultat huwa frott il-fatt li dawn huma fost l-aktar inħawi popolati, lokalitajiet li fihom hemm problema ta' parkeġġ (u allura jaqbillek b'tal- linja) u għax is-servizz tat-trasport pubbliku huwa aktar spiss. Mill-banda l-oħra, l-inqas li jużaw it-trasport pubbliku (9.8%) huma dawk li jgħixu fit-Tramuntana tal-Port, jiġifieri f 'Ħal Qormi, Birkirkara, il-Gżira, il-Ħamrun, l-Imsida, Pembroke, il-Pietà, San Ġiljan, San Ġwann, Santa Venera, Tas-Sliema, is-Swieqi u Ta' Xbiex. Interessanti din id-diskrepanza bejn il-lokalitajiet fuq iż-żewġ naħat tal-Port, għax fil-fatt iż-żewġ naħat huma ppopolati ħafna u fiż-żewġ reġjuni hemm problema enormi ta' parkeġġ u traffiku. Sa Awwissu li għadda, kienu 20.3% ta' dawk li jgħixu fit-Tramuntana tal-Port li qalu li jippreferu tal-linja, jiġifieri anke hawn, bħal Għawdex, it- tnaqqis fl-użu tat-trasport pubbliku kien wieħed kbir. Tal-linja ma tantx hija l-favorita lanqas fost dawk li jgħixu fit- Tal-linja lura flok 'il quddiem; iż-żgħażagħ ma jridux jafu biha TAXI 0.6% TAL-LINJA 13.6% MIXI 2.1% KAROZZA 75.3% Biex tivvjaġġa jew tasal minn post għall- ieħor, x'tuża? Rota 0.4% Tal-linja 13.6% Lift 5.1% Oħrajn 2.9% Taxi 0.6% Mixi 2.1%

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 16 February 2020 optpf