Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1211427
08 aħbarijiet IL-ĦADD 16 TA' FRAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza, Edward Zammit Lewis, żvela mal-gazzetta ILLUM li fil- ġimgħat li ġejjin il-Gvern se jkun qed iħabbar pjan ġdid dwar kif se jkunu qed jintgħażlu l-ġudikanti, kif se jinħatar il- Prim Imħallef u l-mekkaniżmu li se jintuża f 'każ li jkun hemm ġudikanti li ma jaqdux dmirhom sew skont il-Kostituzzjoni u skont il-ġurament tagħhom. "Hija wegħda li qed nagħmel jien. Ir-riforma mhijiex 'il bogħod. Hija fil-ġimgħat li ġejjin," insista l-Ministru l-ġdid responsabbli mill-Ġustizzja f 'intervista dwar il-prijoritajiet tiegħu. Filwaqt li fakkar fir-riforma li saret fl-2016, insista li l-Kummissjoni Venezja, filwaqt li rrikonoxxiet li dan kien pass fid- direzzjoni t-tajba, dehrilha li fadal xi jsir biex is-sistema ġudizzjarja tissaħħaħ. "Il-Partit Nazzjonalista qatt ma għamel xejn fuq dan u ma għandux il-kredibbilità biex jgħidilna x'għandna nagħmlu. Aħna qbadna l-barri minn qrunu," saħaq il-Ministru. Huwa insista li huwa ċar li r-riformi proposti mill- Kummissjoni Venezja ttieħdu bis-serjetà minn dan il-Gvern u fi kliemu dan jidher ċar anke fid-deċiżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela li jgħaqqad il- ġustizzja, l-ugwaljanza u l-governanza f 'Ministeru wieħed. Hawnhekk, il-Ministru insista li r-riformi jridu jsiru abbażi tar- rapport tal-Kummissjoni Venezja, jiġifieri ma jfissirx li se jkunu implimentati kelma b'kelma minn dak li jgħid ir-rapport, għax fi kliemu, l-ewwel u qabel kollox għax Malta hija pajjiż sovran u mhux għax il-pajjiżi kollha Ewropej għandhom l-istess ċirkostanzi. "Se naraw li r-riforma ssir kemm jista' jkun fil-parametri tar-rakkomandazzjoni tal- Kummissjoni Venezja, f 'ċirkostanzi li jagħmlu sens għal pajjiżna," saħaq Zammit Lewis. "Irridu nħarsu wkoll lejn id-dinjità tal-Avukati, fejn meta persuna tapplika mhux inxandruha ma' kulħadd għax ma tkunx għaddiet. Irridu nissalvagwardjaw lil dawn in-nies li jersqu 'l quddiem biex jagħtu servizz." Kien hawn li l-Ministru saħaq li hija ħasra li ma tantx tissemma l-ħidma li saret biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-Imħallfin u l-Maġistrati, inkluż il-pakkett finanzjarju tagħhom. "Kont avukat taħt il-Partit Nazzjonalista u din qatt ma saret. Kienet ilha tgħid il- ġudikatura. Tajnihom id-dinjità," insista l-Ministru waqt li tenna li l-Gvern se jimplimenta aktar miżuri biex il-pajjiż jersaq aktar lejn dak li jixtieq ir-rapport tal- Kummissjoni Venezja, għax fi kliemu: "nemmnu fih." Filwaqt li saħaq li wieħed ma jistax imaqdar l-istituzzjonijiet għax dawn dejjem ħadmu, inkluż il-Qrati, insista li f 'demokrazija l-bidliet huma importanti. "Robert Abela għandu din il- konvinzjoni. Jiena għandi din il-konvinzjoni. Se nkunu qed nissorprendu lin-nies bil-bidliet li se nagħmlu," insista l-Ministru. 'Ġudikant li jdum snin biex jagħti sentenza mhux se jsib lili fuq in- naħa tiegħu' Ministru ma jistax jindaħal f 'dak li tagħmel il-Qorti, iżda l-ILLUM staqsiet lill-Ministru dwar ċertu dewmien fil-Qorti biex jinqatgħu sentenzi jew inkella dwar sentenzi, bħal fil-każ ta' vjolenza domestika, li mhumiex biżżejjed biex iservu ta' detterent. Beda billi saħaq li għal 14-il sena sħaħ huwa ħadem fil-Qorti u għalhekk jista' jiem aħjar is- sitwazzjoni kemm tal-ġudikatura, tal-avukati u anke tan-nies u kien hawn li saħaq li issa bħala Ministru ħalef biex ikun fuq in- naħa tan-nies. "Jiena la se nkun trejd unjonista tal-imħallfin u l-maġistrati u lanqas trejd unjonista tal-Kamra tal-Avukati. Jiena se nkun fuq in- naħa tan-nies," insista Zammit Lewis. "Kull persuna li titla' l-Qorti trid tingħata dinjità għax il-ġustizzja qiegħda hemm għal kulħadd." Kien hawn li beda jitkellem fuq is-seduti u fuq is-sentenzi, bil-Ministru Zammit Lewis ma jdurx mal-lewża u jisħaq li mhux aċċettabbli li n-nies jitħallew jitilgħu l-Qorti meta s-seduta tkun differita. "Nistenna li l-imħallfin u l-Maġistrati jirrispettaw lin- nies," insista l-Ministru waqt li saħaq li llum hemm mezzi biex tikkomunika man-nies. Qaleb id-diskors biex jitkellem fuq is-sentenzi. "Mhux aċċettabbli li f 'kawża ngħataw il-provi kollha, saru s-sottomissjonijiet finali u s-sentenza tingħata ħames snin wara," saħaq il-Ministru. "Imħallef jew ġudikant li jagħmel hekk mhux se jsib lili fuq in-naħa tiegħu." 'Irrid il-koperazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati' Mistoqsi jekk id-dewmien hux riżultat tal-pressjoni fuq il-ġudikanti, il-Ministru saħaq li sar ħafna xogħol fi żmien il- preduċessur tiegħu Owen Bonnici biex id-dewmien naqas iżda insista li hemm ċertu sitwazzjonijiet fejn fadal xi jsir. Ma waqafx hemm. Kompla jisħaq li "lanqas ma hu aċċettabbli li l-Prim Awla tal-Qorti Ċivili taqta' sentenza, erba' snin u nofs wara jsir appell minn dik is- sentenza u erba' snin u nofs wara tkun għadek ma rċevejtx l-avviż biex tidher quddiem il-Qorti tal- Appell, quddiem tliet imħallfin. Immaġina kumpanija li kellha tieħu l-flus, ingħatat raġun u appellawlha. Immaġina persuna li qed tissepara u għandha d-destin tagħha mdendel, trid tibda ħajja ġdida u snin wara għadu lanqas biss beda jinstema' l-appell." Kien hawn li Edward Zammit Lewis saħaq li jinsab determinat li dawn l-affarijiet jinbidlu u għamilha ċara li jrid il-koperazzjoni tal-imħallfin u l-maġistrati dwarha. "Se nkun voċiferu fuqha u se nitkellem fuqha," qal il-Ministru. Filwaqt li saħaq li mhux kollox jiddependi mil-liġi, żvela li se jkun qed jipproponi emendi partikolari f 'partijiet differenti fil-liġi. 'Ma jistax ikun li jgħaddu s-snin biex tingħalaq inkjesta' Għadda biex jitkellem fuq l-inkjesti u anke hawn tkellem kontra d-dewmien żejjed. Filwaqt li faħħar ix-xogħol ta' maġistrati li jkunu qed jaħdmu fuq inkjesti, insista li ma jistax ikun u mhux se jippermetti li jgħaddu s-snin u inkjesta tibqa' qatt ma tingħalaq. "Immaġina persuna li weġġgħet fuq ix-xogħol u ma tistax tiaħ kawża ċivili għax l-assigurazzjoni tgħid li qed tistenna r-riżultat tal- inkjesta. Dawn huma problemi prattiċi li missejt b'idejja," saħaq il-Ministru Zammit Lewis. 'Għajb li nattakkaw il-ġudikanti ... għandna sistema ġudizzjarja tajba' Mill-banda l-oħra, il-Ministru insista li "huwa għajb" li l-ġudikanti jkunu attakkati. Saħaq li dan għamlitu l-Oppożizzjoni fl-aħħar snin fuq uħud mill-ġudikanti appuntati mill-Gvern. Zammit Lewis qal li jekk wieħed iħares lejn l-istorja tal-Qrati Maltin jikkonkludi li l-ġudikanti, il-Prim Imħallfin, imħallfin u maġistrati, fil-maġġoranza assoluta tagħhom, dejjem qdew dmirhom tajjeb u b'onestà. "Setgħu kienu kandidati tal- Partit Nazzjonalista jew tal-Partit Laburista. Meta telgħu hemm qdew xogħolhom b'imparzjalità," insista l-Ministru. Kien hawn li filwaqt li saħaq li hemm x'wieħed jirranġa, insista li Il-Gvern se jħabbar pjan ġdid għall-ħatra Il-Ministru Edward Zammit Lewis jisħaq mal-ILLUM li l-Gvern se jissorprendi lin-nies bil-bidliet li se jagħmel