Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
23 films illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 taċ-ċinema minn din il-ġimgħa UNDERWATER THE CALL OF THE WILD Kif jindika sewwa t-titlu, Underwater jippreżentalna avventura tax-xjenza fittizja li sseħħ taħt l-ilma, infatti fl-aktar post fond tal- oċean – seba' mili taħt il-baħar, fl-Oċean Paċifiku fil-post imsejjaħ Marianna Trench. Il-kumpanija Kepler qed tħaffer f 'abbiss ta' dlam ċappa u l-ekwipaġġ li jikkonsisti mill- inġiniera Norah Price (Stewart), il-kaptan Lucien (Cassel), Emily Havesham (Henwick), studenta tal-bijoloġija marittima, Liam Smith (Gallagher Jr.), espert tal-operazzjonijiet, il-maniġer Rodrigo Naġenda (Athie) u Paul Abel (Miller) li jinqala' għal kollox, huma l-uniċi li salvaw wara terremot ta' qawwa kbira u li kisser il-pjattaforma ta' taħt il-baħar. L-unika tama li fadallhom hi li b'xi mod imorru lejn pjattaforma oħra, Roebuck, li tinsab 'il bogħod u jibagħtu messaġġi għall-għajnuna jekk l-apparat ta' hemm għadu jaħdem. Waqt il-vjaġġ perikoluż tagħhom jibdew jissuspettaw li, taħt il-mewġ, dawn mhumiex waħedhom. Xi kreatura misterjuża qed issus warajhom biex tnaqqihom meta huma jinsabu maqbudin f 'kuriduri dojoq u f 'post klaws trofobiku. Wieħed jista' jxebbah Underwater mal-film Alien (1980) bl-istess andament però issa fil-qiegħ tal-oċean. Kristen Stewart bħala Norah, enerġetika, ħabrieka u determinata għall-aħħar tagħti lemħa lil erojina Ripley (Sigouney Weaver), il-protagonista tax-xogħol ta' kważi erbgħin sena ilu. Minkejja li ħafna mill-azzjoni sseħħ f 'postijiet kumpatti u dojoq, xorta waħda Underwater jipprovdi eċitament għal dawk li jiggustaw dan il- ġeneru ta' film. Atturi Ewlenin: Kristen Stewart; Vincent Cassel; Mammoudou Athie; T. J. Miller; Jessica Henwick; John Gallagher Jr. Direttur: William Eubank. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 95min. Ċert. 15 Atturi Ewlenin: Harrison Ford; Omar Sy; Karen Gillan; Dan Stevens; Bradley Whitford. Direttur: Chris Sanders. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 100 min. Ċert. P.G. L-avvventura leġġendarja ta' Jack London, e Call Of e Wild qed terġa' tidher fuq il-liżar ċinematografiku, issa b'teknika avvanzata u moderna. Ix-xogħlijiet letterarji ta' dan l-awtur minn żmien bikri taċ-ċinema mutu ħajru lill-produtturi tal-films. e Call Of e Wild minn dejjem kien popolari ma' numru kbir ferm ta' qarrejja adulti u speċjalment dawk tal-età tat-tfulija, kif għamlu l-istess l-adazzjonijiet għaċ- ċinema, bħal dak tal-1972, bl-attur Charlton Heston, ieħor tal-1996, e Call Of e Wild: Dog Of Yukon, żewġ produzzjonijiet Taljani, White Fang (Zanna Bianca) u s-sequel u ieħor ta' Disney tal-1996, li jirrakkontaw storja simili dwar kelb. Dan ix-xogħol ġdid hu dwar Buck, kelb fidil li jħobb iqajjem xi inkwiet meta jilmaħ l-ikel, li l-ħajja komda tiegħu f 'California tintemm ħesrem meta jkun maħtuf, jinbiegħ u jsib ruħu fit-terran selvaġġ u pittoresk ta' Yukon, fl-Alaska fi żmien ta' attività frenetika għat- tfittxija tad-deheb lejn l-aħħar tas-snin 1890. Buck jintgħażel bħala l-mexxej ġdid ta' ċorma klieb huskies li jiġru minn post għall-ieħor bi slitta biex iqassmu l-ittri. Il-vjaġġi ġieli jkunu perikolużi ħafna minħabba l-kesħa tremenda, meta t-triq tkun għat-telgħa, biża' minn xi valanga kbira jew minn xi viljakki jew ħallelin. Fl-aħħar Buck isib is-serħan tiegħu mal-veteran John ornton (Ford), li jgħix għalih waħdu qisu eremit, kif ukoll wieħed li jfittex għad-deheb. e Call Of e Wild jipprovdi avventuri divertenti, azzjoni, fotografija tassew vivida u taħlita ta' karattri li wieħed jistenna li jsib f 'postijiet imwarrbin fejn ir-rgħiba għall-ġid tieħu prijorità. Fuq kollox, il-protagonist assolut hu l-kelb li permezz ta' effetti CGI jaġixxi kważi aktar stuż minn bniedem ġenjali. Jack London li kiteb din l-istorja fl-1903 u li sabet postha fil-kurrikulu ta' bosta skejjel Amerikani kienu konxju li fil-famuż Klondike Gold Rush, il-klieb kellhom sehem importantissimu.