Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

32 opinjoni Ħadt l-azzjoni immedjatament M eta sfortunatament seħħ il-qtil makabru tal-ġurnalista, aktar u aktar ta' persuna li kienet blogger, Daphne Caruana Gal- izia f 'Ottubru tal-2017, waħda mill-affari- jiet li mort nagħmel mill-ewwel, apparti d-deċiżjonijiet li ħadna, kienet li nistaqsi kemm kien hemm protezzjoni għall-famil- ja Caruana Galizia - u semmejtha għax qgħadt ninnota f 'ċerta xhieda li qed tingħata li donnu kulħadd qed jaħrabha. Staqsejt biex nara mill-2008 sas-16 ta' Ottubru 2017 kemm kien hemm ġranet ta' fixed point mad-dar tal-familja Caruana Galizia. Jirriżulta li bejn l-elezzjoni tal-2008 sas-16 ta' Ottubru 2017 kien hemm biss 50 ġurnata li kien hemm fixed point mad-dar tal-familja Caruana Galizia. L-aktar tul ta' żmien li kien hemm fixed point kien bejn Settembru tal-2010 u Ottubru tal-2010 fejn kien hemm it inqas minn 30 ġurnata. Il- ġranet l-oħra kollha kienu jaħbtu fi żminijiet ta' elezzjoni, fl-2008, fl-2013 u fl-2017. Dettall importanti Sfortunatament, innotajt ukoll li fl-inkjesta pubblika donnu kull min kien imexxi fil-Korp tal-Pulizija kulħadd ħarab minn dan id-dettall importanti. Kulħadd jgħid li ma jiakarx u għalhekk kont staqsejt dak iż-żmein biex nara l-protezzjoni li kienet qed tingħata lill-familja Caruana Galizia. Kont informat li kienu jsiru frequent patrols imma ma kinux qegħdin isiru fixed points għall-maġġorparti tal-ġranet bejn l-elezzjoni tal-2008 u s-16 ta' Ottubru 2017. Dan qed nagħmlu biex nuri b'mod ċar kemm ħadna bis-serjetà u ppruvajna nagħmlu evalwazzjoni tal-affarijiet kif saru u ma sarux. L-istess, u nħoss li għall-fini ta' sigurtà m'għandix insemmi min huma l-persuni li minħabba r-rwol tagħhom fis-soċjetà Maltija kellhom il-protezzjoni bħalma għandek protezzjoni ma' ambaxxati u postijiet oħra ta' ċerta portata. Dawn kellhom u għad għandhom fixed point magħhom miż- żminijiet meta ħajjithom kienet mhedda, minn meta rċevew ċertu theddid fuq ħajjithom. "Allegat" Riċentement kellna l-kwistjoni tal- investigazzjonijiet li għaddejjin fi ħdan il-Korp tal-Pulizija. L-ewwel nett, mhux beħsiebni nidħol fid-dettall tal- investigazzjonijiet għax ma rridx intellef. Mhux se nagħmel bħal ċerti persuni li għamlu storja vvintata u abbużaw mill- Parlament b'ċerti dikjarazzjonijiet. Persuna ma tistax tippreġudika każ li għadu qed jiġi investigat u allura dejjem nużaw il-kelma "allegat" sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni tal-Qorti li tkun iddikjarat persuna hix ħatja jew le. Għaldaqstant huwa ta' preġudikazzjoni l-mod ta' kif intuża l-Parlament minn Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni fejn persuni ġew akkużati b'mod abbużiv daqslikieku kienu persuni ħatja mingħajr lanqas biss intużat il-kelma "allegat". Naħseb ikun interessanti jekk fil-Parlament naslu biex, eventwalment, inressqu liġijiet li jirregolaw il-Kamra, li wieħed ma jistax intenzjonalment jabbuża mill-privileġġ tal-Kamra bħalma ġara, każ klassiku. Ħadt azzjoni Meta kien hemm rapport li fil-bidu ta' Ottubru fi ħdan il-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, jien ġejt ippreżentat ir- rapport ta' akkużi li kien hemm. Hemmhekk hija l-ewwel parti fejn jien evalwajt dak ir-rapport u tajt direzzjoni biex jintbagħat lill-Kummissarju tal-Pulizija ħalli jsiru l-investigazzjonijiet neċessarji. Jekk nieħu biss żewġ rapporti li n-naħa tal-Oppożizzjoni tiaħar bihom, insemmi dak tal-Membru Parlamentari mill-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt li kien qiegħed Malta u meta x-Shi News staqsewh fuq il-każ tal-Pulizija huwa rrisponda li l-Gvern ħa l-azzjoni li kienet mistennija minnu biex jibdew l-investigazzjonijiet mill-ewwel. Filwaqt li meta kien qed jiġi intervistat l-eks Assistent Kummissarju John Rizzo u staqsewh x'kien jagħmel hu f 'każ simili, wieġeb li jagħmel bħalma ġara, isiru l-investigazzjonijiet mill-ewwel, fejn qal: "Bħalma dejjem għamilt." Dak hu li jien bħala parti mir-responsabbiltà tiegħi f 'dan il-każ aġixxejt bħalma dejjem aġixxejt. Jekk hemm xi ħadd li jaħseb li hemm xi interess li xi ħadd jaħbi akkużi li saru fuq individwi, aktar u aktar jekk ikun whistleblower, għandu jieħu l-azzjoni li hemm bżonn tittieħed. Minn dak li allega l-whistleblower f 'dan il-każ jidher li allegatament hemm ċerta sustanza f 'dak li qal u l-investigazzjonijiet li għaddejjin. Brimba Bl-akbar responsabbilità għax hija xi ħaġa li kienet pubblika, meta jkollok Ministru li jaf li hemm brimba għax hekk sejħilha, f 'ministeru jew f 'dipartiment jew f 'aġenzija jew awtorità li hu responsabbli tagħha, jgħid li ma jistax isib l-irkaptu tagħha, jaf biha, esprima lilu nniffsu meta xi ħadd legalment jew illegalment irrekordja x'qal u l-persuna bħala Ministru m'aġixxiex allura hemmhekk, iva, għandek responsabbilità politika madanakollu li ma kienx refagħha l-Ministru li għalkemm kien jaf ma ħax azzjoni. Riċentement ġie ppremjat ukoll billi ngħata post importanti fi dan il-Partit Nazzjonalista. Hemmhekk tidħol ir- responsabbilità meta taf u ma taġixxix imma meta tkun taf u taġixxi allura s-sitwazzjoni hija kompletament differenti u allura r-responsabbilità politika tkun erfajtha billi aġixxejt. Dejjem rajt li fiċ-ċirkostanzi kollha, għal kull rapport li jkun hemm dejjem naħdem ħalli nara x'inhi s-sitwazzjoni vera u fejn hemm bżonn, f 'każ ta' struttura li hija ħażina, f 'każ li l-metodu kif isiru u kif jiġu approvati l-affarijiet huwa ħażin, hemmhekk naġixxi u nibdel l-affarijiet. Aħna għalhekk qegħdin fil-politika biex naraw li l-affarijiet intejbuhom minn kif konna sibniehom. Riżultati Jalla li l-investigazzjonijiet ikomplu għaddejjin u jagħtu r-riżultati. Hija sfortuna li nara individwi li aġixxew f 'ħajjithom, uħud minnhom salvaw ħajjiet, uħud minnhom interċettaw u anke ssograw ħajjithom li mbagħad huma stess jaslu biex jagħmlu ċerti affarijiet oħrajn li jkissru t-tajjeb li jkunu għamlu. Nispera li qatt ma nasal għall-punt fejn b'xi mod jew ieħor inkun abbużajt mill- pożizzjoni tiegħi. Qatt m'abbużajt u nitlob lill-Mulej iżomm idejh fuqi biex qatt ma nasal nagħmel xi forma ta' abbuż. Fil-politika, meta dħalt, ma dħaltx sinjur, ma rridx nitlaq sinjur imma rrid nibqa' mfakkar għal dak li għamilt għas-soċjetà u mhux dak li għamilt għalija personali. Il-ġenituri tiegħi rawmuni nħares lejn is- soċjetà, niem is-soċjetà u ntejjeb dak li nsib ħażin, u lill-persuni li nsib li qegħdin ibatu nagħmel xi ħaġa li żgħira kemm hi żgħira ntejbilhom ħajjithom. Ta' dan nirringrazzjahom. IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum Michael Farrugia Michael Farrugia huwa Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Meta jkollok Ministru li jaf li hemm brimba għax hekk sejħilha ... esprima lilu nnifsu meta xi ħadd ... irrekordja x'qal u m'aġixxiex allura hemmhekk, iva, għandek responsabbilità politika

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020