Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
12 intervista IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum 'Jekk jirriżenja Delia hemm nies tajbin ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Partit Nazzjonalista għaddej minn żmien iebes ta' firda fil-ħsieb u telfiet elettorali. Wieħed jista' jgħid illi eluf ta' votanti tilfu l-fiduċja f 'Adrian Delia u li dan jista' verament iwassal lill-partit għar-rebħ. Wieħed minn dawk li huma voċiferi kontra Delia huwa Wayne Hewitt. Il-gazzetta ILLUM tiltaqa' miegħu biex tifhem aħjar x'inhi l-problema, x'qed idejjaqhom f 'Delia u għaliex ma jħossx li għandu jaċċetta rebħa darba, darbtejn ta' Delia fil-partit. Min hu Wayne Hewitt? Wayne Hewitt huwa wieħed minn dawk li huma relattivament ġodda fil- partit - jekk se nqabbluh ma' nies bħal Louis Galea u Ċensu Galea, it-tnejn issa għandhom kariga fil-partit mill-ġdid. Fl-2009 Hewitt daħal fil-Kumitat Sezzjonali tal-PN fil-Gżira, imbagħad sar Assistent Segretarju tal-istess Kumitat u wara li Simon Busuttil sar Kap Nazzjonalista kien ikkontesta l-elezzjoni lokali u kiseb 638 vot, jew l-akbar numru ta' voti mill-kandidati kollha ta' kull partit fil-lokalità. Kien ħareġ għall-elezzjoni tal-2017 li jgħid illi ma tantx ħadem għaliha minħabba studju imma li jisħaq illi tatu idea ta' kif tinħadem elezzjoni. Ifakkar illi fl-10 distrett il-PN kien ħareġ numru kbir ta' 22 kandidat. "Illum għadni Kunsillier fil-Kunsill Ġenerali u naturalment tesserat," saħaq Hewitt. 'Kieku baqa' Kap Busuttil jew bqajna mexjin fl-istess triq ...' Induru fuq Simon Busuttil. Hewitt tella' ritratt tiegħu ma' Simon u rringrazzjah. Dawk li ma jaqblux ma' Busuttil, Nazzjonalisti u Laburisti, jistaqsu: imma tirringrazzjah ta' xiex? Il-partit kompla jżid it-telf u ħalla partit maqsum daqs qatt qabel. Hu jgħid illi l-ewwel nett ir- ringrazzjament tiegħu huwa personali għax Busuttil emmen fil-potenzjal tiegħu. It-tieni nett huwa jfakkar illi bejn l-2013 u l-2017 id-distakk żdied biss marġinalment, b'xi 100 vot għal 35,280. Din l-istqarrija hija parzjalment vera, għalkemm il-PL żgur li mhux se jinterpretaha bl-istess mod. Id-differenza bejn il-PN u l-PL kienet ta' 35,280 vot fl-aħħar elezzjoni ġenerali, imma dan dejjem jekk tgħodd il-madwar 4,000 vot li kiseb il-Partit Demokratiku. "Iva, vera tlifna bil-kbir imma nemmen li bħala partit konna sejrin fit-triq it-tajba ... l-ammont ta' Nazzjonalisti li vvutaw żdied fl-2017," jgħid Hewitt li jammetti li naturalment in-numru ta' votanti Nazzjonalisti ma żdiedx daqs dawk Laburisti. Madanakollu tqabbila bejn l-elezzjoni tal-2013 u dik tal-2017 turi illi fil-verità ż-żewġ partiti żiedu l-bażi tagħhom b'mod minimu u ugwali - il-PN żied 3,270 vot u l-PL żied 3,443 vot. "Il-PN kellu numru ta' proposti u anke dokument bi proposti dwar il- governanza, imma kemm qrawh? Waħda mid-defiċjenzi tagħna kienet li ffukkajna ħafna fuq il-governanza - u din hija tajba - imma ma spjegajniex il-proposti l-oħrajn għall-pajjiż," ammetta Hewitt. Huwa qal illi wara telfa, speċjalment wara dik bħal tal-2017, ikun diffiċli li Kap jibqa' fil-kariga. "Nemmen li dak iż-żmien Simon Busuttil kien għamel sew li rriżenja. Meta nħares lura naħseb illi kieku baqa' hu jew kieku bqajna mexjin fl-istess triq, konna nkunu f 'sitwazzjoni aħjar milli aħna llum. Nemmen li konna nibdew innaqqsu dak id-disktakk." Marlene Farrugia: 'Naf ħafna li vvutawlha għax ħarġet taħt il-kappa tal-PN' Nibdew inħarsu lejn ċerti deċiżjonijiet ta' Busuttil u la semmejna l-Partit Demokratiku l-gazzetta tistaqsi: Ma jaħsibx li din il-koalizzjoni kienet deċiżjoni ħażina li tellfet lill-PN żewġ siġġijiet Parlamentari? "Meta saret dakinhar ma kienx żball, le," jibda jispjega Hewitt li qal illi meta dar id-distrett kien jiltaqa' ma' ħafna li jgħidulu li se jivvutaw lil Marlene Farrugia, għax mara, għax jammirawha għall-kuraġġ imma wkoll għax se toħroġ taħt il-kappa tal-PN. "Dak iż-żmien fil-partit ma konniex naħsbu li se nitilfu b'daqshekk, imma kkalkulajna li d-distakk kien se jkun bejn 15,000 u 18,000 vot u dan għaliex fis- sondaġġi ħafna ma kinux qed jgħidu lil min se jivvutaw," ifakkar. Hu jgħid illi x-xejra normali hija li dawk li ma jkunux iridu jgħidu lil min se jivvutaw ikunu, fil-maġġorparti tagħhom, kontra l-Gvern u ma jgħidux lil min se jivvutaw minħabba biża' jew nuqqas ta' fiduċja f 'min qed jagħmel is-sondaġġ. "Din id-darba kienet differenti." "Aħna qatt ma aċċettajna koalizzjoni mal-PD. Huma aċċettaw li joħorġu taħt il-kappa tal-PN," insista Hewitt. "Jiena kelli ħafna esperjenzi ta' nies li jgħiduli illi kienu se jivvutaw lil Farrugia ladarba tekinikament kienet ħierġa mal- PN." 'Il-Labour għandu bażi ta' votanti leali ikbar mill-PN' U qed insemmu d-distretti ta' Hewitt. Dawn huma d-disa' distrett li jinkludi lis-Swieqi, Tal-Ibraġġ u l-Madliena, l-akbar fortizza Nazzjonalista u l-10 distrett li jinkludi lil Tas-Sliema u San Ġilajn - lokalitajiet tradizzjonalment b'maġġoranzi kbar Nazzjonalisti. Bosta jgħidu li dawn iż-żewġ distretti, flimkien mat-12-il Distrett li jinkludi lil San Pawl il-Baħar u l-Mellieħa huma F'intervista ma' din il-gazzetta Wayne Hewitt, persuna voċifera kontra Adrian Delia, jgħid għaliex hu u ħafna oħrajn fil-PN ma jemmnux li Delia huwa idoneu għall-kariga ta' Kap Ritratt: James Bianchi