Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 31

13 intervista illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 tajbin li jistgħu jmexxu lill-PN' l-aktar problematiċi għall-PN. Vera? Hewitt jgħid li milli jara hu, fin- Nofsinhar tal-pajjiż - fejn minkejja li f 'minoranza hemm eluf ta' Nazzjonalisti - dawn huma ħafna aktar leali lejn il-Kap tal-partit. "Imma iktar kemm titla' 'l fuq, aktar il-bażi ta' appoġġ issir flessibbli. Dan f 'ambitu tal-fatt illi l-bażi tal-votanti tal- Labour hija ħafna ikbar. Nikkalkula li l-PL għandu 40% li jiġri x'jiġri u jagħmel x'jagħmel, dawn dejjem se jivvutawlu. Dan il-persentaġġ jinżel għal 20%, l-aktar, l-aktar 30% għall-PN," jammetti Hewitt. Huwa jfakkar li kien propju għalhekk li eluf ta' votanti għax ma kinux komdi jew ċerti bil-partit jew saħansitra minħabba l-mod kif ġew trattati mill-partit, qalbu l-vot tagħhom. "Jiġifieri l-Partit Nazzjonalista għandu biċċa xogħol ikbar, għax irid jiġbor lura nies li ġejjin minn sfond Nazzjonalista u li ma baqgħux jivvutaw lill-Partit." 'Ħafna Nazzjonalisti jridu sistema meritokratika u bla korruzzjoni' Analiżi żbaljata jekk ngħidu li ħafna minn dawk li huma kontra Delia ġejjin mill-klassi tan-nofs, jattendu viġili ta' Daphne Caruana Galizia, jikkomunikaw aktar bl-Ingliż u ġejjin mid-distrett tiegħu? "Le mhux totalment ħażina. Dawk li qed juru reżistenza huma ġeneralment nies mhux dipendenti mill-politiċi, nies ta' karriera li ma jarawx il-politika mill- ottika ta' pjaċiri. Allura l-unika interess fil-politika jkun li tgħix f 'pajjiż normali mingħajr korruzzjoni, fejn teżisti l-meritokrazija ..." Huwa qal li hemm numru kbir ta' Nazzjonalisti li jridu din it-tip ta' sistema politika, inkwantu minn jekk taħt Gvern Nazzjonalista kinitx hekk jew le. "Dawn jaraw li Delia huwa xi ftit jew wisq bħal esponenti tal-Partit Laburista ... skużi aħna jekk, fl-ideoloġija tagħna nemmnu u nitkellmu favur il- meritokrazija, u kontra l-korruzzjoni u niġġieldu l-ħasil tal-flus, kif jista' joħroġ Kap li propju għandu dawn id-dellijiet? Jekk persuna tkun Kap u jkollha dellijiet ta' ħasil ta' flus fuqha, xi kredibilità jista' jkolli jiena nikkritika lill-Gvern fuq dellijiet ta' ħasil ta' flus?" staqsa rettorikament Hewitt. 'Din mhix personali imma politika' Imma nfakkru li Delia tela' demokratikament u t-tesserati għażlu wara li kienu diġà ħarġu dawn l-akkużi. "Anke Muscat tela' b'mod demokratiku u bil-kbir. Mela għalfejn irriżenja? Għax ġarr ir-responsabbilità poltika." Huwa jgħid illi t-tesserati m'eleġġewx lill-Kap għal dejjem, lanqas bilfors sal- elezzjoni ġenerali li jmiss. "Din mhix xi ħaġa personali, Delia huwa bniedem kariżmatiku. L-argumenti tiegħi huma politiċi għax jiena rrid li l-PN ikollu Kap li kapaċi jrebbaħ lill-partit." Huwa jsemmi l-assassinju ta' Daphne Caruana Galizia u jgħid li anke hawnhekk, Delia m'għandu l-ebda kredibbilità meta jitkellem. "Kull darba li jgħid xi ħaġa fuqha jqum il-Labour ifakkru li għajjarha biċċa blogger. Kif jista' jkun kredibbli meta jitkellem dwar Daphne meta aqta' kemm għajjarha u xerred il-mibegħda lejha fil- partit?" jistaqsi. Hewitt ifakkar li Joseph Muscat kien fil-mira ta' Caruana Galizia kuljum, imma xorta qatt ma ħareġ jgħajjarha fil- pubbliku. "Għax hemm makkakkerija politika. Ara Delia ...." "Fil-grupp Parlamentari hemm frustrazzjoni dwar din il-kwistjoni ta' Daphne Caruana Galizia," sostna Hewitt li spjega kif kull darba li d-Deputati jitkellmu dwarha l-PL jassoċjahom mat- tgħajjir ta' Delia lejha u l-investigazzjoni fuqu dwar ħasil ta' flus. "Dawn ma jistgħux imexxu l-politika tagħhom b'mod effettiv." 'Il-fazzjoni ta' Busuttil ma teżistix' Ħafna drabi ssir l-akkuża illi l-PN maqsum f 'fazzjonijiet: il-fazzjoni ta' Simon u dik ta' Delia. Imma din mhux ovvja qed tidher issa? "L-ewwel nett il-fazzjoni ta' Busuttil ma teżistix. L-ambizzjoni ta' Busuttil hija fl- UE kif qed naraw u ibqa' ċert li Busuttil m'għandu ebda interess jerġa' jsir Kap tal- Oppożizzjoni." Huwa qal illi dak li hemm fil-partit huwa li hemm grupp ta' nies li huma leali lejn Delia b'mod assolut u għami. "Imbagħad hemm oħrajn u linja ta' ħsieb oħra ta' dawk li ma jarawx lil Delia bħala Kap idoneu. Forsi iktar ngħid li hemm fazzjoni favur Delia u oħra kontra." "Mhux kontrih għax ġej minn barra jew għax xi sfida għall-istatus quo jew għax kontra l-establishment, kif jgħidu ... u din tal-establishment oħra. Delia mdawwar b'nies tal-establishment: David Agius hemm kien qabel, Clyde Puli kien hemm qabel, Robert Arrigo kien hemm qabel ... " Huwa jgħid li Francis Zammit Dimech bħala Segretarju ġenerali huwa pass pożittiv għax dan qed jagħmel ħafna medjazzjoni. 'Naħseb Delia qed jibqa' biex jisfida' Imma għaliex jaħseb li Delia jrid jibqa' minkejja dak kollu li ġara? U minkejja illi tilef ħafna appoġġ minn fost id- Deputati u probabbilment se jitlef bil- kbir f 'elezzjoni ġenerali? "Naħseb li biex jisfida ... dan jaf li m'għandux ċans jirbaħ." 'Tant hu imminat li impossibbli jnaqqas id-distakk' Imma taħseb li kapaċi jnaqqas id- distakk? "Naħseb li tant huwa imminat Delia li naraha impossibbli jnaqqas id-distakk u impossibbli li jrebbaħ." Huwa qal illi teżisti biża', speċjalment bir-riżultat tal-aħħar sondaġġ fuq il- gazzetta Maltatoday illi l-Partit Laburista jirbaħ iż-żewġ terzi tal-Parlament. Fakkar illi bħala fiduċja l-PM Abela, li jammetti li jidher illi ntlaqa' tajjeb, kiseb 62% u biex partit jikseb iż-żewġ terzi jeħtieġ 66% tal-voti. "Jekk jiġri hekk il-Partit Laburista jispiċċa, prattikament partit dittatorjali. Jekk minħabba Delia l-PL jirbaħ żewġ terzi tal-Parlament jiena nkun nista' ngħid li tkellimt." U jekk jirriżenja Delia? Bosta jistaqsu, imma min jekk mhux Delia?"Għalija dan huwa argument banali. Hemm ħafna nies u ħafna materjal li għadu ma ħariġx fil-beraħ." "Robert Abela u Chris Fearne ma sfidawx lil Muscat. L-ewwel irriżenja mbagħad ħarġu isimhom għat-tmexxija." "Jekk jirriżenja Delia hemm nies u nies tajbin li jistgħu jmexxu lill-PN 'il quddiem. Li hu żgur huwa li għandna bżonn persuni b'esperjenza politika." 'Franco Debono u ħafna oħrajn għandhom jingħataw ċans ieħor' Finalment nistaqsih nies bħal Franco Debono hemmx posthom fil-PN. U tweġiba hija ċara: "Allaħares noqogħdu ngħidu għax dak dar mal- Labour nagħlqulu l-bieb u daqshekk. Mhux Franco Debono biss, però huwa wkoll flimkien ma' eluf għandhom jingħataw ċans ieħor fil-PN."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020