Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
06 analiżi IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum Onest u ġenwin għal uħud u giddieb ... Tkompli minn paġna 5 Il-flus u l-ekonomija dejjem jissuperaw Minkejja li l-għajta favur governanza tajba hija nobbli u importanti fl-iżvilupp demokratiku ta' pajjiż, hekk kif il- korruzzjoni hija minnha nnifisha inġustizzja soċjali, ħafna drabi popli jagħżlu skont il-but u allura, indirettament l-ekonomija. 'It's the economy, stupid!' probabbilment tibqa' waħda mill- aktar espressjonijiet rilevanti u reali, mhux biss f 'pajjiżi fqar imma anke dawk sinjuri. Jekk inħarsu lejn l-istorja politika riċenti wieħed isib illi n-nies l-aktar li dejqithom il- korruzzjoni kien meta huma kienu magħfusin finanzjarjament jew inkella meta l-Gvern innifsu kien qed iwettaq miżuri ta' awsterità. L-allegata korruzzjoni fix-xiri taż-żejt dejqet lil ħafna mhux biss għax kienet każ ta' governanza ħażina, imma għax ġiet fi żmien meta l-poplu u n-negozju kienu qed iħallsu kontijiet tad-dawl u l-ilma bl-għoli. Il-fatt li l-ekonomija sejra tajjeb, flimkien mal-perċezzjoni forsi vera jew le, li qatt ma konna daqstant tajbin u li hawn il-flus fl-idejn, illoppja (politikament) lil firxa kbira ta' votanti. Mhux argument rari li tisma' illi ladarba qed igawdi l-inividwu, jew inkella ladarba "nqeda", li Ministru - speċjalment jekk huwa dak li qdigħ - "jisraq xi it" mhux xi ħaġa skandaluża. Il-PN mhux pur Issa jkun hemm min jgħid, "imma dawn għamlu aktar". Il- punt imur lil hinn mill-kalkolu ta' aktar minn jew inqas minn. Il-perċezzjoni iktar popolari, mhijiex li l-PL maħmuġ u l-PN anġlu imma li "t-tnejn l-istess" u "t-tnejn jieħdu għalihom u jfottu." Dan huwa sentiment li ffavorixxa lill-Gvern, ċarament, fl-aħħar elezzjoni ġenerali. L-argumentazzjoni kienet illi "ladarba t-tnejn huma b'xi mod korrotti, nagħżel lil dak li naf u li miegħu qed ingawdi." L-esperjenza ta' Gvern Nazzjonalista kienet għadha friska wisq biex biżżejjed nies jemmnu illi l-PN huwa aktar nadif u korrett mil-Labour Ġie fi żmien ħażin ħafna Fil-politika x-xorti tgħodd u parti importanti mix-xorti huwa ż-żmien. Eddie Fenech Adami, ma kienx ikun tal-istess kalibru kieku ma kienx imexxi l-PN waqt l-agħar żmien politiku ta' vjolenza u intolleranza, b'ekonomija protezzjonista u meta Gvern Laburista li kien iffriża l-applikazzjoni għas-sħubija ta' Malta fl-UE, waqa'. Mintoff ma kienx ikun tal- istess kalibru kieku ma ġiex fiż- żmien opportun biex Malta tikseb l-indipendenza ekonomika u biex jinbena qafas sħiħ ta' protezzjoni soċjali u drittijiet ċivili. Simon Busuttil (bħal Delia warajh) ġie fi żmien meta l-aptit biex jinbidel il-Gvern kien kważi nullifikat bit-tkabbir ekonomiku, riżultat elettorali storiku (sa dakinhar mhux imaġinabbli f 'elezzjoni ġenerali) favur il-Partit Laburista u 25 sena ta' Gvern Nazzjonalista. Egrant: Żball strateġiku kbir u disservizz għall-kawża L-akkuża li Egrant hija jew kienet ta' Michelle Muscat baqgħet teżisti ġewwa vakum griż, minkejja rapport ta' inkjesta maġisterjali li juri illi ma nstabux provi li jorbtu din il-kumpanija fil-Panama, it-tielet waħda ma' dik ta' Keith Schembri u Konrad Mizzi, ma' Michelle Muscat. Minkejja li n-narrattiva dwar Egrant kienet perfetta u kredibbli, speċjalment fid-dawl tal-fatt li Muscat baqa' jidher li akkost ta' kollox ma jridx ineħħi lil Schembri u Mizzi, qatt ma kien hemm xejn konkret għajr il-kelma ta' persuna waħda - li jekk ma tridx l-Imħallef Aaron Bugeja qed jitlob li tiġi arrestata - akkużata li ħolqot kalunja. Minkejja l-ispettakolarità tal- allegazzjoni, din dejjem baqgħet mibnija fuq ir-ramel u s-suspett, anke jekk iġġustifikat. Meta Busuttil għamel dak il-famuż diskors kważi inammatorju, jitlob lill-Pulizija u s-servizzi sigrieti jieħdu azzjoni kontra l-Gvern u l-PM, kien qed jagħmel tiegħu u jorbot il-fortuni politiċi tiegħu mal- allegazzjoni. Muscat għamel ċert li hekk ikun, billi pinġa lilu nnifsu bħala l-vittma u lil Busuttil bħala l-giddieb u l-persuna li vvintat dik li sejjaħ "l-akbar gidba fl-istorja". Meta wieħed jiakar li Busuttil kellu aktar munizzjon fuq il- Gvern, speċjalment dik dwar flus bejn Keith Schembri u Adrian Hillman u anke l-kuntratt oxxen tal-VGH- malajr wieħed jinduna illi dak ta' Egrant kien