Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
07 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 giddieb u elitist għal oħrajn riskju politiku li mhux talli ma ħadimx, talli kien kontro poduttiv, speċjalment meta ħareġ ir-rapport Maġisterjali. Dan ir-rapport mhux biss ma sabx biżżejed provi li jorbtu l-kumpanija ma' Michelle Muscat, talli sab inkonsistenzi gravi fuq ix-xhieda dwar id-decleration of trust; għand min kienet, minn fejn ġiet u x'kien fiha, il-firem fuq l-istess dikjarazzjoni, inkonsistenzi kontinwi fix-xhieda ta' Maria Efimova, il-famuż safe u l-ordni tal-istess Imħallef biex Efimova tkun arrestata u akkużata. Minħabba l-allegazzjoni ta' Egrant kien sar aktar faċli għall-Partit Laburista - qabel l-aħħar żviluppi drammatiċi - li jdawwar dawn il-konklużjonijiet f 'raġuni tajba biżżejjed li turi illi l-allegazzjonijiet kollha l-oħrajn (Panama, VGH, 17 Black ... ) kienu gideb. Suċċessi elettorali bħala MEP u issa pożizzjoni prestiġġjuża Qabel Busuttil kien elett Kap tal-Partit Nazzjonalista u allura "nħaraq" politikament minħabba żewġ telfiet kbar li sofra, kien meqjus bħala forza politika li tassew tista' tisfida lil Joseph Muscat. Tant hu hekk, li meta telfa madornali kienet kważi ċerta għall-Gvern ta' Gonzi kien iddaħħal Busuttil bħala Viċi Kap, minflok Tonio Borg, u ngħata ħafna responsabbilità fosthom il- kitba tal-programm elettorali. Sal-lum huwa l-aktar MEP li qatt kiseb voti f 'elezzjoni tal- Parlament Ewropew b'total ta' 68,782 vot fl-2009. L-eqreb li ġiet kienet Miriam Dalli b'total ta' 63,438 vot fl-2019. Simon Busuttil dejjem kien b'xi mod allaċċjat mal-Unjoni Ewropea: beda l-karriera meta beda jmexxi l-Malta-EU Information Centre (MIC) li kien ċentru ta' informazzjoni dwar l-effetti ta' sħubija fl-UE u mossa strateġika ġenjali. Fl-ewwel elezzjoni li kkontesta Busuttil kien kiseb 58,899 vot u allura kien l-ewwel persuna eletta MEP fl-istorja. Muscat kien warajh b'madwar 20,000 vot. Naturalment din is-sitwazzjoni nbidlet sew fl-2014 u l-2017, meta għal darbtejn Muscat għadda lil Busuttil b'aktar minn 30,000 vot. Probabbilment kien ikun aħjar għalih, politikament, kieku baqa' jaħdem f 'ambitu politiku Ewropew. Wieħed jista' jgħid illi bil- kariga prestiġġjuża ta' Segretarju Ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, Busuttil sejjer lura d-dar fl-ambitu politiku tiegħu. Ta sens ta' skop lill-PN Kif diġà għidna, il-korruzzjoni u l-Governanza, huma materji importanti imma mhux li se jrebbħu elezzjoni lill- Oppożizzjoni jekk iċ-ċirkostanzi ekonomiċi jkunu tajbin. Minkejja d-disfatta elettorali xorta jibqa' fatt li, kuntrarjament għal-lum, il-korruzzjoni u l-governanza taw skop li għaqqad flimkien minoranza kbira ta' nies. Taħt Busuttil wieħed kien jaf illi l-PN, taqbel jew le, huwa fuq binarju u qed joffri front partikolari kontra jew favur xi ħaġa. Min kien imweġġa', imdejjaq jew frustrat bi stejjer li kienu ħerġin mill-kamp Laburista kien jaf li jista' jivvota PN ma' sett ta' prinċipji jew argumentazzjoni. Din illum ma teżistix. Il-PN bħalissa nieqes mill-iskop tal- eżistenza. Busuttil vs Delia Minkejja li fl-aħħar diskors tiegħu qal li l-PN huwa front wieħed, ir-realtà turi li l-PN huwa ħafna affarijiet imma mhux front magħqud. Minkejja li kellu kull dritt jibqa' deputat, il-preżenza ta' Busuttil naqqret il-kredibbilità ta' Delia mhux għenet. Iktar ma beda jgħaddi żmien, aktar beda jsir ċar li l-preżenza tiegħu fil-PN kienet qed tiġbed l-ammirazzjoni ta' sezzjoni mdaqqsa ta' votanti Nazzjonalisti li ma ridux lil Adrian Delia. Minn barra, kien qed jidher dejjem aktar ċar li hu qed isir il- punt ta' referenza għal eluf ta' votanti Nazzjonalisti li kienu jattendu l-protesti, segwaċi ta' Daphne Caruana Galizia u li ma jarawx f 'Delia Kap idoneu. Anke jekk ma riedx - u din hija dibattibbli - bil-preżenza tiegħu, Delia baqa' jitqabbel miegħu, anke f 'termini elettorali fejn Delia bi tqabbil tal-istess elezzjoni tal- Parlament Ewropew fl-2019 tilef 10,000 vot ma' dawk it-33,000 vot li bihom tilef Busuttil fl-2014. Minkejja kollox, bosta votanti birdu ħafna fuq Busuttil u bilkemm ma ppuntawx subgħajhom lejh għas-sitwazzjoni li fiha jinsasb il-PN bħalissa. Għal Delia, it-tluq ta' Busuttil huwa xi it jew wisq ta' barka f 'dan iż-żmien fejn il-pressjoni fuqu hija tqila immens. • Onest - għax iħossu li dejjem qal il-verità u kixifha f 'diversi istanzi • Nadif - għax mhux imdaħħal fi storja ta' korruzzjoni, tixħim jew ħmieġ • Perseveranti - għax baqa' jinsisti fuq il-governanza tajba u l-korruzzjoni, minkejja telfa kbira. Għalih dawn baqgħu prijorità • Ġentili - għax iħossu li huwa kalm u meqjus meta jitkellem. Ġentili wkoll fil-persuna u d-dehra tiegħu • Ġenwin - għax iħossu li dak li jaraw huwa dak li verament hu. • Giddieb - għax iħossu li gideb u għamel tiegħu l-gidba li Egrant kienet ta' Michelle Muscat • Tellief - għax tilef l-uniku żewġ elezzjonijiet li mexxa fl-2014 u l-2017 - b'aktar minn 30,000 vot • Maqtugħ mir-realtà tan-nies - għax iħossu li maqtugħ mir- realtajiet tagħhom • Patronizzanti - għax iħossu li jkellimhom daqslikieku ma jifhmux u ma jifhimx dak li qed iħossu u l-għażliet tagħhom • Elitist - għaliex meqjus parti minn klassi ta' politiċi Nazzjonalisti mill-klassi ogħla Kif jarawh dawk li jammirawh? Kif jarawh dawk li ma jammirawhx?