Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 31

22 ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 1917 (15) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 Ajvar (18) 18:10 Bad Boys For Life (15) 12:50, 15:30, 20:50, 23:30 Birds of Prey (15) 11:25, 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:40 Bombshell (15) 21:15, 23:40 Dolittle (U) 11:30, 13:55, 16:15, 18:40, 21:10 JoJo Rabbit (12A) 13:40, 16:00, 18:20, 20:45 Jumanji: The Next Level (12A) 11:15, 12:45, 14:15, 16:00, 17:30, 19:35 Richard Jewell (15) 13:00, 15:45, 18:30, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:15, 13:35, 16:00, 18:25, 20:50, 23:30 The Gentlemen (18) 13:50, 16:15, 18:40, 21:10 The Turning (15) 14:00, 16:15, 18:25, 20:35 The Call of the Wild (PG) 11:50, 14;00, 16:10, 18:20, 20:30, 23:00 Underwater (12) 13:50, 16:10, 18:30, 20:50, 23:10 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Jumanji: The Next Level 3D (12A) 10:40, 13:20, 18:35 1917 (15) 16:00, 21:00 Bad Boys For Life (15) 10:45, 13:20, 16:00, 21:15 Birds of Prey (15) 10:55, 13:25, 16:05, 18:40, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:00, 13:45, 16:00, 18:15, 20:40 Dolittle (U) 10:45, 13:30, 15:50, 18:10, 20:30 The Call of the Wild (PG) 10:50, 13:35, 15:45, 18:00, 20:35 IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum Films fiċ-ċinema Carmel Bonnici Il-films ispirati minn logħba video fil-maġġoranza tagħhom marru ħażin fil-profitti. Dawk il-it li rnexxew mhux ħażin welldu xi sequels. Sonic The Hedgehog hi produzzjoni oħra addattata minn fuq videogame li sal-2016 inbiegħu minnha aktar minn 350 miljun kopja u saret is-seba' waħda li l-aktar xtrawha nies fid-dinja. B'wiċċi minn quddiem naċċertakom li dan ix-xogħol hu l-isbaħ wieħed li għandu jagħti pjaċir mhux liż- żgħażagħ u tfal biss imma anki lill-adulti ta' rieda tajba. Sonic, il-qanfud (vuċi ta' Schwartz) li jiġri b'ħeffa aktar minn balla sparata minn pistola, jintbagħat fid-dinja tagħna mill-pjaneta fejn jgħix. Għassa fil-karozza tiegħu fi triq barra l-belt żgħira ta' Green Hills, Montana, għal xi vetturi li jaqbżu l-limiti ta' ħeffa, hemm Tom (Marsden), ix-xeriff tal-post. Meta Sonic jgħaddi bħal-leqqa ta' berqa, din l-attività timmarka bil-kbir fuq l-apparat tiegħu. Għalxejn jipprova jfittex, però jsibu fil-għorfa tiegħu u jsiru ħbieb wara li l-qanfud, bi żball, jaqta' l-provista tad-dawl tal-inħawi. Din il-ħaġa ġġib lill-militar u s-CIA biex jinvestigaw, imma b'awtorità fin-nofs jidħol Dr. Ivo Robotnik (Carrey tassew impressjonanti), mega-ġenju viljakk. Dan, bi trakk mimli apparat tekniku sofistikat (bħall- films The Terminator) isus bla ħniena wara l-qanfud u x-xeriff fi triqthom lejn San Francisco jfittxu pakkett mimli ċrieki maġiċi bżonjużi għall-annimal. L-avventuri li naraw f 'dan il-film huma tassew eżileranti, pjaċevoli u divertenti mimlija azzjoni sfiqa, waqt li s-soltu mossi ta' Jim Carrey, tassew umoristiċi, qisu saħħar liebes l-iswed, verament ikomplu jżejnu lil din il-produzzjoni. Wieħed akkanit malajr jinduna li Sonic The Hedgehog f 'mumenti jfakkar f 'E.T. - The Extra-Terrestrial u anki War Of The Worlds meta d-drones mibgħuta minn Dr. Robotnik jidħlu jgħarrxu fid-dar tax-xeriff. Naturalment, fl-għar fejn ikun jgħix il-qanfud narawh jaqra r-rivista Flash u jara fuq it-TV il-film Speed. Wieħed tassew għandu jieħu gost b'dan ix-xogħol li fl- ewwel ġimgħa jintwera fl-Amerika kaxkar il-box office. Sekwenza ta' waqt li jidhru l-kretti tal-aħħar żgur tindika li se nistennew sequel. Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema Atturi Ewlenin: James Marsden; Jim Carrey; Tika Sumpter; Lee Majdoub. Vuċi ta' Ben Schwartz. Direttur: Jeff Fowler. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul: 100 min. Ċert. P.G. SONIC THE HEDGEHOG

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020