Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
25 sport 'Meta sirt champion, ħassejt ferħ kbir għalija u għall-familja tiegħi' illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Clayton Castaldi - fil-jiem li għaddew inkurunat champion nazzjonali tal-Eight Ball Pool. Wara assenza twila fil-kompetizzjonijiet bir- regolamenti mondjali, huwa rritorna bil-kbir meta fil-finali tal-kampjonati, organizzati mill-Malta Pool Association, huwa għeleb l-isfida ta' Lydan Debono bl-iskor ta' 8-5. Castaldi fetaħ vantaġġ komdu ta' 7-1 però Debono baqa' fil- logħba bill rebaħ erba' frames konsekuttivi u ġab l-iskor 7-5. Fit-13-il frame Debono kellu okkażjoni tajba biex inaqqas il- marġni però ma rnexxilux u b' determinazzjoni kbira Castaldi ppottja boċċa wara l-oħra u kiseb it-titlu u l-premju ta' €1,500. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Clayton Castaldi nnifsu fejn tana iktar dettalji: Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-pool? L-imħabba tiegħi lejn il- pool bdiet mill-isnooker. Meta kelli 15-il sena, qbadt nilgħab l-isnooker u snooker biss kont nitħarreġ mal-ħames sigħat kuljum. Kont nilgħab tajjeb u saħansitra għamilt sena elenkat fit-tielet post u rbaħt ranking ta' snooker ukoll imma l-isnooker joħodlok ħafna ħin. Qbadt nilgħab il- pool, daħħluni f 'tournament tal-under 18 għax kienu ħa jsiru kampjonati ġewwa l-lukanda Dolmen u rbaħt l-ewwel tournament li dħalt fih u ġejt magħżul mat-tim nazzjonali ta' dak iż-żmien. Niftakar li kellna tournament tajjeb u konna tlifna l-finali mal-Ingliżi u minn hemm qbadt nilgħab pool b'mod aktar regolari u l-logħba saret togħġobni. Irrappreżentajt lin- nazzjonal kemm-il darba u rbaħt ranking tournaments ukoll. X'emozzjoni ħassejt meta fil- jiem li għaddew ġejt inkurunat champion nazzjonali tal-Eight Ball Pool? Meta sirt champion, ħassejt ferħ kbir għalija u għall-familja tiegħi wkoll għax naf li jieħdu gost żgur b'dan l-unur li ksibt jien. Kif irnexxielek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek f 'dan l-isport illi tant tħobb? Irnexxieli niżviluppa l-ħiliet tiegħi f 'dan l-isport bid- dedikazzjoni u kemm jista' jkun taħriġ. Dejjem titgħallem u tipprova tagħmel iktar sagrifiċċji ħalli tibqa' tavvanza fil-logħba tal-pool. Hemm xi logħba li tibqa' tiftakar aktar minn oħrajn li lgħabt fiha? Kelli ħafna mumenti fejn irbaħt imma l-iktar waħda lgħabt ranking final irbaħt bl- iskor ta 10-1 u għamilt disgħa infila sebgħa suwed wara xulxin. Dik kienet logħba li ma nista' ninsieha qatt u veru iebsa biex tagħmel wirja hekk speċjalment f 'finali. Kif rajt il-logħba tal-pool tinbidel matul l-aħħar snin f 'Malta għalkemm għadek ta' età relattivament żgħira? Il-logħba tal-pool inbidlet ħafna minn qabel. Il-plejers żdiedu u l-livell dejjem jogħla. Qed jidħlu jipparteċipaw iktar klabbs, allura jkun hawn iktar plejers u l-logħba dejjem timxi 'l quddiem. Nirringrazzjaw ukoll lill- kumitat tax-xogħol li jagħmlu għalina l-plejers. X'inhi l-iktar ħaġa importanti li għandu jkollu plejer tal-pool? L-aktar ħaġa importanti li plejer tal-pool irid ikollu jekk irid jimxi 'l quddiem fil-logħba hi li jkun iddedikat u jistinka u jitħarreġ kemm jista' jkun għax bit-taħriġ biss tista' timxi 'l quddiem fil-logħba. Min taħseb illi hu l-plejer numru wieħed tas-snooker fid- dinja bħalissa? L-aqwa plejer ta' bħalissa tal- isnooker fil-fehma tiegħi huwa Judd Trump. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Ifhimni, il-futur tiegħi f 'dan l-isport huwa li nilgħab f 'Malta u forsi mmur għal xi tournaments barra minn xtutna wkoll. Mort kemm-il darba nilgħab f 'tournaments barra minn Malta, però bil-familja u bix-xogħol ma tantx inkun nista', allura ma nistax nagħmel tragward li mmur nilgħab barra mill-pajjiż. Aħna Malta limitati f 'ċerti affarijiet u rridu naħdmu biex ngħajxu lill-familja speċjalment meta jkollok it-tfal. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lil dawk iż- żgħażagħ illi jixtiequ jaqbdu karriera fil-pool. Dan huwa sport li lili jogħġobni ħafna. Jekk trid timxi 'l quddiem, illum hawn kowċing tat-tfal ta' età żgħira wkoll. Huwa sport li bħala pajjiż ġibna suċċessi kbar fil-logħba kemm fuq livell Ewropew kif ukoll dak Mondjali, jiġifieri jekk tistinkaw u tkunu tridu taslu, tistgħu taslu wkoll. Hawn Malta, hawn ħafna plejers tajbin u tistgħu titgħallmu minnhom. L-importanti meta jkellmek xi ħadd kbir, trid tism' minnu u mhux tagħmel ta' rasek għax dak ikun qallek għall- ġid tiegħek u kieku mhux se joqgħod jgħallmek il-kolpi. Jien għandi żewġt itfal ta' 10 u 12-il sena. Dis-sena saru champions tal- Ewropa wkoll tal-Under 15. Lil Jake u Chaylon nipprova ngħallimhom kemm jista' jkun u meta jobdu jimxu 'l quddiem fil-logħba. Fl-aħħar nixtieq niringrazzja lil kulħadd tal-għajnuna li jagħtuni biex il-logħba tiegħi tibqa' miexja 'l quddiem!