Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

08 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum YENDRICK CIOFFI Il-Karnival huwa ż-żmien fejn il-bluha jitħalla jirrenja. Huwa żmien li fih ninsew is-serjetà tal- ħajja, nilbsu l-kostumi u l-maskli u filwaqt li nieħdu gost bil-kuluri tal- karrijiet kbar u sbieħ, ninqatgħu xi it jew wisq mir-realtà, anke jekk għal it sigħat. Madanakollu, xi kultant, ir- realtà tkun kiefra u iebsa wisq biex tinsieha. Hekk ġara lil Shaun Curmi u lil sħabu tal-kumpanija tal- Karnival Buffalo & Co, li sitt xhur ilu, it jiem biss qabel il-Karnival tas-sajf, tilfu lil Jean Paul Bonett, magħruf bħala ċ-Chippy, li kien ħa xokk waqt li kien qed jaħdem fuq il-karru. L-ILLUM żaret il-maħżen, fil- Marsa, fejn iċ-Chippy kien iqatta' sigħat twal ma' sħabu jaħdem fis- skiet għall-Karnival. Minkejja dak li ġara sitt xhur ilu, ma sibniex maħżen vojt. Malli fetħulna l-bieb enormi tal-maħżen, ilmaħna karru enormi u jiddomina fuq quddiem rajna liċ-Chippy, daħkan, kuntent, liebes il-kunfratija, qed jerfa' fl-istatwa ta' San Gejtanu li tant kien iħobb. Sħab iċ-Chippy ma kellhomx moħħ il-Karnival. Setgħu qagħdu jdejhom fuq żaqqhom. Minflok riedu jagħtu rigal liċ-Chippy. Riedu li anke din is-sena jkun magħhom. Riedu jiċċelebraw il-ħbiberija tagħhom! Riedu jiċċelebraw il-ħajja tiegħu! Riedu jagħtuh xi ħaġa lura! Għalhekk reġgħu tawh il-ħajja u anke jekk mhux se jieħdu sehem fil-kompetizzjoni, ħadmu karru li ddedikawh għalih. "Għixt għall-festa u l-Karnival," hija t-tema ta' dan il-karru u jiġbor fih dak kollu li ċ-Chippy kien iħobb u kien jaħdem għalih, il-Karnival, il-festa ta' San Gejtanu, l-Imnarja u r-Regatta. Il-gazzetta ILLUM tkellmet ma' Shaun Curmi, wieħed mill-akbar ħbieb li kellu ċ-Chippy u li kellu jarah jitlef ħajtu quddiemu. 'Miet f'idejja ... ridt nagħmel xi ħaġa sabiħa għalih' "Għall-ewwel ma kontx se narma. Ma kellix moħħ. Nista' ngħid li miet f 'idejja," beda jirrakkontalna Curmi. "Qgħadt it kwiet u għidt almenu nagħmel xi ħaġa sabiħa għalih." Fil-fatt, il-parti ta' quddiem tal- karru jġib liċ-Chippy fil-festa tiegħu, il-festa ta' San Gejtanu tal-Ħamrun. Għal snin twal, Bonett kien jerfa' fil- vara ta' San Gejtanu u hekk jidher qed jagħmel fil-karru. Għalhekk, jispikkaw ukoll, il-kampnari tal- Knisja Arċipretali tal-Ħamrun. Fuq wara, iċ-Chippy jidher fil-Karnival. Għamluh liebes tal- kavallier, is-simbolu tal-Karnival ta' Malta. "Dan is-simbolu tal- Karnival kien iffissat fuqu. Dejjem xtaq jagħmel karru dwaru," kompla jgħidilna Curmi, waqt li sħabu kienu għaddejjin fuq l-aħħar irtokki. Fi it kliem, it-tir tagħhom kien wieħed. Riedu jiċċelebraw liċ-Chippy u riduh li anke din is- sena jkun preżenti fil-karnival. Tant kemm verament għamlu dan għalih, li din is-sena, anke jekk daħlu għal dan il-karru b'ruħhom u b'ġisimhom, mhux se jkunu qed jieħdu sehem fil-kompetizzjoni, sempliċiment se jkunu mal-bqija tal-karrijiet fil-Belt Valletta. Biex jiakru fiċ-Chippy wkoll, illum, Shaun u sħabu se jkunu qed jgħaddu mill-qalba tal-Ħamrun, minn Triq il-Kbira San Ġużepp, b'dan l-istess karru biex hekk anke l-Ħamruniżi jerġgħu jsellmu liċ- Chippy. 'Naħdmu l-karru u kulħadd isemmih' "Naħdmu l-karru u kulħadd isemmih. Kien bniedem ferrieħi u ċajtier. Kulħadd kien jaqbad miegħu, tant li ġieli konnha nġegħluh jirrabja. Qisu għadu magħna hawn. Kulħadd jgħajjatlu," saħaq Curmi. Tant kemm kien bniedem maħbub minn kulħadd, li meta semgħu dak li kien se jagħmel, il-voluntiera żdiedu u fi kliemu stess, marru diversi voluntiera minn kumpaniji oħra biex jgħinuh jaħdem fuq dan il-karru ddedikat lil Jean Paul Bonett. "Kulħadd ħadem għaċ-Chippy," qalilna Curmi. Bid-dmugħ f 'għajnejh u b'leħnu miksur, Shaun Curmi rrakkontalna dak li ġara sitt xhur ilu. "Tli l-akbar ħabib li kelli. Wisq kerha. Nerġa' ngħidlek kont se nieqaf mill-Karnival għax ħadtha bi kbira wisq. Tkellimt ma' Jason Busuttil, nirringrazjah għax-xogħol tiegħu u qalli l-ħajja trid tkompli," irrakkontalna Shaun. "Kieku hu ma kienx ikun iridni nieqaf." Qalilna li Jean Paul Bonett ma mietx bil-ksuħat. "Miet jagħmel dak li jħobb għax l-aktar li kien iħobb kien il-karru tas-sajf għax ma jkollokx l-istress daqs Frar," kompla jgħidilna. Fil-fatt, iċ-Chippy kien jagħmel id-dawl kollu tal-karru. "Stenna lili nasal. Kien ilu hawn minn filgħodu. Wasalt jiena fit-tlieta, għannaqni u qalli: 'jiena lest, kemm nidħol nissaldja l-aħħar wajer.' Daħal u ma ħariġx," kompla jirrakkontalna emozzjonat. Il-karru: kif jinħadem? Wara li tkellimna fit-tul fuq iċ- Chippy, la konna fil-maħżen ta' Shaun Curmi u sħabu, ma stajniex ma nitkellmux it dwar is-sengħa li biha jinbena l-karru tal-Karnival. Fl-aħħar snin, tal-Buffalo & Co kellhom fost l-isbaħ karrijiet. L-ILLUM staqsiet lil Shaun Curmi xi jkun l-ewwel pass biex jibda jinbena l-karru. Minn fejn jibdew? Curmi spjega kif l-ewwel ma jiltaqa', ġeneralment, ikun mal- welder li jilgħab parti importanti għax jidħol ukoll fil-movimenti tal- karru. Minn hemm jibdew isiru l-isckethes. L-ewwel li jsir huwa l-isketch tal-ħadid. "Mhux se ngħidlek li l-kartapesta mhi xejn għax fiha tagħha. Iżda llum il-bażi tal-karru huwa l-ħadid. Illum karru sar kollu mekkaniżmu u muturi li jiswew eluf ta' liri. Marruli żewġ muturi weħilt €600 kull wieħed," spjegalna Shaun biex jagħtina it 'Qisu għadu magħna hawn. Kulħadd – Jaħdmu karru biex isellmu lill-ħabib tagħhom Jean Paul Bonett, iċ-Chippy, miet sitt xhur ilu waqt li kien qed jaħdem fuq karru iżda f'dawn il-jiem xorta waħda kien il- Belt Valletta jdur mad-dilettanti. Sħabu tal-kumpanija Buffalo & Co ħadmu karru dwar dak kollu liċ-Chippy kien iħobb, mill- irfigħ tal-vara ta' San Gejtanu sar-Regatta u l-Karnival Shaun Curmi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020