Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
09 illum • IL-ĦADD 23 ta' FRAR 2020 idea tal-ispejjeż li jidħlu fihom id- dilettanti. Meta l-movimenti jkunu lesti u jaraw li jaħdmu sew, jibda t-tfassil tal-karru. Fi kliemu, jipprovaw il- ħin kollu, fosthom biex jaraw li x-xogħol ma jaħbatx. Minn hemm ikun jista' jibda x-xogħol fuq il-kartapesta u t-tafal sakemm jaslu fil-proċess taż-żebgħa u d-dawl li ġeneralment isiru fl- aħħar ġranet jekk mhux sigħat. 'Imqar il-leaders għandhom ikunu ħaddiema tal-Gvern' Ħarisna lejn il-karru u staqsejna lil Curmi kemm idumu jaħdmu fuqu. "Is-sena kollha. Issa nispiċċaw lil dan. Nipparkjah it-Tlieta, għandi sal-Ħadd rieqed. Nagħmel ġimagħtejn xogħol id-dar u nibdew inżarmaw il-karru biex naħsbu għal tas-sajf. Inżarmaw tas-sajf u nibdew fuq il-kbir," spjegalna. "Kif saru l-karrijiet illum, tispiċċa qisu dan hu x-xogħol tiegħek." Fil-fatt Curmi għandu xewqa waħda. "Jiena nixtieq li jasal żmien fejn il-Gvern iġib imqar lil- leaders jaħdmu full-time miegħu fl-imħażen. Ħalli jkollok biżżejjed ħin." Insista magħna. 'Lanqas slipper ma nixtri għalija'... Mela kemm jiswa? Ngħiduha kif inhi, dawk kollha li jaħdmu għall-Karnival għandhom ix-xogħol tagħhom u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom biex jagħtu spettaklu lil dawk kollha li jżuru l-Kapitali għall-Karnival ta' Malta. Jagħmlu dan b'mod volontarju u biex ikunu jistgħu jlestu fil-ħin, saħansitra jieħdu l-leave minn tagħhom, biex ma nsemmux il- flejjes li joħorġu mill-but. "Jien ilni hawn mill-ħamsa ta' filgħodu," qalilna Curmi u dan meta aħna wasalna l-maħżen fl-erbgħa ta' waranofsinhar. "Għandi sas-siegħa ta' filgħodu hawn. Għandi ħmistax leave nqattagħhom hawn." Propju għalhekk li Curmi esprima magħna din ix-xewqa. Fi kliemu, jekk dan iseħħ, ikunu jistgħu jagħtu sehemhom mhux fil-Karnival biss imma anke fl-attivitaijet kulturali li jkunu organizzati tul is-sena, bħal ngħidu aħna n-Notte Bianca. L-ILLUM staqsiet lil Shaun kemm jiswa karru fuq din l-iskala. "Sentejn ilu, meta kellna l-karru ta' Gordon Ramsay, missejna l-€15,000. €1,200 biss LEDs. Jiena naħdem għall- Karnival. Lanqas slipper ma nixtri għalija jiena u mmur nixtrilek pompa tal-hydraulic tiswa xi €200. Marli speaker €250. Kollox spejjeż," spjegalna. 'Il-Belt inkun imwerwer ... aħjar il-maħżen' Shaun Curmi huwa Belti u jista' jonqos li ma jaqbilx li l-Karnival xi darba joħroġ mill-Belt. Madanakollu jibqa' l-fatt li t-toroq tal-Belt huma limitati. Biżżejjed insemmu l-mument meta l-karrijiet ikunu jridu jduru minn Triq il- Merkanti, għal Triq l-Arċisqof biex jidħlu Pjazza San Ġorġ. X'jaħseb dwar dan? "Ħa nkun sinċier. Jiena l-karru hawn nieħu pjaċir. L-aħħar ħmistax. Tgħidli bis-serjetà? Sabiħ il-Belt iżda jiena nkun imwerwer. Tant kemm kibru l-karrijiet u tant kemm fihom inġinerija li faċli jseħħ inċident," insista Shaun. Filwaqt li faħħar il-ħidma tal- kumitat u x-xogħol li jagħmlu biex tiżdied is-sigurtà, insista li t-toroq tal-Belt huma dawk li huma. "Ikollok il-fireengines. Imma għidli inti kif se tidħol meta għandek karru wara l-ieħor u salt nies. Seba' snin ilu qabadli karru hawn barra jiena. Fi tliet kwarti dab. Għidli inti jaqbadlek fi Triq ir-Repubblika!" saħaq l-artist. 'Sewwa jagħmlu jagħfsu fuq is- sigurtà' Mill-banda l-oħra saħaq li ma jfissirx li ma hemmx sigurtà. Semma kif il-kumpaniji kollha jkunu armati f 'każ ta' inċident u anke l-Kumitat jibgħat surveyer biex jispezzjona l-karru qabel jitħalla jinżel il-Belt. "Kelli problema fil-kuruna jiena. Ma approvahiex. Qabbadt inġinier biex jiġi jirranġahieli. Mhux se neħodha kontrihom. Sewwa jagħmlu," insista. Fil-fatt, appella wkoll lill-pubbliku biex jikkoperaw magħhom. Qal li l-biża' tiegħu meta jkun hemm familji u jiġu jpoġġu t-tfal fuq il- karrijiet għar-ritratti. "Inċident f 'sekonda jseħħ. Ikkoperaw magħna," temm jappella Shaun Curmi. Kulħadd jgħajjatlu' tagħhom iċ-Chippy Spazju Kreattiv Kavallier ta' San Ġakbu Pjazza Kastilja VLT 1060 TAGĦRIF U ĦILIET • Għarfien estensiv tad-dixxiplini kollha dwar l-arti kontemporanji u emerġenti, kemm lokali kif ukoll internazzjonali; • Tagħrif dettaljat u kuxjenza dwar l-aspettattivi tal-udjenza, tendenzi u xejriet emerġenti fis-settur tal-arti; • Li jkun punt ta' referenza ewlieni għall-gwida u appoġġ lejn id-diretturi / produtturi u parteċipanti oħra. • Grad ta' baċellerat rikonoxxut fl-arti performattiva, l-arti viżwali, mużika jew l-immaniġġjar kulturali jew dixxiplina relatata iżda tesiġi l-kompetenza akkwistata b'mod informali jew permezz ta' edukazzjoni formali b'rekwiżiti tekniċi tal-pożizzjoni nnifisha. • Mill-inqas għaxar (10) snin esperjenza f'pożizzjoni simili, dik ta' direzzjoni tal-arti fl-industriji kreattivi. • Rekord ta' kisba eċċellenti fi proġetti ewlenin relatati mal-arti. L-APPLIKANTI GĦANDHOM JIBGĦATU DAWN LI ĠEJJIN • Ittra ta' motivazzjoni (massimu 500 kelma) li tagħti d-dettalji tal-adattabilità tar-rwol tal-applikant. • CV dettaljat u portafoll tal-karriera li jenfasizzaw esperjenza ta' tmexxija preċedenti fuq proġetti simili u ta' profil għoli. • L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu permezz ta' imejl lill-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività fuq applications@kreattivita.org • d-data tal-għeluq tal-applikazzjonijiet huwa: l-Erbgħa, 11 ta' Marzu, 2020, f'nofsinhar. • Iktar informazzjoni dwar is-sejħa tista' tinstab fuq il-websajt tagħna www.kreattivita.org/sejhiet-ghall-impjiegi Il-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività qed tiftaħ sejħa għal Direttur Artistiku ġdid fuq kuntratt għal servizz (3 snin) biex iwettaq it-tmexxija artistika viżjonarja fi Spazju Kreattiv fil-Kavallier ta' San Ġakbu il-Belt Valletta, iċ-ċentru ewlieni ta' Malta għall-kreattività. IL-POŻIZZJONI • Jipprovdi tmexxija ta' ispirazzjoni artistika u viżjoni strateġika biex jiżviluppa l-organizzazzjoni li tiżgura programm artistiku Spazju Kreattiv sostenibbli li jservi b'suċċess lill-udjenzi u lill-komunità tagħna għas-snin li ġejjin. • Jiżviluppa l-istrateġija fit-tul tal-organizzazzjoni, billi tavvanza, tespandi u tmexxi l-programm tagħna rikonoxxut internazzjonalment li jkopri l-forom kollha ta' arti kreattiva. • Id-Direttur Artistiku għandu jikkonċepixxi, u jiddelega l-eżekuzzjoni tal-proġetti artistiċi kollha kkummissjonati u / jew maħluqa minn jew għal Spazju Kreattiv. KUNTRATT GĦAL SERVIZZ DIRETTUR ARTISTIKU +356 21 223200 www.kreattivita.org aħbarijiet Iċ-Chippy liebes tal-kavallier tal-Karnival Ir-ritratt taċ-Chippy fil-qalba tal-maħżen ta' Shaun u sħabu