Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
10 analiżi IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum IŻ-ŻJARAT TAL-PAPIET F'MALTA Tliet xhur qabel ir-raba' Vjaġġ Appostoliku ta' Papa f'Malta, il-gazzetta ILLUM tagħti ħarsa lejn l-aktar mumenti sinifikanti taż-żjarat tal-Papiet f'Malta YENDRICK CIOFFI Bla dubju ta' xejn, waħda mill- aħbarijiet ewlenin ta' dan ix-xahar, kienet dik li l-Papa Franġisku se jkun qed iżur lil Malta fil-31 ta' Mejju li ġej. F'dan l-artiklu, hekk kif Malta bdiet tħejji biex tilqa' l-266 suċċessur ta' Pietru, il-gazzetta ILLUM se tkun qed tfakkar fl-aktar mumenti sinifikanti taż-żjarat tal- Papiet f 'Malta u għalhekk tagħti idea ta' dak li jista' jkun qed jagħmel f 'pajjiżna l-Papa Franġisku. L-ewwel żewġ versi tal-kapitlu 28 tal-Atti tal-Appostli dejjem kienu fiċ-ċentru tal-żjarat tal-Papiet f 'Malta. "Meta ħlisna mill-għarqa sirna nafu li l-gżira kien jisimha Malta. In-nies tal-gżira ġabu ruħhom magħna bi ħlewwa liema bħalha," naqraw f 'dawn il-versi li jirrakontaw in-nawfraġju ta' San Pawl. Huma versi li l-Maltin Insara jagħmluhom kburin u jiaħru bihom quddiem il-Papiet. Lill-Papa Franġisku ma kellhomx għaliex ifakkruh. Kien hu li riċentament aħar bl-akkoljenza tal-Maltin waqt Udjenzi Ġenerali u fil-festa tal-Konverżjoni ta' San Pawl. Ġwanni Pawlu: l-ewwel Papa li rifes fuq Malta Il-Papa Ġwanni Pawlu II, illum qaddis, kien l-ewwel Kap tal- Knisja Kattolika li rifes fuq Malta. Għalhekk, kif wieħed jistenna, il-laqgħa li tawh il-Maltin kienet enormi. Il-Papa kien għamel tlett ijiem qalb il-Maltin, bejn il-25 u s-27 ta' Mejju 1990. It-toroq minn kull fejn għadda kienu mżejna u ppakkjati bin-nies. Fjuri u karti nxteħtu mill-gallarijiet. Ħarġu l-baned, inħaraq in-nar u l-Bormliżi, b'mod spontanju ħarġu l-vara tal-Immakulata Kunċizzjoni u mxew biha wara l-Papa sa Cafè Riche fejn ma kinux kuntenti qabel il-Papa lemaħha u semmieha. Kienet l-ewwel darba li l-Maltin setgħu jilqgħu lis-suċċessur ta' Pietru fuq il-gżira ta' Pawlu u għalhekk għamlu minn kollox biex iħossu milqugħ. Għalhekk kantaw: 'Viva l-Papa Ġwanni Pawlu li għoġbu jżur lil Malta tagħna. Għamel bħal tal-Ġnus l-Appostlu, għall-it żmien joqgħod hawn magħna.' Għalhekk, ma setax jonqos, li waħda mill-avvenimenti ewlenin kienet iż-żjara tal-Papa fil-Grotta ta' San Pawl, fejn jingħad li Pawlu għex tul it-tliet xhur li għamel f 'Malta. Jibqa' mnaqqax f 'qalb ir-Rabtin il-mument meta l-Papa poġġa waħdu f 'bank, f 'nofs il-Kolleġġjata Pawlina, jitlob fi knisja armata sa snienha. Il-Papa Pollakk kien iltaqa' mar-reliġjużi u s-saċerdoti fil- Kon Katidral u bħala Kap ta' Stat, kellu laqgħa mal-President u l-awtoritajiet ċivili fil-Palazz tal-Belt Valletta. Ġwanni Pawlu kien iltaqa' wkoll mal-qraba tal-missjunarji fis-Santwarju tal-Madonna tal- Mellieħa u reħielha lejn Għawdex fejn kellu laqgħa sabiħa fil-Katidral tal-Assunta. Ma setax jonqos, li l-Papa jżur is-Santwarju tal- Madonna ta' Pinu, fejn qaddes quddiesa u saħansitra poġġa madwar ras ix-xbieha devota tal- Madonna ħames stilel. X'aktarx li l-aktar mument spettakolari ta' din iż-żjara kienet id-dawra tal-Papa minn Għawdex lura lejn Malta abbord katamaran. Imdawwar b'għadd kbir ta' bċejjeċ tal-baħar, il-Papa ttieħed biswit il-Gżejjer ta' San Pawl fejn assista għall-inżul ta' statwa ta' Kristu f 'qiegħ il-baħar u wara ddaħħal fil- Port il-Kbir, qalb is-salut tal-kanuni u l-għajjat tan-nies minn fuq is- swar. Kellu laqgħa ħelwa mat-tfal tal- iskejjel, quddiem in-Nunzjatura l-antika f 'Ħ'Attard u ż-żgħażagħ tawh merħba kbira fl-istadjum nazzjonali. Laqgħa oħra sinifikanti kienet fil-Kottonera, fejn il-Papa ltaqa' mal-ħaddiema Maltin, bl- appell imqanqal tal-Papa kontra l-inġustizzja. Il-Papa kellu wkoll laqgħa ekumenika fil-Katidral tal- Imdina. Iż-żjara ta' Ġwanni Pawlu kienet intemmet b'quddiesa fuq il-Fosos tal-Furjana. X'kien qal Ġwanni Pawlu II wara l-ewwel żjara f 'Malta? Fl-ajruport, qabel ħalla Malta, il- Papa kien qal: "Fil-ħin kollu li kont Malta bqajt impressjonat bil-mod kif il-Maltin huma marbuta bis- sħiħ mal-wirt kulturali u reliġjuż tagħhom. Ix-xewqa tagħkom li tkunu fidili lejn dan il-wirt prezzjuż waqt li fl-istess ħin tistinkaw biex tippromwovu l-iżvilupp tagħkom għall-ġid ta' kulħadd hu ċertament sinjal ta' tama qawwija għall- ġejjieni ta' Malta. It-tradizzjonijiet tagħkom huma xhieda tal-għaġeb tal-karattru nazzjonali tagħkom u tal-identità tagħkom. Jalla jibqgħu jmexxukom u jsaħħukom fid- determinazzjoni tagħkom. Ftit jiem wara, fl-ewwel Udjenza Ġenerali wara ż-żjara, kien qal hekk: "Minkejja ċ-ċokon tagħha, Malta hija pajjiż b'importanza internazzjonali kbira. Il-qagħda ġeografika tagħha ffavoriet il- laqgħa ta' kulturi u idjomi differenti. Illum ukoll Malta għadha tħaddan din il-vokazzjoni ta' medjazzjoni fost il-ġnus tal-baħar mediterran kollu. Nittama li hija tagħraf tissokta f 'din il-missjoni naturali tagħha, mingħajr ma tirrinunzja għall-patrimonju prezzjuż ta' valuri li kisbet mill-ġenerazzjonijiet li għaddew." Ftit xhur wara, Ġwanni Pawlu jirritorna Malta ... iżda mhux fuq żjara uffiċjali X'aktarx li it huma dawk li jiakru li tliet xhur wara, il-Papa Ġwanni Pawlu II reġa' niżel Malta, iżda din id-darba mhux fuq żjara uffiċjali. Fl-1 ta' Settembru tal-1990, il- Papa kien fi triqtu lejn it-Tanżanija meta l-ajruplan ġarrab xi ħsarat tekniċi. Il-bdot ma ħax riskju u niżżel l-ajruplan f 'Malta. Dam Malta kważi 30 minuta. Abbord l-ajruplan kienu telgħu l-President Ċensu Tabone, il-Prim Ministru Eddie Fenech Adami, il- Viċi Prim Ministru Guide de Marco, l-Arċisqof Ġużeppi Mercieca u l-Isqof ta' Għawdex Nikol Cauchi. Il-Papa Ġwanni Pawlu ma kienx niżel, iżda qabel kompla bil-vjaġġ, kien ħareġ fil-bieb tal-ajruplan biex isellem lill-ħaddiema tal-ajruport. Fuq il-passi ta' Pawlu: Ġwanni Pawlu jerġa' jiġi u jagħti lil Malta tliet Beati Ġwanni Pawlu II, issa aktar anzjan u viżibbilment magħkus bil-marda tal-Parkinson's, reġa' wasal Malta fit-8 ta' Mejju 2001. It- tema Pawlina kienet aktar ċentrali. Malta kienet l-aħħar tappa tal- pellegrinaġġ tiegħu fuq il-passi ta' Pawlu li ħadu wkoll is-Sirja u l-Greċja. Kienet żjara qasira, iżda daqstant ieħor sinifikanti. Din id-darba l-Papa ma ġiex b'idu f 'idu. Fl- għodwa tad-9 ta' Mejju tal-2001, fuq il-Fosos tal-Furjana, il-Papa bbeatifika tliet Maltin, Dun Ġorġ Preca, Adeodata Pisani u Nazju Falzon. Lil Dun Ġorġ, Ġwanni Pawlu kien iddeskrivieh bħala: "it-tieni missier tal-Maltin fil-fidi." Qabel ħalla Malta, fl-ajruport, il-Papa kien qal hekk: "Fl-Atti tal- Appostli, San Luqa jikteb li l-Maltin "urew ġieħ kbir lil San Pawl u sħabu, u meta ġew biex jitilqu, għabbew PAWLU PIETRU FIL-GŻIRA TA'