Illum previous editions

ILLUM 23 February 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi illum • IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 fuq il-ġifen kulma kien jeħtieġu" (Atti, 28:10). Spiritwalment jiena kelli din l-istess esperjenza u ser nitlaq infaħħar 'l Alla f 'qalbi għalikom lkoll. Grazzi Malta, il- Bambin iberikkom ilkoll!" San Pawl iġib Malta wkoll lill- Papa Benedittu XVI "Jien kuntent ħafna li ninsab fostkom." Dawn kienu l-ewwel kelmiet tal-Papa Benedittu XVI li żar Malta bejn is-17 u t-18 ta' April tal-2010. Benedittu XVI kien żar Malta fl-okkażjoni tal-1950 anniversarju min-Nawfraġju ta' San Pawl f 'Malta u għalhekk San Pawl kien fiċ- ċentru ta' din iż-żjara. Anke jekk iż-żminijiet jinbidlu, għall-Maltin reġgħet kienet festa kbira u minn kull fejn għadda l-Papa, it-toroq kienu ppakkjati bin-nies ixejru l-bnadar sofor u bojod. Fil-fatt, it wara li wasal Malta, wara l-laqgħa uffiċjali mal- awtoritajiet ċivili u wara l-laqgħa ħelwa mat-tfal fi Pjazza San Ġorġ, fejn kantawlu f 'għeluq sninu, il- Papa reħielha lejn ir-Rabat fejn iltaqa' mar-reliġjużi u l-kleru u niżel jitlob fil-Grotta ta' San Pawl. Fit-18 ta' April, il-Papa kien qaddes fuq il-Fosos tal-Furjana. Qabel il-quddiesa kien waqaf jitlob quddiem l-istatwa ta' San Publiju u wara l-quddiesa kien poġġa warda tad-deheb quddiem ix-Xbieha tal- Madonna ta' Pinu li nġiebet minn Għawdex apposta. Waranofsinhar, il-Papa kien iltaqa' b'mod spontanju, 'il bogħod mill-kameras, mal-vittmi tal-abbuż sesswali minn membru tal-kleru. Abbord il-katamaran, kien wasal fil-Port il-Kbir għal-laqgħa kbira oħra maż-żgħażagħ fil-Valletta Watefront, qabel telaq lura lejn l-ajruport biex jirritorna fil-Vatikan. X'appell kien ta lill-Maltin? Qabel telaq, il-Papa kien qal hekk: "Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha fil-qalba tal-Mediterran, ħafna immigranti jaslu fuq xtut Malta ... Jien naf bid-diffikultajiet li jista' jikkaġuna l-ilqugħ ta' għadd kbir ta' nies, diffikultajiet li ma jistgħux ikunu solvuti minn xi pajjiż waħdu meta jaslu l-ewwel fih. Fl-istess ħin jien fiduċjuż li, bis-saħħa tal-għeruq Insara tagħha u l-istorja twila u kburija fl-ilqugħ tal-istranjieri, Malta se tagħmel li tista', bl-appoġġ ta' stati oħra u organizzazzjonijiet internazzjonali, biex tgħin lil dawk li jaslu hawn u tiżgura r-rispett tad-drittijiet tagħhom." Temm jappella lill-Maltin: "Kunu ta' eżempju, f 'artkom u barra minn a r t k o m , ta' ħajja N i s r a n i j a d i n a m i - ka. Kunu k b u r i n bis-s ejħa Nisranija tagħkom. G ħ o ż ż u l - w i r t r e l i ġ j u ż u kulturali tagħkom. Ħarsu lejn il-futur b'tama, b'rispett profond għall-ħolqien ta' Alla, b'reveren- za għall-ħajja umana, u bi stima għolja għaż-żwieġ u għall-integrità tal-familja! Kunu wlied denji ta' San Pawl." Franġisku fil-gżira ta' Pawlu... Il-versi tal-Atti tal-Appostli, li dwarhom il-Papa Franġisku rrifletta fl-aħħar ġimgħat, se jerġgħu jġibu lis-suċċessur ta' Pietru f 'Malta. Huwa u jirrifletti fuq dawn il-versi, il-Papa qal: "Il- Maltin huma twajba, huma ġentili, huma akkoljenti, diġà sa minn dak iż-żmien." Diġà rajna li l-Papiet, meta żaru Malta, għamlu referenza għall- missjoni li għandha Malta bħala gżira f 'nofs il-Mediterran, b'Benedittu XVI jagħmel referenza ċara għall-kriżi tal-immigrazzjoni. Fir-riflessjonjiet tiegħu, il-Papa Franġisku diġà qabbel in-Nawfraġju ta' Pawlu mal-perikli li jiltaqgħu magħhom dawk li qed jaħarbu l-gwerer u l-ostilità li jiffaċċjaw wara. Minn kliemu, jidher ċar li din se tkun tema ċentrali fiż-żjara tal- Papa Franġisku. Fil-fatt, l-Isqfijiet diġà qalu li l-Papa esprima x-xewqa li jżur l-immigranti meta jkun Malta. Se tkun żjara qasira, iżda wieħed diġà jista' jikkonkludi li se tkun waħda sinifikanti u mimlija ġesti. Hekk kif it-tema taż-żjara hija mill-ġdid Pawlina, bħall- preduċessuri tiegħu, żjara lill- Grotta ta' San Pawl hija essenzjali. Wara 30 sena, il-Papa se jerġa' jżur ukoll il-gżira Għawdxija. Żjara lis-Santwarju Nazzjonali Ta' Pinu mhix se tonqos u dan ikkonfermah ukoll l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Monsinjur Mario Grech. Il-Fosos tal-Furjana, li raw l-istorja tal-pajjiż tinkiteb, x'aktarx li se jerġgħu jilqgħu wkoll lis- Suċċessur ta' Pietru għall-Quddiesa. Jekk Franġisku hux se jaqsam il-Port bil-katamaran għadu ħadd ma jaf. Jekk kif qed jingħad, iż-żjara tkun estiża fuq jumejn, hemm ċans kbir li dan jerġa' jseħħ ukoll. Li hu ċert huwa li l-Papa mhux se jħalli Malta mingħajr ma jsellem liż-żgħażagħ li tant huma għal qalbu.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 23 February 2020