Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1213452
04 aħbarijiet IL-ĦADD 23 TA' FRAR 2020 • illum ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Din il-gazzetta tinsab infurmata illi mal- Gvern biss il-Partit Nazzjonalista għandu miljuni kbar f 'dejn. Fil-fatt l-ILLUM hija infurmata illi dan d-dejn huwa ta' aktar minn €12-il miljun fi djun ma' entitajiet tal-Gvern. L-akbar porzjon minn dan id-dejn huwa ta' madwar €10 miljuni f 'taxxa tad-dħul u bolla tal-ħaddiema tal-Partit Nazzjonalista li għadhom ma tħallsux. Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi dan l-akkumulu ta' bolol u taxxa mhux imħallsa sar l-aktar fiż-żmien meta l-PN kien għadu fil-Gvern u kompla jiżdied fl-aħħar snin. Għalkemm il-ħaddiema tal-PN huma ssalvagwardjati bil-liġi u allura daqslikieku tħallsu, il-PN xorta jrid jagħti dawn il-flus kollha lill-Gvern. Madwar €1.5 miljun oħra huma dejn tal- Partit Nazzjonalista mal-ARMS u allura f 'kontijiet tad-dawl u l-ilma. Finalment is-sorsi li tkellmu ma' din il- gazzetta sostnew illi l-PN għandu madwar €1 miljun oħra xi jħallas f 'VAT. B'kollox allura l-Partit Nazzjonalista jrid jagħti lil entitajiet tal-Gvern bejn €12 u €14-il miljun. Wieħed mis-sorsi li tkellem magħna qal illi dan id-dejn waħdu jista' jkun li huwa viċin jew saħansitra jiżboq bi it l-assi tal-partit. Dawn il-fatti qed niżvelawhom wara li l-gazzetta oħt Malta Today żvelat kif il- PN għandu €34 miljun f 'dejn. Il-Partit Nazzjonalista ċaħad li d-dejn tela' għal daqshekk għalkemm fl-ebda mument ma qal kemm kemm fil-fatt hu. Id-dejn ta' madwar €34 miljun 'maqsum fi tlieta' Is-sorsi li tkellmu mal-ILLUM ikkonfermaw li d-dejn jitla' għal €34 miljun u spjegaw illi dan id-dejn huwa maqsum fi tliet entitajiet. Il-Partit Nazzjonalista, il-Media Link u l-Patria Trust. "L-akbar dejn ġej mill-midja tal-partit," jikkonfermaw is-sorsi li jispjegaw kif NET qed jagħmel aktar minn €1 miljun telf fis-sena. Min-naħa l-oħra, il-Patria Trust huwa fond illi fih intefgħu każini li nbiegħu, b'wieħed minn tal-aħħar ikun dak ta' Birżebbuġa. B'kollox hemm mat-12-il proprjetà. Pressjoni kbira fuq Puli (u issa Zammit Dimech) mill-banek Interessanti wieħed jinnota illi minħabba li l-Partit Nazzjonalista mhuwiex kumpanija, huwa s-Segretarju Ġenerali li jidħol responsabbli personalment għad- dejn tal-partit. Il-gazzetta ILLUM tinsab infurmata illi l-banek lokali, kemm il-BOV u anke l-HSBC, qed jagħmlu pressjoni kbira fuq il-partit u allura fuq is-Segretarju Ġenerali biex isiru l-ħlasijiet. Din il-gazzetta hija infurmata minn sorsi infurmati sew, li fil-fatt kienet din waħda mir-raġunijiet ewlenin għalfejn irriżenja Puli. "Kien qiegħed taħt pressjoni enormi mill-banek biex il-partit iħallas u minflok koperazzjoni sab tfixkil," saħaq dan is-sors. 'Is-sitwazzjoni tal-biża'' Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi s-sitwazzjoni finanzjarja tal-PN hija 'tal-biża''. "Minkejja li kulħadd jaf illi s-sitwazzjoni hija ħażina, it jafu dawn iċ-ċifri xokkanti," sostna wieħed mis-sorsi ta' din il-gazzetta. "Id-donazzjonijiet huma qatra żgħira ħdejn dan it-telf kollu. Biżżejjed biex nibdew inħallsu l-imgħax. Jekk mhux se jittieħdu deċiżjonijiet drastiċi l-partit se jitkisser," temm jgħid dan is-sors mal-ILLUM. Il-banek bi pressjoni enormi fuq Puli u madwar €10 miljuni mhux imħallsa f'taxxa u bolla Clyde Puli