Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527
23 films illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 Carmel Bonnici Films ġodda li se joffru s-swali taċ-ċinema minn din il-ġimgħa EMMA DARK WATERS Il-kotba ta' Jane Austen (1775 - 1817) huma mera vivida dwar kritika u kumment fuq l-aristokrazija Brittanika jew fuq il-klassi għolja ta' żmienha u kif in-nisa kienu dipendenti fuq iż- żwieġ biex ikollhom valur fil-ħajja soċjali. In-novella tagħha, Emma nħadmet bosta drabi fuq il-liżar ċinematografiku u fuq it-TV. Din il-produzzjoni ġdida tassew taqbad l-atmosfera ta' żmien din l-awtriċi, lussuża għall-għajnejn u verament dekorattiva. Emma Woodhouse (Taylor-Joy) tfajla ta' 21 sena għaddiet ħajja bla ħsibijiet żejda, qatt ma tinkwieta għal ħadd. Missierha (Nighy), dejjem fissidha u hi qatt ma wriet responsabbilità ħlief għalih biss. Meta saret ħabibha ma' Harriet (Goth), tfajla ta' intelliġenza u klassi baxxa, Emma li dejjem immanipulat ir-relazzjoni ta' dawk ta' madwarha billi tiżvijahom mill-imħabba vera. Harriet titfa' għajnejha fuq Mr. Elton (O'Connor) li qatt m'għandha ċans li takkwistah. Mr. Knightley (Flynn), ġar li jiġi mill-familja tagħha, jibda jdur madwarha, jfaħħarha, anki jisħet quddiemha l-krudiltà każwali li tesibixxi, però jfaħħar l-intelliġenza u s-sbuħija tagħha, għax jixtieqha għalih. Emma li tħobb tlaqqa' għaż-żwieġ lill-oħrajn, tgħid tilqa' t-talba ħerqana tiegħu? Tassew id-direttriċi Autumn de Wilde tat impatt vigoruż lil din il-kummiedja soċjali li teċċella f 'kostumi attraenti u sbieħ, djalogu erudit u djar statali li aktarx huma palazzi. Il-mużika evokattiva tal-film tikkonsisti minn ballati folkloristiċi u lħna tal-opera. Il-protagonista, Anya Taylor- Joy, hija eskwiżita ħafna, kważi impekkabbli u pjuttost simpatika minkejja l-immanuvrar li mdorrija teżerċita. Atturi Ewlenin: Anya Taylor-Joy; Johnny Flynn; Mia Goth; Tanya Reynolds; Josh O'Connor; Bill Nighy; Rupert Graves. Direttrici: Autumn de Wilde. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul:124 min. Ċert. U Atturi Ewlenin: Mark Ruffalo; Anne Hathaway; Tim Robbins; Bill Camp; Victor Garber; Bill Pullman; Mare Winningham. Direttur: Todd Haynes. Maħruġ minn KRS Releasing. Tul:126 min. Ċert. 12A Storja oħra inkredibbli imma vera, fejn David jerġa' jeħodha kontra Gulija, hi dik li dehret fil-New York Times Magazine, e Lawyer Who Became DuPont's Worst Nightmare, miktuba minn Nathaniel Rich. David ta' din l-istorja hu Rob Bilott (Ruffalo), avukat difensur tal-korporazzjonijiet li, mingħajr ebda ħjiel, jitkixxef skandlu kbir meta jaġixxi l-oppost tal-kwalità ta' xogħol li kellu. Hawn, il-ġgant Gulija huma żewġ kumpaniji sodi u stabbiliti tal-mediċini, DuPont u Teflon. Dark Waters jirrakkonta l-istorja xokkanti u mill- banda l-oħra erojka ta' avukat li jirriskja l-karriera tiegħu u anki l-familja biex jitkixxef sigriet oskur mistur minn tnejn mill-akbar korporazzjonijiet fid-dinja u biex iġib ġustizzja u serħan il-moħħ ta' komunità esposta bla ħniena għall- ħafna snin minn kimiċi velenużi. Ironikament, Rob Bilott isir sħab fid-ditta prestiġġjuża tiegħu tal-liġi f 'Cincinnati, Ohio, grazzi għax-xogħol siewi jiddefendi ditti kbar kemikali. Meta żewq bdiewa minn West Virginia jsibuh u jgħidulu li jaħsbu li l-fergħa tal-kumpanija DuPont tal- lokal tagħhom qed jordmu fdal tossiku f 'barriera fil-qrib u li l-merħliet tagħhom qed imutu u l-għelieqi distrutti, hu jsib ruħu f 'konflitt. Il-kuxjenza tiegħu timbuttah biex jinvestiga, isib appoġġ minn ħabibu Tom Tarp (Robbins), superjur tiegħu fid-ditta u jiaħ kawża. Hawn tibda ġlieda ta' 15-il sena fil-qrati li kważi tkisser ir-relazzjoni tiegħu ma' martu, Sarah (Hathaway) li jkollha mpatt qawwi fuq ir- reputazzjoni tiegħu, fuq saħħtu u l-għixien. Sitwazzjonijiet simili ta' din il-produzzjoni rajniehom f 'Silkwood, Erin Brockovich u oħrajn ta' stoffa. Bla tlaqliq, dan hu l-film ta' Mark Ruffalo, ukoll wieħed mill-produtturi, li b'kalma kbira u rieda soda bħala avukat ġenwin, iħoss fuqu l-piż intern li jgħin kommunità biex jgħixu ħajja diċenti.