Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

25 sport 'Inħares lejn il-futur tiegħi b'xewqa li mmur nilgħab barra minn xtutna illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 CRISTIAN ANTONY MUSCAT Il-plejer internazzjonali Malti tal-pool Dejan Grech, it tal- jiem ilu sar Champion Ewropew tal-kategorija ta' taħt it-23 sena. Huwa għeleb fil-finali lil Morgan omas tal-Irlanda seba' frames għal tlieta. Dan kien riżultat ferm prestiġjuż għal-logħba tal-pool f 'Malta li kulma jmur qed tikber fil-popolarità kif ukoll għall- isport inġenerali f 'pajjiżna. Grech kellu wirjiet impressjonanti wkoll fil-kategorija Open tal-plejers individwali sakemm eventwalment ġie eliminat fis-semi-finali. F'pajjiżna ġew plejers minn 10 pajjiżi differenti, fejn flimkien ma' Malta ħadu sehem l-Ingilterra, ir-Repubblika Irlandiża, l-Irlanda ta' Fuq, Skozja, Wales, il-Belġju, Ċipru, Franza, il-Portugall u l-pajjiż mistieden mill-Afrika, il- Marokk. Il-Kampjonati Ewropew ta' din is-sena saru proprju f 'pajjiżna u fihom ipparteċipaw xejn inqas minn 540 plejer minn 11-il pajjiż differenti, inkluż Malta. Dejan Grech innifsu tana iktar dettalji: Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-pool? L-imħabba tiegħi lejn il-pool bdiet minn meta kont għadni tifel. Missieri kien jilgħab u bdejt nilgħab meta kelli 10 snin. Kif irnexxielek tiżviluppa l-ħiliet tiegħek f 'dan l-isport illi tant tħobb? Irnexxieli niżviluppa l-ħiliet tiegħi b'ħafna dedikazzjoni u sagrifiċċju u ħinijiet twal ta' taħriġ. Hemm xi logħba li tiftakar aktar minn oħrajn li lgħabt fiha u rbaħt? Bla dubju li l-aktar logħba emozzjonanti li lgħabt fiha s'issa hija l-partita fejn ġejt inkurunat Champion Ewropew tal-U23s. X'inhi l-iktar ħaġa importanti li għandu jkollu plejer tal-pool? Fl-opinjoni tiegħi, l-aktar ħaġa importanti li għandu jkollu plejer tal-pool hija mentalità pożittiva u li tkun kapaċi temmen fik innifsek għax jekk ma temminx fik innifsek, ma tistax tasal! Min taħseb illi hu l-plejer numru wieħed tal-pool fid-dinja bħalissa? Fl-opinjoni tiegħi l-aqwa plejer tad-dinja tal-pool fil-mument huwa Mick Hill. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek f 'dan l-isport? Inħares lejn il-futur tiegħi b'xewqa li mmur nilgħab barra minn xtutna b'mod regolari u ta' spiss f 'tournaments kbar u ta' prestiġju kbir. Nixtieqek tgħaddi l-aħħar messaġġ tiegħek lil dawk iż- żgħażagħ illi jixtiequ jaqbdu karriera fil-pool. Il-messaġġ tiegħi liż-żgħażagħ huwa biex jaqbdu jilagħbu l-logħba tal-pool għax hija logħba li ttik sodisfazzjon kbir. Hija logħba sabiħa u għal min għadu żgħir ikollu ċ-ċans li jżid il-kapaċitajiet tiegħu u jikber fil- logħba tal-pool.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020