Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527
06 aħbarijiet IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum NOTIFIKAZZJONI MAHRUGA SKONT ID-DIRETTIVA DWAR POSTIJIET GHAL SWALI GHAL-LOGHOB Referenza tagfina: MGA/B2C/223/2011 27 ta' Frar 2020 Gaming Operations Ltd IZIBET, Bisazza Street, Sliema L-Awtorita' Maltija dwar iI-Loghob (minn hawn 'il quddiem I-'Awtorita") b'dan qeghda tinnotifika lill- pubbliku li tat I-approvazzjoni taghha sabiex tinfetah fondi ghal- loghob kontrollati fl-indirizz hawn fuq indikat. Minkejja dan, din I-approvazzjoni ghadha soggetta ghar-reviżjoni finali tal-applikazzjoni mill- Awtorita'. L-Awtorita' tinnotifika lill-pubbliku li, sat- 17 ta' Marzu 2020 kopji tal-applikazzjoni, pjanti u dokumenti ohra jintwerew, bl-appuntament, fl-ufficcju tal-Awtorita' waqt il-flinijiet tal-ufficcju (jigifieri mit-Tnejn sal- Gimgha (minbarra il-festi pubblici) bejn id-9 ta' filghodu u 1-4 ta' wara nofs inhar). Kull persuna tista' toggezzjona ghall-ftufi ta' din il- fondi ghal- loghob kontrollati iżda tali oggezzjoni tista' issir biss ghal ragunijiet fejn ma jitharsux id-dispożizzjonijiet tar- Regolamenti tal-2018 dwar Awtorizzazzjonijiet ghal-Loghob (SL. 583.07 tal- Ligijiet ta' Malta). Din id-Direttiva tista' tinstab fuq il- websajt tal-Awtorita' www.mea.org.mt L-Awtorita' taccetta biss oggezzjonijiet bil-miktub u li jaslu sa mhux aktar tard mil- 17ta' Marzu 2020. L- oggezzjonijiet bil-miktub ghandhom jew jintbaghtu Iic- Chief Officer — Compliance, Malta Gaming Authority, Building SCM02-03, Level 4, Smart City Malta, Ricasoli - SCM 1001 jew b'e-maiI fuq ob i ections.mga@mga.org. mt L-oggezzjonijiet ghandhom jikwotaw ir-referenza taghna u ghandhom jinkludu d-dettalji tal-persuna li tkun qeghda taghmel I-oggezzjoni, fosthom I-isem, I-indirizz u d-dettalji ta' fejn tista' tigi kkuntatjata. L-Awtorita' sussegwentament tikkonsidra I-oggezzjonijiet li tircievi fiż-żmien stipulat u tipprocedi skont il- każ. L-AWTORITA' MALTIJA DWAR IL-LOGHOB ßuilÜink S CIII 02-OF, Level *!, SmúrtCity IIIaira, Ricasoli S CU 1001, I°Ial îa T +35ú 25*îG 900 0 E inío.iJJga@rJȘa.oi g.f1J Ł www.mga.org.m"t ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Fil-Partit Laburista hemm sens ta' frustrazzjoni fost sezzjoni ta' persuni, l-aktar fost dawk li kkampanjaw għal Chris Fearne, li ma tantx jidher li qed jieħdu tajjeb ħafna l-attentati tal-PM u Mexxej Laburista Robert Abela biex idaħħal lil aktar nies li ħadmu qrib tiegħu fil-kampanja, fit- tmexxija tal-PL u f 'karigi kruċjali. Wara li din il-ġimgħa tneħħa Randolph De Battista minn Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, mingħajr spjegazzjoni jew stqarrija uffiċjali, din il-gazzeta tinsab infurmata li l-istess xorti messet lil mill-inqas żewġ persuni oħrajn fl-aħħar ġimgħat: Naomi Cachia, President tal-Forum Żgħażagħ Laburisti u impjegat f 'Dar Malta li s-sorsi tagħna kkonfermaw li kien pjuttost kruċjali fil-Presidenza ta' Malta għall-UE, kif ukoll kien wieħed mit-tim ta' nies li ħadmu fuq derogi għax-xiri ta' gass għall- power station il-ġdida. Sorsi differenti li tkellmu ma' din il-gazetta spjegaw kif Cachia kienet mitluba titlaq minn President tal-FŻL. Il-kliem lilha kien bejn wieħed u ieħor dan: "Jekk trid terġa' tikkontesta f 'idejk imma l-kariga se tkun ikkontestata minn xi ħadd li għandu l-appoġġ tal-Prim Ministru." Dan seħħ it qabel ma twarrab ukoll Randolph De Battista bl- illum.com.mt tirrapporta lill-PM jgħidlu li jrid jaħdem bin-nies tiegħu u dawk li kkampanjaw miegħu. Fil-fatt, anke jekk għadha mhux uffiċjali jidher li George Azzopardi – eks Chief of Staff fil-Ministeru ta' Marie Louise Coleiro Preca – se jkun qed jieħu post De Battista. Għalkemm De Battista ma ħax pożizzjoni pubblika, fil-kampanja l-għarus tiegħu Cyrus Engerer kien qed jappoġġja lil Fearne. L-istess għamlet Cachia. Imma jidher li sa issa l-aktar li kien trattat ħażin kien żagħżugħ li qed jaħdem Brussell u li kien parti mit-tim tal-kampanja ta' Chris Fearne. Is-sorsi mill-partit li tkellmu ma' din il-gazzetta bil- kundizzjoni li jibqgħu anonimi, qalu illi dan iż-żagħżugħ – Attache tekniku f 'Dar Malta- lagħab parti importanti ħafna fil-Presidenza Maltija tal-UE kif ukoll fil-qasam tal-enerġija fuq bażi lokali fejn huwa mium li kien nnegozja l-kundizzjonijiet li ppermettew lill-power station il-ġdida topera. Is-sorsi qalu illi dan kien infumrat li l-kuntratt tiegħu bħala Attache tekniku fir- Rappreżentanza Permanenti ta' Malta fl-UE mhux se jerġa' jkun imġedded, it jiem biss qabel ma filfatt għalaq. Dan l-inċident u l-mod kif ġie ttrattat dan il- ħaddiem jidher li qajjem xi it tal-inkwiet u tħassib f 'Dar Malta hekk kif hemm biża' li warajh jista' jkun hemm oħrajn li ma jkollhomx il-kuntratt imġedded. Jidher li f 'kull każ l-ebda persuna ma kellha ħidmietha fid-dubju jew tneħħiet minħabba li m'għamlitx xogħolha sew, għallinqas hekk jidher mill- informazzjoni li għandha din il- gazzetta sa issa. Dak tal-Attache tekniku mhuwiex l-ewwel każ ta' kuntratti mhux imġedda, bit-tifel tal- eks Ministru Helena Dalli jkun infurmat li ma ġiex imġedded il-kuntratt tiegħu it wara li kien elett Mexxej Laburista Abela. Dan il-fatt wassal għal protestazzjonijiet qawwija minn missieru, Patrick Dalli, fil- Ministeru tal-Ekonomija. Wieħed mis-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta sostnew illi l-PM Abela jeħtieġ joqgħod attent. "Donnu qed nara l-ewwel indikazzjonijiet ta' nuqqas ta' għaqda. Muscat qisu kien ineħħi lil xi ħadd u jagħtih xi ħaġa u jħallik kuntent. Wieħed jiem li l-PM irid jagħmel l-għażliet tiegħu iżda jeħtieġ joqgħod attent ma jagħmilx wisq għedewwa," qalet din il-persuna. Persuna oħra qalet mal-ILLUM illi hemm ċerta nies qed jiġu trattati qishom għandhom il- pesta fil-partit. Tnejn 'imkeċċija' bil-pulit u kuntratt mhux imġedded f'Dar Malta Randolph barra, il-President tal-FŻL sfidata u wieħed mit-tim tal-kampanja ta' Chris Fearne jitwaqqaflu l-kuntratt Naomi Cachia Randolph De Battista