Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

05 analiżi illum • IL-ĦADD1 TA' MARZU 2020 marda infettat 80,000 persuna globalment. Fiċ-Ċina dan il-virus qatel 2,663 persuna minn fost 77,658 każ. Dan ifisser ili sa issa fiċ-Ċina din il-marda qatlet 3.4% ta' dawk infettati. Huwa mium li l-marda nxterdet f 'mill-inqas 30 pajjiż ieħor partikolarment il-Ġappun (850 każ – inkluż 691 minn cruiseliner – 4 mejta), l-Italja (229 każ – 7 mejta), Korea ta' Isfel (893 każ – 8 mejta) kif ukoll ikkawżat imwiet f 'Hong Kong, it-Tajwan, l-Iran, Franza u l-Filippini. Imma din bħall-influwenza komuni jew le? Le. Minkejja li r-rata ta' mwiet hija it biss inqas (1% - il-Coronavirus għandha rata ta' 2%) sa issa għad m'hemmx mediċina apposta kontra dan il-virus. Dan huwa virus ġdid u allura it li xejn huwa magħruf dwaru u x-xejriet li se jieħu. Għandi vaganza fl-Ażja. X'nagħmel? Skont fejn. Naturalment l-aktar attenzjoni u l-aktar li għandek tevita hija ċ-Ċina b'mod speċjali fiż-żona milquta. Però sal-ħin li ntikteb l-artiklu l-Organizazzjoni Dinjija għas- Saħħa (WHO) kienet għadha ma ħarġitx ordni kontra l-ivvjaġġar f 'ċerti pajjiżi. Jekk se mmur iċ-Ċina x'għandi nevita? Jekk bilfors trid tmur evita l-istess affarijiet li diġà għidna li għandek tevita. Attenzjoni speċjali għandha tingħata lil postijiet bħal swieq fejn ikun hemm il-bejgħ ta' annimali, ħajjin jew mejtin. X'jiġri fl-ajruport jekk tkun ġej miċ- Ċina jew xi pajjiżi oħrajn? Jista' jkun li tkun mitlub tagħmel 14-il jum fi kwarantina skont stqarrija tal-Ministeru tas-Saħħa. U jekk għadni ġej miċ-Ċina jew postijiet milquta ħafna x'għandi nagħmel? • Fittex l-għajnuna medika b'mod immedjat • Evita kuntatt ma' persuni oħrajn • Kun żgur li ma tivvjaġġax meta tkun marid • Aħsel idejk b'mod frekwenti • Ilbes maskla Din agħar mill-MERS u s-SARS? Iva f 'termini ta' nies infettati, imma le f 'termini ta' rata ta' mwiet. Fl-2002 is-SARS infirxet f 'madwar 37 pajjiż u nfettat 8,000 persuna. Minn dawn 750 persuna tilfet ħajjitha. Il-MERS infettat inqas nies – 2,500 persuna – imma minn dawn qatlet 35%, li huwa persentaġġ ħafna u ħafna ogħla minn dak tas- SARS u l-COVID-2019. U jekk nixtri ikel miċ-Ċina? L-ikel impurtat miċ-Ċina huwa biss dak li huwa approvat skont esiġenzi stretti Ewropej. Huwa għal din ir-raġuni li persuni ma jistgħux idaħħlu ikel bħal laħmijiet u ħalib fl-UE, minn pajjiżi bħaċ-Ċina. Ma kien hemm ebda rapporti ta' trażmissjoni ta' mard mill-ikel għall-bniedem. X'għandna nagħmlu d-dar biex ma jinfirixx għall-membri oħrajn tal-familja? Idealment persuna infettata ma tkunx fl-istess żona ristretta ta' oħrajn li mhumiex. Imma hu tajjeb ukoll li jsir tindif frekwenti ta' wċuħ u oġġetti bħal telefons, tablets, pumi tal- bibien bl-ilma u detergents skont l-istruzzjonijiet ta' min imanifattura u kemm jista' jkun ma jiġux imxerrda oġġetti bħal tazzi, frieket, xugamani u lożor. Għaliex qed tissejjaħ l-'Marda X' l-Coronavirus? Qed jingħad li l-Coronavirus qed issir dejjem iktar qrib li tissejjaħ 'Disease X'. Imma dan xi jfisser? Anthony Fauci, Direttur tal- Istitut Nazzjonali tal-Allerġiji u Mard tal-Istati Uniti jispjega li din hija marda li ma kinitx antiċipata, mas-CNN. "Hekk kif ma konniex qed nantiċipaw il-Virus Zika. 'X' tfisser, mhux mistenni." Jiġifieri għad m'hemmx tama li n-nies ifiequ? Le hemm. Mediċina anti-virus ta' Gilead Sciences – Remdesivir – tista' tkun l-aħjar tip ta' trattament bħalissa, jgħid uffiċjal tal-WHO. Remdesivir hija droga esperimentali żviluppata biex tiġġieled l-Ebola, virus ieħor meqjus bħala 'Disease X'. Fil-fatt il-WHO qed tistenna li jkollha konklużjonijiet fi it ġimgħat. F'konferenza f 'Beijing, l-Assistent Direttur tal-WHO Bruce Aylard qal illi hemm droga waħda biss li bħalissa jista' jkollha effett u riżultat u din hija r-remdesivir. Xi ntqal lokalment? Il-Professur fil-Kontroll tal- Infezzjonijiet Michael Borg qal illi l-ammont ta' aħbarijiet foloz fuq il- midja soċjali hija "fenomenali". "Lanqas naf nidħakx jew nibkix. Hemm differenza bejn li tkun viġilanti u li tibża' ... m'hawn ħadd infettat Malta u qed nieħdu l-prekawzjonijiet kollha," sostna Borg li ddeskriva x-xiri bl-addoċċ ta' bosta bħala fenomenu ġdid u kompletament bla bżonn." Fakkar illi dawk kollha li kellhom xi forma ta' sintomi ġew ittestjati u kollha rriżultaw fin-negattiv. "Issa qed naraw nies bil- maskli, il-maskli mhux se jgħinu. L-importanti li l-idejn jinżammu nodfa u jinħaslu diversi drabi." Borg qal li t-testijiet li qed jintużaw huma l-aktar sensittivi li jistgħu jintużaw fil-preżent. "Saru 44 test minn fost persuna u ma nstab ebda ħjiel tal-virus." Borg, qal li 350 infermiera u impjegati mediċi fil-pajjiż huma mħarrġa biex jaħdmu skont l-esiġenzi u fil-proċedura jekk jitfaċċa l-Coronavirus. Kif infirxet il-COVID-19 sal-25 ta' Frar 2020

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020