Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 31

04 analiżi IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum Malta Hospice Movement St Michael Hospice Stedina lil-Kuntratturi "Turnkey" Avviż ta' ħruġ ta' Offerta HMP2019/3 għal xogħlijiet ta' Finituri, u kif ukoll xogħlijiet Mekkaniċi u Elettriċi fl- Istitut Adelaide Cini gewwa Santa Venera Ill-kontributuri interessati li jissottomettu offerta jistgħu jiġbru kopja tad-dokument tal-offerta mill-uffiċċji ta' Malta Hospice Movement, sitwati gewwa, 39, Vjal Il-Bon Pastur, Hal Balzan. Id-data t'għeluq fir-rigward tas-sottomissjonijiet tal- offerti hija l-21 t'April 2020 (9:30 am). Il-ġbir tad-dokument tal-offerta huwa b'xejn. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu mill-amministrazzjoni fuq tel: +356 21 440085. CORONA VIRUS IL-FATTI DWARU U DWAREK ... PASS, PASS Din il-ġimgħa l-kelma Coronavirus kienet prattikament fuq fomm kulħadd. Imma din x'inhi eżatt? Kif tinduna li jista' jkun ikollok? U x'tagħmel jekk ikollok? U għalfejn qed tissejjaħ disease X? U għandek għalfejn tilbes maskla? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Il-Coronavirus. Kelma illi sa it żmien ilu forsi it kienu semgħu biha imma li f 'daqqa waħda tinsab fuq fomm kulħadd. Għalhekk din il-gazzetta se terġa' tħares lejn l-aktar punti saljenti u kruċjali dwar dan il-virus. X'inhu? Minn fejn beda? Kif jista' jaqbdek? U kif tista' tipprevjeni milli jaqbdek? Qed neseġeraw? X'inhu l-Coronavirus? Dan huwa virus li ġej mill- annimali u hemm diversi tipi tiegħu. Uħud minhom jistgħu jittieħdu mill-umani, bħal pereżempju l-Middle Eastern Respiratory Syndrome Coronavirus (MERS) li oriġinat mill-ġmula kif ukoll is-Severe Acute Respiratory Sydrome (SARS), li oriġinat minn tip ta' qtates. Dak ta' issa huwa msejjaħ Severe Acute Respiratory Syndrome Coronavirus u l-mard relatat miegħu COVID-19 Minn fejn beda dan il-virus? Fil-bidu dan il-virus beda f 'Wuhan iċ-Ċina f 'suq f 'Hua- nan. Fil-fatt, sal-lum, l-akbar numru - iktar minn 75% - ta' persuni infettati għadhom dawk fiċ-Ċina. Kif tinduna li jista' jkollok dan il- virus imma mhux fi stadju gravi? Minn dak li ħareġ sa issa jidher illi s-sintomi huma: deni, sogħla, diffikultà biex tieħu nifs, uġigħ fil- muskoli u għejja. Kif tinduna li jista' jkollok dan il- virus imma fi stadju gravi? Fi stadju gravi jista' jkollok il- pnewmonja – jew infezzjoni li taffetwa l-pulmun, problemi akuti respiratorji jew xokkijiet li jwasslu għall-mewt. Min hu l-aktar f'riskju? L-aktar li huma f 'riskju huma żewġ gruppi ta' nies: L-anzjani u dawk li għandhom kundizzjonijiet, fosthom problemi tal-qalb, dijabete, problemi respiratorji u problemi fil-kliewi. X'għandek tagħmel biex tevita? • Evita kuntatt ma' nies morda speċjalment b'sogħla • Evita li tmur f 'postijiet fejn huma maqtula annimali (biċċeriji...) • Aħsel idejk kemm jista' jkun b'mod frekwenti • Segwi r-regoli tal-iġene fl- ikel • Evita kuntatt dirett mal- annimali u l-ħmieġ tagħhom Għandi għalfejn nilbes maskla? Jekk m'għandekx il-virus m'għandekx għalfejn. Il-maskla għandha tintuża biss minn xi ħadd li għandu l-virus. Kif jidħol il-virus fik? Mill-ħalq, imnieħer u għajnejn Kemm ġew affetwati nies sa issa? Sal-bidu tal-ġimgħa, il-

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020