Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527
22 kotba u ċinema Eden Cinema St Julian's Tel. 23 710400 1917 (15) 13:35, 16:05, 18:35, 21:05, 23:35 Ajvar (18) 18:10 Bad Boys For Life (15) 12:50, 15:30, 20:50, 23:30 Birds of Prey (15) 11:25, 14:00, 16:25, 18:50, 21:15, 23:40 Bombshell (15) 21:15, 23:40 Dolittle (U) 11:30, 13:55, 16:15, 18:40, 21:10 JoJo Rabbit (12A) 13:40, 16:00, 18:20, 20:45 Jumanji: The Next Level (12A) 11:15, 12:45, 14:15, 16:00, 17:30, 19:35 Richard Jewell (15) 13:00, 15:45, 18:30, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:15, 13:35, 16:00, 18:25, 20:50, 23:30 The Gentlemen (18) 13:50, 16:15, 18:40, 21:10 The Turning (15) 14:00, 16:15, 18:25, 20:35 The Call of the Wild (PG) 11:50, 14;00, 16:10, 18:20, 20:30, 23:00 Underwater (12) 13:50, 16:10, 18:30, 20:50, 23:10 Empire Cinemas Bugibba Tel. 21 581787, 21 581909 Jumanji: The Next Level 3D (12A) 10:40, 13:20, 18:35 1917 (15) 16:00, 21:00 Bad Boys For Life (15) 10:45, 13:20, 16:00, 21:15 Birds of Prey (15) 10:55, 13:25, 16:05, 18:40, 21:15 Sonic the Hedgehog (U) 11:00, 13:45, 16:00, 18:15, 20:40 Dolittle (U) 10:45, 13:30, 15:50, 18:10, 20:30 The Call of the Wild (PG) 10:50, 13:35, 15:45, 18:00, 20:35 IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum Films fiċ-ċinema Jekk inħarsu lejn l-informazzjoni li għandna, kemm bil- fomm kemm bil-miktub, dwar il-kultura Maltija, mhix ħaġa kbira li nikkonkludu li rġiel biss qatt kienu relevanti fl- Istorja ta' Malta. Possibbli li, tul is-sekli, qatt ma kien hemm nisa qalbiena, ta' talent, li ħallew marka fuq pajjiżna? It-tweġiba ssibuha fil-ktieb għat-tfal li għadu kif ġie ppubblikat mill-Merlin Publishers: Amazing Maltese Women: dażgur li kien hemm – sa mill-bidu nett tal-Istorja tal-ġurnata tal-lum! Amazing Maltese Women huwa ċelebrazzjoni kkulurita ta' nisa Maltin li segwew il-passjoni tagħhom u ma ħallew lil ħadd jaqtagħlhom qalbhom. L-istejjer ta' ħajjithom huma rrakkontati f 'dal-ktieb fi stil ta' comic, b'illustrazzjonijiet il-ġmiel tagħhom bl-inka u l-watercolours. Dan il-ktieb speċjali jiddokumenta l-ħajjiet ta' dawn in-nisa kuraġġużi li għexu ħajjithom għal missjoni. Il-ktieb iħares lejn il-perjodi kollha tal-Istorja: minn Tina l-mara preistorika li għexet f 'soċjetà ġusta u tħaddan l-ugwaljanza fil-Ġgantija Għawdex, sa Agatha Barbara l-ewwel mara li qatt saret ministru; minn Madame Manfre, il-Coco Chanel Maltija, sal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet minħabba l-kitbiet kuraġġużi tagħha. Ir-riċerka u l-kitba kollha għal dan il-ktieb saret mill- opinjonista tas-Sunday Times, Kristina Chetcuti, u n-nisa tal- ktieb komplew jingħataw ħajja fuq il-paġna mill-illustratriċi ċelebri Marisa Attard. "Ridt nikteb lin-nisa ġol-Istorja ta' pajjiżna. Ridt lit-tfal tagħna jsiru jafu b'dawn in-nisa qalbiena, nisa bil-kuraġġ li jieqfu għall- inġustizzji, li jmorru kontra l-kurrent, li jisfidaw is-sistema u li jagħmlu xogħolhom sew," qalet Kristina. Meta bdiet ix-xogħol fuq il-ktieb, kellha biss it ismijiet f 'moħħha. "Imma iżjed ma għamilt riċerka, iżjed ma bdejt niltaqa' ma' nisa oħra minn kull era storika u minn kull qasam tal-ħajja, li kienu ta' min wieħed jikteb dwarhom. L-istejjer tagħhom ġiegħluni naħseb: kieku kont jien flokhom, kont inkun determinata daqshom?" qalet. Kristina tittama li t-tfal tal-lum jispiraw ruħhom minn dawn l-istejjer reali mill-Istorja tagħna. "It-tfal Maltin – subien jew bniet – għandhom bżonn nisa li jservu bħala mudelli ta' ħajja," qalet, hi u tinsisti li dan mhuwiex ktieb biss għall-bniet. "Fis-soċjetà tagħna għandna immaġni ċara tal-poter maskili. Din l-istruttura ta' poter jeħtieġ tinbidel – għax aħna ngħixu f 'soċjetà magħmula b'mod inqas minn irġiel u nisa, u din il-bidla tista' sseħħ biss tramite l-edukazzjoni. Ukoll, l-illustrazzjonijiet tal-ġenn ta' Marisa jagħmluh ktieb divertenti immens," kompliet tgħid. Dan huwa ktieb ieħor li mill-ġdid jiaħ triqat ġodda fil- letteratura Maltija għat-tfal, xi ħaġa li l-Merlin Publishers qatt ma jitilfu opportunità li jagħmlu. Id-direttur tal-Merlin, Chris Gruppetta, jemmen li l-edukazzjoni tibda bid-diskussjoni. "L-idea tagħna hi li bil-kotba li nippubblikaw noħolqu konverżazzjoni – dak hu li jagħmel soċjetà b'saħħitha. Dal- ktieb mhux biss se jservi ta' ispirazzjoni għalina lkoll, imma jien persważ li se jħajjar lil ħafna nies jitkellmu huma wkoll dwar nisa oħra Maltin li ntesew – jew kważi – u li ħallew il-marka tagħhom f 'oqsma differenti tas-soċjetà," qal. Amazing Maltese Women maħsub għal tfal ta' etajiet differenti. Huwa ideali kemm biex jinqara lil tfal li għadhom żgħar, u anki biex jinqara minn tfal it ikbar, ta' tmien snin 'il fuq, li se jieħdu gost jiskopru lil dawn in-nisa. Amazing Maltese Women jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers. com Amazing Maltese Women ta' Kristina Chetcuti illustrazzjonijiet ta' Marisa Attard