Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

I r-residenti ta' Birżebbuġa jilmentaw dwar it-tniġġiż mill-ħsejjes iġġenerati mill-Port Ħieles. Ir-residenti tal-Furja- na jilmentaw dwar l-impatti tal-cruise liners fuq il-kwalità tal-ħajja tagħhom, kemm minħabba t-tniġġiż tal-arja kif ukoll minħabba t-tniġġiż akustiku. Ir-residenti tal-Gudja, Ħal Luqa, Ħal Kirkop u tal-irħula tal-madwar huma effettwati mill-operat tal-uniku ajruport li għandna. L-impjant ta' Sant Antnin għat-Trattament tal-iskart qatt ma tqies ġar eżemplari mir-residenti ta' Wied il-ħajn. Ħadd ma jixtieq miżbla wara biebu. Miżbla jew faċilità għall-immaniġjar tal- iskart wara l-bieb, tfisser iktar minn impatti negattivi jekk teħodlok ukoll l-għodda ewlenija tal-għixien tiegħek inkella teqridlek darek. Dan hu l-każ tal-bdiewa u r-residenti tal-Magħtab. Il-miżbla tal-Magħtab ilha topera mill- 1977, meta l-miżbla f 'Wied Fulija (Iż- Żurrieq) kienet qed toqrob li timtela. Il-bdiewa tal-Magħtab ilhom jaqilgħu fuq rashom żmien. Wieħed mill-bdiewa li ltqajt miegħu l-ġimgħa l-oħra spjegali li lill-familja tiegħu, fl-1975 kienu ħadulhom 75 tomna raba' li kienet tinħadem, it iktar minn 84,000 metru kwadru, biex jiffurmaw parti mill- miżbla li nħolqot dakinnhar. Illum ser jeħdulhom 25 tomna oħra biex ikabbru – madwar 28,000 metru kwadru. Kif nistgħu nevitaw li l-kumpless tal-iskart fil-Magħtab ikompli jikber billi jibla' 254,144 metru kwadru ta' art, primarjament raba' li tinħadem, kif qed tipproponi l-Wasteserv? X'ġustizzja hi li sezzjoni waħda tal- popolazzjoni tkun mistennija li ġġorr waħedha l-piż tal-impatti li lkoll kemm aħna nikkontribwixxu għalihom? Ma jkunx iktar ġust li l-piż jinqasam? Fejn ser niġbdu linja? Jekk nillimita ruħi għall-materja preżentament taħt il-lenti, dik tal- immaniġjar tal-iskart, neħtieġu ppjanar sew u dan fil-kuntest tal-għodda ta' politika kurrenti li tikkonċerna l-iskart. Imma jeħtieġilna li nimxu mal-miri ta' ħidma stabbiliti, għax inkella ma naslu qatt. It-tnaqqis tal-ħolqien tal-iskart, li dan jintgħażel (is-separazzjoni) u li jkun irriċiklat huma tliet għodod bażiċi fil-ħidma li ssir biex l-iskart ikun immaniġjat. Jekk dan isir sewwa l-ammont ta' skart li jispiċċa fil-miżbla għandu jonqos b'mod sostanzjali. B'riżultat ta' hekk jkun hemm inqas ħtieġa ta' art biex tkun ikkonvertita f 'miżbla. Dan hu l-iskop tal-leġislazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea li suppost li ilna nsegwu sa minn meta fl-2004 sseħibna fl-Unjoni Ewropea. Il-politika dwar it-tnaqqis tal-ħolqien tal-iskart tfisser tnaqqis ippjanat tal-iskart iġġenerat. Inizjattivi dwar amminsitrazzjoni elettronika huma passi pożittivi f 'din id-direzzjoni. L-amministrazzjoni elettronika hi waħda bla karti, avolja xi kultant din twassal sempliċiment biex tnaqqas l-użu tal- karta minn uffiċċju u żżidu f 'ieħor. Anke t-tnaqqis fl-iskart li joriġina mill-ippakkeġġjar ukoll jikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-iskart iġġenerat. Fi djarna hu possibli ukoll li nnaqqsu l-iskart li nipproduċu. F'dan il-kuntest kampanji ta' informazzjoni u edukazzjoni għandhom irwol importanti. Imma hemm kontradizzjoni fil-politika tal-Gvern f 'dan ir-rigward. Id-deċiżjoni li jkollna inċineratur tirrikjedi ammont kontinwu ta' skart biex jitma lill- inċineratur. Filwaqt li suppost li qed ninkoraġixxu t-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart, l-inċineratur jirrikjedi l-oppost: il-ġenerazzjoni kontinwa ta' ammont sostanzjali ta' skart. Mingħajru l-inċineratur ikollu jagħmel id-dieta. Is-separazzjoni tal-iskart tinvolvi l-għażla ta' tipi differenti ta' skart. Dan jiffaċilita li l-iskart li jkun intagħżel ikun użat u mhux mormi. Is-separazzjoni tal-iskart organiku, pereżempju, jiffaċilita t-trattament ta' dan l-iskart biex minnu jkun prodott kemm l-elettriku kif ukoll il-kompost. L-iskart organiku jammonta għal madwar 50% tal- iskart iġġenerat fid-djar. Imma fl-industrija tal-catering l-iskart organiku jammonta għal porzjon ferm ikbar mill-iskart iġġenerat f 'dik l-industrija. Skont il-Wastserv, 27,000 tunellata ta' skart organiku nġabru mid-djar matul l-2019. Dan jista' jiżdied għal 70,000 tunellata fis-sena jekk f 'kull dar nagħmlu sforz ikbar biex l-iskart organiku jkun separat. Il-Wasteserv ma tipprovdix informazzjoni dwar l-iskart miġbur mill-istabbilimenti tal-ikel. Bħala riżultat ta' dan in-nuqqas ta' informazzjoni l-Wasteserv qed tindika li ma tafx x'qed jiġri f 'dan il-qasam. Lanqas mhu ċar jekk l-iskart organiku mhux ipproċessat li dan l-aħħar deher imħallat ma' skart ieħor f 'ritratti u filmati dwar l-operat tal-miżbla tal-Magħtab hux inkluż fl-informazzjoni ppubblikata mill-Wasteserv. Li niġbru l-iskart organiku b'mod separat u li nipproċessawh ma jfissirx biss li jkun hemm inqas skart li jmur fil-miżbla: ifisser tnaqqis mhux żgħir fil-gassijiet serra attribwibbli lil Malta u allura tnaqqis tal-impatt Malti fuq it- tibdil fil-klima. Ir-riċiklaġġ tal-iskart f 'Malta għadu lura meta mqabbel ma dak mistenni minna. L-unika qasam li qabad huwa dak li jirrigwarda l-iskart tal-ippakkeġġjar. Iż-żieda meħtieġa fir-riċiklar ukoll tnaqqas l-iskart li jinġabar fil-miżbla u għaldaqstant meta naslu biex inżidu r-rata tar-riċiklar il-Wasteserv ikollha inqas ħtieġa li tuża art agrikola biex testendi l-miżbla tal-Magħtab. L-għajnuna li nistgħu nagħtu lill- bdiewa tal-Magħtab biex ikunu jistgħu jibqgħu jaħdmu r-raba' tista' timmaterjalizza biss jekk inkunu kapaċi nnaqqsu bil-kbir l-iskart li nibagħtu fil- miżbla. Għandna niftakru li l-istrateġija kurrenti għall-immaniġjar tal-iskart fil-gżejjer Maltin għandha l-mira ta' skart żero sas-sena 2050. Għadna lura biex naslu! 16 opinjoni It-tnaqqis tal-iskart iġġenerat, jipproteġi l-art agrikola IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum Carmel Cacopardo Carmel Cacopardo hu ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika X'ġustizzja hi li sezzjoni waħda tal-popolazzjoni tkun mistennija li ġġorr waħedha l-piż tal- impatti li lkoll kemm aħna nikkontribwixxu għalihom?

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020