Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

12 intervista IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum 'Ħajja waħda, qasira ... nagħmlu CRISTIAN MUSCAT Fotografu tal-ogħla livell, diżinjatriċi tal-kostumi tal-Karnival li tilbes hi stess, waqt li tbati mill-kundizzjoni tal-Fibromyalgia iżda jirnexxilha tiġġildilha. Fil-jiem li għaddew bħal ta' kull sena, kienet preżenti għall-Karnival ta' Venezja fost allarm minħabba l-Coronavirus, iżda Christine Borg issosnti li għalkemm kien hemm ftit inqas mis-soltu, l-atmosfera preżenti kienet waħda ferm trankwilla bin-nies jiċċelebraw dan iż-żmien festiv u mimli kuluri tas-sena bi ħġarhom u bl- aqwa mod possibbli. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- Karnival? Iktar milli għall-Karnival, l-imħabba tiegħi kienet għall-kostumi, u l-possibbiltà li jirnexxilek tidħol f 'personaġġ ieħor. Minn meta kont għadni tfal minn dejjem kont inħobb il-kostumi, speċjalment dawk storiċi. Kostumi tal-fantasija nħobbhom ukoll għax tista' tuża ħafna l-immaġinazzjoni, filwaqt li dawk storiċi jridu jkunu magħmulin eżatt skont l-era li tkun qed tirrappreżenta. Naħseb li l-ewwel ħaġa li ġibditni għal din il- passjoni kien Lady Oscar u l-ilbiesi spettakolari fi żmien Marie Antoinette. U għaliex tagħżel li tmur proprju fil- Karnival ta' Venezja? Il-Karnival ta' Venezja huwa wieħed uniku. Huwa kompletament differenti minn dak li nafu aħna u jirrappreżenta dak storiku. Tagħna huwa Karnival brijjuż, mimli kuluri, mużika u żfin, waqt li dak ta' Venezja huwa kwiet, fejn dawk li jkunu bil-kostum iduru fit-toroq ta' Venezja u jiltaqgħu għall-festini u avvenimenti oħra. Int ukoll diżinjatriċi tal-kostumi mill- isbaħ li tilbes. Agħtina iktar dettalji. Jien noħroġ bl-idea ta' xi nkun ħa nilbes, fejn jinvolvi ħafna riċerka, il- materjal propizju u l-iċken dettall. Però, mingħajr il-bravura ta' Lilian Zammit li tkun qed tidderieġi l-ħruġ tal-patterns mill-bidu nett, il-ħjata impekkabli u l-paċenzja ta' Charlot Cauchi D'Anastasi u t-talent ta' Josette Farrugia li tagħmel il-kpiepel u anke xi aċċessorji wisq sbieħ li nkun liebsa, din il-ħolma tiegħi ta' kull sena ma tkunx tista' sseħħ. Dan huwa xogħol mill-aqwa li jdum sena sħiħa biex jitlesta. Fi snin oħrajn kelli l-għajnuna mingħand ħajjata oħrajn ukoll bravi ħafna, wieħed minnhom magħruf sew għall-bravura tiegħu fix-xena tal-Karnival Fotografu, diżinjatriċi u tbati mill-Fibromyalgia. Il-ġimgħa l-oħra kienet il-Karnival ta' Venezja f'sena illi kienet inqas eċitanti mis-soltu minħabba biżgħat dwar il-Coronavirus. Christine Borg titkellem mal-ILLUM Ritratt: C. Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020