Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 analiżi illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 minsija mis-sistema ekonomika mela bilfors li hemm oħra aħjar li għadna ma nafux biha u li ta' min niskopruha u niġġieldu għaliha. Venceremos sieħbi! Nies bħall-Isloopy għandhom ikunu punt ta' referenza għall- politiċi tagħna, speċjalment mill-politiċi li jappartjenu għax- Xellug. Inutli niffossilizzaw il- karattri ta' xi Sloopy jew Miceli u noqogħdu nfakkruhom kull sena jew nattribwixxu damma limitata ta' karatteristiċi qishom kienu xi żewġ sterjotipi f 'ħajjithom. Għall-politiċi tal-lum il- messaġġ tagħhom huwa ċar u sempliċi: mudell ekonomiku ingranat esklussivament biex ta' fuq ikabbru l-profitti ħalli dawn b'xi mod "jinżlu 'l isfel" huwa mudell li ma jaħdimx, inġust u esklużiv. Hemm modi oħra kif l-ekonomija tikber billi jikber kulħadd. Il-ġlieda ta' nies bħall- Isloopy għandha tgħallem lill- politiċi li hemm triq oħra u li dit- triq tagħraa jekk tkun proattiv u tisma' mill-qalb lill-batut (sfida enormi għal xi politiċi li twieldu, trabbew u għexu fil-għana). Il-kanzunetta ta' Jovanotti tispiċċa billi tgħid li f 'did-dinja tal-bnedmin għożżhom lil dawk li jsibu rokna imnejn jitbissmulek kull tant żmien. L-Isloopy wieħed minnhom u mat-tbissima aktarx se nibqa' nimmaġinah jgħidli l-kelmtejn li kien iħobb jgħidli qabel ma nsellmu jew naqtgħu lil xulxin fuq it-telefown… "VENCEREMOS, SIEĦBI!" Hawn nies li anki jekk issir tafhom għal ftit taż- żmien titgħallem mingħandhom biżżejjed biex taċċerta ruħek li, sa ma anki inti jkollok tħalli dil- ħajja, se tibqa' tiftakar fihom għax ikunu saru appuntu bħal-lights li jsemmi Jovanotti - jiggwidawk, anki fid-dlam Joe Bartolo fis-70ijiet Karikatura ta' Ġorġ Mallia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020