Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527
03 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 1 TA" MARZU 2020 Kirjiet: 'morna minn estrem għal estrem ieħor' ALBERT GAUCI CUNNINGHAM "Morna minn estrem għall-ieħor." Hekk sostna ma' din il-gazzetta Douglas Salt dwar il-liġi tal-kera, hekk kif din il-ġimgħa fil-fatt fi stqarrija ffirmata minnu, intqal li l-liġi tal-kera pilotata minn Roderick Galdes u li hija l-ewwel tat-tip tagħha, mhix qed issolvi l-problemi li suppost issolvi. F'kummenti ma' din il-gazzetta, Salt qal li ma tagħmilx sens li ma jkunx hemm libertà tal-mod kif tnejn minn nies jesegwixxu kun- tratt. "Dan huwa kuntratt li qed jidħlu għalih tnejn minn nies u dawn għandhom jiddeċiedu huma x'għandu jistipola dak il-kuntratt," sostna l-aġent li qal li naturalment dan kollu dejjem fil-qafas tal-liġi. "Għandu jkun hemm ir-reġsi- trazzjoni tal-kuntratt, ħalli kollox ikun skont il-kuntratt u daqshekk. Mhux toqgħod tindaħal fiż-żmien li għandha tkun twila l-kera," sostna Salt. Id-durata minima hija fil-fatt waħda mill-bidliet kruċjali li ddaħħlu fil-liġi u kienet magħmu- la biex toffri aktar serħan il-moħħ lill-inkwilin. Minkejja dan, u minkejja li dan il-punt partikolari kien imfaħħar minn bosta, Salt jinsisti li huma jridu li jibqa' jkun hemm il-libertà tal-kuntratt. Fil-kummenti tiegħu huwa jsem- mi dettalji u bidliet fosthom dak dwar id-depożitu u l-fatt li issa ink- wilin se jkollu dritt għad-depożitu li jagħti fil-bidu tal-kirja. "X'jiġifieri d-depożitu jingħata xorta jekk ikun hemm ksur ta' kuntratt? U għalfejn tneħħiet l-abbilità li sid ma jaċċet- tax inkwilini b'annimali? Forsi hu jkun investa ħafna flus u ma jkunx irid annimali f 'daru," jirrimarka. Huwa jistaqsi wkoll għaliex is-sid għandu joqgħod jibgħat biex jgħar- raf li mhux se jġedded il-kuntratt. "Jekk ikun kuntratt ta' sena għal- iex għandu joqgħod jibgħat jgħid lill-inkwilin li mhux se jġeddidlu. U jekk ma tridx jekk ma tibgħat- lux biex tgħidlu għandu dritt jibqa' fil-proprjetà." Salt jagħmel tixbih ma' lukanda u jgħid li l-lukandier m'għandux għalfejn jistaqsik intix se ġġedded jekk it-tmiem tal-va- ganza tiegħek huwa stabbilit. X'jaħseb li se jkunu r-riperkus- sjonijiet? Fl-istqarrija qal li hemm tnaqqis fil-buy-to-let, jista' jikkwan- tifikah? Salt ma jikkwantifikax għalkemm jgħid illi r-riperkussjonijiet se jinħassu ladarba fiż-żmien li ġej is-sidien jibdew jindunaw bir-re- strizzjonijiet. "Din il-liġi hija kontra s-sid," jisħaq Salt. Fl-istqarrija din il-ġimgħa, Salt qal li d-durata tal-kirjiet u n-nuqqas ta' libertà fil-kuntratti qed toħloq problemi serji fis-suq, kemm għas-sidien u anke għall-inkwilini," qalet stqarrija ffirmata minn Doug- las Salt. Huwa qal illi dan qed iwassal biex is-sidien ikunu ħafna aktar attenti u selettivi meta jiġu biex jiffirmaw kuntratt. "Il-liġi mhix se ssolvi kwistjonijiet li suppost hija ddiżinjata biex issolvi u ħolqot aktar problemi.'' L-istqarrija ttemm tgħid li l-aġen- ti se jqajmu dawn il-problemi mal-Malta Devolpers' Association. Il-liġi l-ġdida dwar il-kirjiet daħlet fis-seħħ. Imma mhux kulħadd huwa kuntent biha. Douglas Salt jitkellem mal- gazzetta ILLUM