Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

26 sport MAFA: analiżi fi tmiem l-ewwel Hekk kif f 'dan tmiem il-ġimgħa ma sarx logħob mill-kampjonati tal-MAFA minħabba l-festi tal-karnival, se nieħdu l-opportunità sabiex nagħmlu analiżi ta' dak li ġara s'issa kemm mill-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni kif ukoll f 'dak tat- tieni diviżjoni. Minn dak li qed naraw iż-żewġ kampjonati rispettivi qed ikunu ferm interessanti b'logħob ta' livell ibbilanċjat u inċert sal-aħħar minuta. Fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, fil- quċċata nsibu lil Valletta St Pauls li ġabru 16-il punt minn seba' logħbiet. Huma bdew dan il-kampjonat bi tliet punti mnaqqsa iżda minkejja kollox xorta jinsabu fil-kmand tal-ogħla kampjonat ta' din l-assoċjazzjoni. It-tim mill-belt kapitali Maltija għadu ma sofra l-ebda telfa u żgur li fil-partiti li jmiss se jkompli jisfida għall-unur finali. It-tim għandu għaqda kbira u din bla dubju hi s-saħħa tagħhom sabiex s'issa wasal dan is-suċċess. L-aqwa skorer tagħhom hu l-attakkant Glenn Fenech li sab ix-xibka tliet darbiet s'issa. Marsa St Michael jinsabu fit-tieni post tal-klassifika meta kisbu 13-il punt minn sitt logħbiet. Huma għandhom logħba inqas minn Valletta St Pauls sabiex jekk jirbħu l-konfront li jmisshom kontra Żurrieq Sunrise jerġgħu jilħquhom fil-quċċata tal- klassifika. Bħas-soltu l-attakkant Brażiljan Ricardo Severino qed ikompli jispikka meta skorja ħames gowls staġjonali u jinsab jaqsam l-ewwel post tal-lista tal-aqwa skorers. Nemmen li jekk it-tim iżomm il- konsistenza meħtieġa se jkun qed jissielet għar-rebħ tal-kampjonat sal-aħħar. Żurrieq Sunrise jinsabu fit-tielet post tal- klassifika bi 11-il punt minn seba' logħbiet. Dan it-tim li ġie promoss bħala champion mit-tieni diviżjoni qed jimpressjona bil- kbir f 'dan l-istaġun bl-entużjasmu tal- plejers żgħażagħ li għandu l-kowċKris Bugeja. Huma rebħu l-MAFA Christmas Cup bl-aktar mod konvinċenti u għadhom xorta fit-taqtigħa għall-kampjonat. Qormi Hotspurs ġejjin f 'tagħhom fit-tieni parti tal-istaġun fejn bħas-soltu wara bidu mhux daqstant pożittiv, it-tim idum biex jingrana iżda ġaladarba jagħmel dan ħadd u xejn ma jwaqqfu. Huma rebħu konfronti ferm importanti u diretti li jpoġġuhom f 'nofs il-klassifika fejn s'issa ġabru disa' punti minn seba' logħbiet. Bħas-soltu qed jispikka l-iskorer prolifiku tagħhom Yosef Bonnici li skorja ħames gowls u qed jaqsam l-ewwel post tal-lista tal-aqwa skorers tal- kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Senglea Gunners jinsabu fil-ħames post tal-klassifika b'sitt punti biss minn seba' logħbiet. Forsi wieħed stenna xi it aktar minn dan it-tim li beda tajjeb ħafna iżda li batta mhux it f 'dawn l-aħħar partiti fejn tilef konfronti diretti li tefgħu f 'żona insolita fil-klassifika. Jekk it-tim immexxi minn Mario Mifsud isib il-konsistenza meħtieġa, jkun jista' jittama għall-pożizzjoni aħjar fil-klassifika. Minkejja kollox, qed jispikka għalihom il-plejer mill-Afrika t'Isfel Simphiwe Nomfulana kif ukoll l-attakkant Lydon Cuschieri li fl-aħħar partita tiegħu skorja doppjetta. Balzan Youths hu t-tieni tim promoss mill-kampjonat tat-tieni diviżjoni. It-tim immexxi minn Kevin Curmi beda tajjeb dan il-kampjonat iżda naqas li jikkonvinċi f 'konfronti li fuq il-karta kellhom jieħdu xi punti minnhom. Huma kisbu ħames punti biss minn seba' logħbiet u qed jirriskjaw li jerġgħu jirritornaw fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni jekk ma jiksbux il-punti meħtieġa. Minkejja kollox l-attakkant mill-Afrika t'Isfel Shaun Matintela skorja ħames gowls fejn żamm il-konsistenza li kellu fl-istaġun li għadda. Diżappunt kbir s'issa kienu ċ-champions tal-istaġun li għadda Versity AFC. Dan it-tim tilef ħames konfronti minn sebgħa u qed isibha ferm diffiċli anke kontra avversarji tal-livell tagħhom. It-tluq ta' xi plejers mill-iskwadra formidabbli li kellhom is-sena l-oħra seta' effettwa mhux it għalkemm ngħidu wkoll li x-xorti mhux qed tkun favurihom. Huma ġabru biss erba' punti u jinsabu fl- aħħar post tal-klassifika b'riskju kbir li jiġu relegati. Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni, San Ġiljan Saints u Valletta Stars jinsabu f 'ras il- klassifika bi 15-il punt minn seba' logħbiet. It-tim immexxi minn Iain Macleod kellu IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020 • illum

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020