Illum previous editions

ILLUM 1 March 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1216527

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 31

l-ewwel rawnd bidu ta' staġun perfett tant li rebħu l-ewwel erba' logħbiet li lagħbu. Minkejja kollox huma tilfu żewġ konfronti diretti kontra l-Istilel Beltin u Balluta Barracudas u għalhekk iridu joqogħdu attenti li jekk iridu jerġgħu jiġu promossi ma jwaqqgħux punti oħra. Il-qalba tat-tim hu bbażat minn plejers barranin li jaħdmu f 'pajjiżna u li għandhom għaqda kbira filwaqt li huma rinomati għall-appoġġ li jkollhom magħhom kull meta jilagħbu. Is-Saints huma l-iktar tim li skorja gowls f 'din id-diviżjoni meta sabu x-xibka xejn inqas minn 22 darba. Valletta Stars qed jaqsmu l-ewwel post tal-klassifika flimkien mal-istess Saints. It- tim immexxi minn Kurt Grech ma tantx kellu bidu daqshekk pożittiv iżda mal- ewwel irkupra meta beda jġib il-konsistenza tant li rebħu wkoll l-aħħar erba' logħbiet li lagħbu. L-attakkant Taljan Nunzio di Mauro hu l-aqwa skorer tat-tim b'erba' gowls skorjati. It-tim mill-belt kapitali Maltija hu l-inqas tim li qala' gowls f 'dan il-kampjonat (eżattament tmien gowls). Bla dubju li s-sorpriża fil-pożittiv kienu Balluta Barracudas, tim li jinsab fl-ewwel staġun tiegħu fil-MAFA. L-iskwadra żagħżugħa tagħhom impressjonat ferm matul dan l-istaġun tant li ilhom ma jiġu megħluba għal dawn l-aħħar sitt partiti fil- kampjonat. It-tim immexxi minn Shaun Tortell għandu grupp ta' plejers veloċi li huma ta' wġigħ ta' ras għal kull difiża li taffaċċjahom. F'Zak Muscat huma sabu l-attakkant ideali tant li hu qed jiddomina l-lista tal-aqwa skorers meta skorja sitt gowls. Huma mistennija jkunu kandidati għall- promozzjoni bil-materjal li għandhom. Tarxien AFC hu tim ieħor li beda l-avventura tiegħu fil-MAFA matul dan l-istaġun. it-tim immexxi minn Yalcin Sammut beda b'mod tajjeb ħafna meta kiseb rebħiet kbar fl-ewwel żewġ impenji tagħhom iżda mbagħad bħal donnhom iddiżappuntaw u niżlu xi it fil-klassifika għalkemm xorta mhux maqtugħin barra mit-taqtigħa għall-promozzjoni. L-iktar plejer li skorja gowls għalihom huwa Adam Eshum bi tliet gowls. Naxxar Victorians jinsabu fil-ħames post tal-klassifika meta ġabru disa' punti minn seba' logħbiet. It-tim għadu ma ħelisx miż-żona tal-aħħar postijiet iżda f 'dawn l-aħħar partiti qed jiġbor punti ferm importanti partikolarment f 'konfronti diretti. Fabrizio Farrugia hu l-iktar plejer li skorja gowls u li jixpruna lil sħabu fiż-żona offensiva. Fgura Spartans hu t-tielet tim li daħal ġdid f 'din l-assoċjazzjoni. It-tim qed ikollu wirjiet sodisfaċenti għalkemm mhux qed ikunu konvinċenti quddiem il-lasti fejn qed ifallu diversi okkażjonijiet ta' skor li jirriżultaw f 'punti mitlufa. Il-kowċ Charlton Schembri jrid jirrevedi wkoll id- difiża minħabba li statistikament hu t-tieni tim li qala' gowls f 'din id-diviżjoni. Finalment Mosta Vikings hu l-uniku tim fil-MAFA li għadu ma kiseb l-ebda punt. Huma tilfu s-sitt konfronti li lagħbu u minkejja li f 'xi partiti kellhom wirjiet tajbin, ix-xorti mhux dejjem daħkitilhom. Minkejja kollox, huma mhux ħa jaqtgħu qalbhom u determinati li jġibu l-ewwel punti tagħhom tal-istaġun fil-partiti li ġejjin. KLASSIFIKA MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI Valletta St Pauls 16, Marsa St Michael 13, Żurrieq Sunrise 11, Qormi Hotspurs 9, Senglea Gunners 6, Balzan Youths 5, Versity AFC 4. KLASSIFIKA MAFA T-TIENI DIVIŻJONI San Ġiljan Saints, Valletta Stars 15, Balluta Barracudas 14, Tarxien AFC 10, Naxxar Victorians 9, Fgura Spartans 5, Mosta Vikings 0 27 sport illum • IL-ĦADD 1 TA' MARZU 2020

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 1 March 2020