Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1221483
(GTA) li qal illi anke f 'Għawdex is-sitwazzjoni hija ta' sfida kbira. "Inkwetanti ħafna, anke jekk is-suq huwa differenti minn dak ta' Malta," qal Muscat li qal ukoll li saru numru ta' kanċellazzjonijiet, kemm minn barranin u anke minn Maltin. "Is-sitwazzjoni qed tinbidel minn ħin għall-ieħor u allura ħafna qed jiddeċiedu li jħallu għall-aħħar," qal Muscat li sostna illi dan ifisser inċertezza. James Perry (Feltom) - 'Aħna l-aktar li ntlaqatna ħażin' Il-gazzetta ILLUM titkellem ukoll mal-Kap Eżekuttiv tal- Feltom, il-Federazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet li jgħallmu l-Ingliż bħala lingwa barranija, James Perry. "Is-settur tal-ivvjaġġar għal raġunijiet edukattivi l-aktar li qed jintlaqat ħażin," jgħid Perry li jispjega li dan ġara minħabba li qed ikun deċiż li vvjaġġar għal raġunijiet mhux neċessarji m'għandux isir. L-Italja fil- fatt, ikompli jispjega Perry, waqqfet b'mod komplet l-ivvjaġġar għal raġunijiet edukattivi. Iktar kmieni din il-ġimgħa intant il-Feltom qalet illi diġà kien hemm 4,000 kanċellazzjoni li qed jimu li se jwasslu għal telf ta' €1.4 miljun għall-industrija u €3.4 miljuni għall-ekonomija tal- pajjiż. Perry qal li l-isturdenti Ażjatiċi kienu diġà naqqsu qabel ġew Malta filwaqt li ċ-Ċina tneħħiet kompletament mil-lista tal- iskejjel li jgħallmu l-Ingliż. "Is-sitwazzjoni hija ħażina ħafna. Iktar minn kollox l-operaturi bħalissa qed jistaqsu jekk humiex se jkunu kapaċi jsalvaw, bl-aġenti u l-lukandi jitolbu lura l-flus li ħallsu dawk kollha li kkanċellaw." Philip Fenech (GRTU) -'Bejn assolutament diżastru u l-istess' Intant il-gazzetta ILLUM tkellmet ukoll mal-President tat- Taqsima tat-Turiżmu, Ospitalità u Divertiment tal-GRTU Philip Fenech. Fenech sostna li hemm differenzi bejn negozji u oħrajn. "Eżempju fejn jidħol postijiet tal- ikel, mir-riċerka li qed nagħmel, hemm min qalli li x-xogħol huwa 'assolutament diżastru', hemm oħrajn qalu li mhux tajjeb, filwaqt li oħrajn qalu li qishom bħas-sena l-oħra jew it inqas." "Jiġifieri din qed taffettwa ħażin lil negozji b'mod differenti. Li hu żgur huwa li l-operaturi qed jgħidu illi qed ikun hemm kanċellazzjonijiet, posponimenti kif ukoll qed jintilef l-interess," sostna Fenech. Huwa kompla jgħid iżda li issa jibda jonqsu l-flus fil-but tan- negozjanti u din tkun problema. Ifakkar illi l-Gvern ordna limiti fuq in-numru ta' persuni li jistgħu jkunu preżenti f 'attivtajiet tal- massa - 750 ġewwa u sa 2,000 barra. "Aħna mhux assolutiżmi rridu imma soluzzjonijiet razzjonali. Hemm bżonn inkunu kawti u nieħdu l-prekawzjonijiet kollha," qal Fenech. Huwa temm jgħid lil din il- gazzetta illi l-GRTU qed issegwi l-iżviluppi kollha li qed iseħħu u qed titlob lill-Gvern jiddiskuti affarijiet bħal pakketti ta' stimulu lil dawk kollha li qed ikunu affettwati ħażin bit-tixrid ta' din il-marda. coronavirus 09 illum • IL-ĦADD 15 TA' MARZU 2020 Tender Għall-Esportazzjoni u Kiri tal-Kwota tat-Tonn għas-Sena 2020 Esportaturi interessati għall-kiri u/esportazzjoni tat-tonn għas-sena 2020 li jistgħu jinġabru mill-uffiċini hawn taħt imsemmija. It- tender tagħlaq fis-27 ta' Marzu 2020 fil-11am Koperattiva Nazzjonali tas-Sajd Ltd 'Dar is- Sajjieda @ Xatt is-Sajjieda, M'Xlokk Tel: 21659391 Għaqda Koperattiva tas- Sajd Ltd 'Id- Dwana Xatt is-Sajjieda, M'Xlokk. Tel 21653826 ħafna ... in-negozju staġnat' Philip Fenech James Perry