Illum previous editions

ILLUM 12 April 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1234803

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 23

Għamlulek it-test u ħareġ negattiv? Xorta toħroġx Appell ieħor li tagħmel ta' spiss Gauci huwa indirizzat għal dawk il- persuni li jħossu s-sintomi, jagħmlu t-test u dan jirriżulta fin-negattiv. L-appell ta' Gauci lil min imur jagħmel it-test huwa biex l-ewwel u qabel kollox jibqa' d-dar sakemm jingħata r-riżultat. Fil-fatt, f 'waħda mill- konferenzi tagħha, Gauci qalet li kien hemm min ħareġ qabel irċieva r-riżultat. "Din hija riskjuża ħafna." Madanakollu, tkompli tappella Gauci, anke jekk persuna tirriżulta negattiv għall-coronavirus, xorta waħda ma għandhiex toħroġ. "Xi tip ta' virus jew mikrobu ieħor jista' jkun hemm u tista' tinfetta lil ħaddieħor ukoll," saħqet Gauci. 08 analiżi IL-ĦADD 12 TA' APRIL 2020 • illum Kuljum taġġornana u tiftħilna għajnejna; X'inhuma Qatt mhu biżżejjed biex infakkru l-appelli li qed jagħmlu l-awtoritajiet biex tkun ikkontrollata l-imxija tal- Covid-19. Il-gazzetta ILLUM tħares lejn l-aħħar appelli tas-Supretendent tas- Saħħa Charmaine Gauci YENDRICK CIOFFI Malli jdoqqu n-nofsiegħa, kulħadd qed ikun imwaħħal quddiem it-televiżjoni biex isegwi l-konferenza li tagħmel ta' kuljum is-Supretendent tas- Saħħa Pubblika, Charmaine Gauci, biex taġġorna dwar l-aħħar żviluppi b'rabta mal- Covid-19. Iżda apparti l-aġġornamenti, ta' kuljum, il-Professur Gauci twassal ukoll diversi appelli bil-għan li s-sitwazzjoni f 'Malta tinżamm taħt kontroll u biex l-awtoritajiet iżommu mal-istrateġija tagħhom li jidentifikaw minn kmieni l-każijiet biex ikunu jistgħu jwettqu b'mod aktar effettiv l-iżolament tal-pazjenti u jiġu identifikati persuni oħra li setgħu ġew esposti. Il-gazzetta ILLUM ġabbret flimkien l-aħħar appelli li għamlet il-Professur Gauci. Għandek sintomi ħfief? Tiddejjaqx u tibżax iċċempel il-111 Jekk ma tiflaħx mhux għax-xogħol biss ma għandekx tmur iżda lanqas ma għandek toħroġ u tiltaqa' ma ħaddieħor. Għal aktar minn darba, Charmaine Gauci appellat biex min iħoss xi sintomi ma jibżax iżda jċempel in-numru 111, anke jekk dawn ikunu ħfief. Anke jekk ħfief, jista' jagħti l-każ li s-sintomi jiżdiedu. "Jekk għandek sintomi respiratorji jew sintomi bħad-dijareja li ma jkollokx raġuni oħra għaliha, ċempel 111 biex aħna nkunu nistgħu nevalwaw il-kundizzjoni klinika u naraw kemm hija relevanti u fejn hemm bżonn nagħmlu t-testijiet," appellat is-Supretendent tas-Saħħa. Fil-fatt Gauci kemm-il darba saħqet li jinkwetawha mhux il-każi pożittivi iżda dawk il-każi li jibqgħu mhux identifikati għax ikun hemm min ma jitkellimx. Fi kliemha, dawn jistgħu jkunu n-nies li qed jitrasmettu l-virus. Ma tiflaħx? Taħsibha xejn u tmurx għax-xogħol! Jekk għadek mhux qed taħdem mid-dar, jew ma tistax taħdem mid-dar u qed tħossok ma tiflaħx, għall-ġid tiegħek u tal-kollegi tiegħek tmurx għax-xogħol, anke jekk għandek l-iċken sintomu. Fl-aħħar ġimgħa kellna diversi każijiet ta' persuni li baqgħu jmorru x-xogħol bis-sintomi għax ma kinux jafu li għandhom il- coronavirus. Meta għamlu t-test kien tard wisq għax persuni oħra fuq il-post tax-xogħol ġew esposti u anke huma rriżultaw pożittiv. F'każ minnhom seħħet dik li tissejjaħ second-generation transmission. Persuna li baqgħet tmur ix-xogħol bis-sintomi għaddiet il-virus lil tliet kollegi u dawn għaddewh lil żewġt iqraba. Ma għandux ikun hemm stigma fuq persuni li kellhom jew għandhom il-Covid-19 Hemm min qed jibża' u din il-biżgħa qed twassal għal stigma fuq dawk il-persuni li għandhom il-Covid-19 u li jistgħu jibqgħu jġorruha magħhom anke wara li jkunu fiequ. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tkellmet ukoll dwar dan u appellat li dan ma għandux ikun għax fi kliemha, il-Covid-19 huwa virus bħal kwalunkwe virus ieħor. "Bħalma taqbdek l-influwenza, jista' jaqbdek il-Covid," saħqet Gauci waqt li appellat biex il-pazjenti jingħataw l-appoġġ u mhux bil- kontra.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 12 April 2020