Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 18 of 31

19 letteratura illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 Fil-paġna letterarja ta' din il-ġimgħa, Kevin Saliba jiftaħ djalogu mal-kittieb, direttur teatrali u studjuż tar-reliġjon Dr. Tyrone Grima. It-taħdita tiftaħ b'diskussjoni rigward it-teatru mnebbaħ mill-ħidma soċjali – fil-kuntest tad-dramm Zayden – b'enfażi fuq il-ħtieġa li mid-dimensjonijiet soċjali ngħaddu għal dawk psikoloġiċi. Id-djalogu jkompli billi jistħarreġ iċ-ċelibat u l-lil hinn, qabelxejn billi jiffoka fuq it-tensjonijiet bejn is-sesswalità umana u r-reliġjon Kattolika fil-letteratura ta' Grima – għall- ewwel b'aċċenn qawwi fuq ir-realtajiet tal-persuni LGBTI u mbagħad b'referenzi komparattivi għall-qagħda tas-sesswalità fil-kulturi Orjentali u f'ċerti skejjel mistiċi Kristjani. Saliba jinterroga wkoll lil Grima dwar it-teoloġija apofatika tal-filosofa u mistika Franċiża Susan Weil u dwar l-aspetti teatriċi fir-ritwali reliġjużi u d-dimensjonijet spiritwali tat-teatru esperimentali. suġġett interesanti ħafna. Kif osservajt inti din stħarriġtha kważi fil-kitbiet kollha tiegħi. Minħabba diversi influwenzi fuq il-Kattoliċeżmu, fosthom ngħidu aħna l-miżinterpretazzjoni tat-teoloġija Pawlina, l-influwenza tal-filosofija Agostinjana u iktar tard il-Ġanseniżmu (li anki jekk l-Instituzzjoni tal-Knisja kkundannatu, xorta waħda ħalla influwenza kbira fid-dinja Kattolika) hemm diversi testi fejn tispikka ċerta integrazzjoni bejn l-erotiku u l-ispiritwali. Il-kitbiet mistiċi, b'mod partikulari dawk Medjavali imma anke oħrajn li ġew iżjed tard, jagħtu stampa differenti. F'moħħi dal-ħin qed jiġuni l-poeżiji ta' San Ġwann tas-Salib, fejn hemm element omoerotiku qawwi. Ovvjament f 'dal-każ ix- xewqat ta' natura erotika huma indirizzati lejn Ġesù. Imma minkejja t-twemmin fuq in- natura Divina ta' Kristu, dawn il-mistiċi jisħqu wkoll fuq il-persuna umana tiegħu. Mhux ta' b'xejn allura li dawn il-kitbiet mhux dejjem ġew aċċettati minnufih mill-Instituzzjoni. Father Paul għandu żewġ elementi importanti fil-karattru. Hemm l-aspett appostoliku – fil-każ tiegħu ribelluż. Ma jibżax jeħodha kontra l-istatus quo tal- Knisja, anke fit-tagħlim dwar il-moralità. U dan mhux għax huwa xi enfant terrible imma għax jemmen illi b'hekk biss jista' jagħmel iktar ġid. Għandu l-ħila jagħraf il- vulnerabbiltà tiegħu u jesprimi ruħu dwarha, saħansitra fil-pubbliku. Jaħasra, mhux li kien li għadd ta' saċerdoti f 'pajjiżna mqar jaslu sa dan il-livell. Imma mbagħad hemm ukoll l-aspett mistiku li jispikka fl-aħħar parti tan- narrativa. Ma naħsbix li nistgħu nippreżentaw lil Father Paul bħala mudell ta' integrazzjoni. Fil-fatt l-element tal-erotiku, minkejja l-ħidma appostolika, fil-ħajja intima tiegħu xorta waħda baqa' għajn ta' turbulazzjoni. Xi wħud jinterpretaw id-deċiżjoni li jieħu fl-aħħar, jiġifieri li jmur f 'art missjunarja wara l-esperjenza mistika li jġarrab fuq l-għolja (esperjenza li qatt ma tiġi deskrita jew spjegata fir-rumanz), bħala ħarba skjetta mill-integrazzjoni. Jista' jkun illi n-ninfi tal- pjaċir Father Paul kien għadu jarahom bħala demonji u ma kienx għadu għaraf l-aspett anġeliku tagħhom. Dan l-aħħar temmejt id-dottorat tiegħek fi ħdan il-Fakultà tat-Teoloġija b'teżi fuq il- filosfa, mistika u attivista soċjali Franċiża Simone Weil. Qabelxejn nifraħlek. Ngħodd lil Weil b'waħda mill-iżjed mistiċi u teologi interessanti tas-seklu 20. Fil-kostituzzjoni tat-teoloġija apofatika ta' Weil nistgħu nidentifikaw – mhux bilfors bis-sħiħ iżda xorta waħda bis-sod – bosta traċċi ċari ta' kurrenti ewlenin ta' ħsieb reliġjuż, bħal ngħidu aħna t-Teoloġija tal-Proċess tal- filosofu Ingliż Alfred North Whitehead kif ukoll il-via negativa ta' Meister Eickhart u ta' San Ġwann tas-Salib. Nidentifika wkoll ċerti aspetti tal-Buddiżmu Zen kif mium minn Daisetsu Teitaro Suzuki u minn xi esponenti tal-Iskola ta' Kjoto. Nilmaħ ukoll ċerti Upanisadi. Fid-dawl ta' dan, forsi ċerti skulari reliġjużi jitħajru jinkwadraw lil Weil bħala esponenta Oċċidentali tal-Filosofija Perenni. Iżda le – minkejja l-interess tagħha f 'bosta djien – fosthom Eġizzjani, Elleniċi, Vediċi u Buddisti – Weil wissiet bosta drabi rigward it-tendenzi sinkretiċi li kienu qed jirrankaw fi żmienha fl-Ewropa u lil hinn minnha, l-iżjed fl-istudji u fil-prattiki tar- reliġjon komparattiva. L-argument ta' Weil kien illi s-sintetiżizzazzjoni għandha ħabta tisfratta l-attenzjoni filwaqt illi tiżvaluta l-partikularità inerenti ta' kull reliġjon indvidwali. Imbagħad intant ma riditx titgħammed fil-Knsija Kattolika minħabba l-ġibda li kellha għad-djien non-Kristjani. Nistqarr miegħek illi f 'dar- rigward partikulari Weil iddiżappuntatni ħafna. Bħala skular ta' Weil, kif tinterpreta dit-titubanza tagħha? Ngħid għalija ma ngħoddhiex b'titubanza. L-ewwel nett iridu nimu li l-ispirtwalità ta' Simone Weil hija Kristoċentrika. Ir-realitijiet spiritwali l-oħra li semmejt int, fil-ħsieb tal- filsofa Franċiża jilħqu l-qofol tagħhom fl- esperjenza tal-Inkarnazzjoni – realtà tant sabiħa f 'għajnejnha li skontha bilfors seħħet kemm-il darba qabel il-famuża ġrajja ta' Betlem. Għalhekk dan il-Misteru, dejjem f 'għajnejn Weil, seħħ ukoll fil-kuntest ta' esperjenzi spiritwali oħra bħal fil-ġrajja ta' Osiris fiċ-ċiviltà Eġizzjana jew f 'dik ta' Apollo fid-dinja Klassika. L-Inkarnazzjoni għandha faxxinu profond fis-sensibbiltà ta' Weil għax fiha għarfet l-aspett tad-diminuzzjoni: mhux prinċipju Divin li juri l-glorja kollha tiegħu imma li jixxejjen billi jinħeba fil-ġuf ta' mara biex imbagħad jitwieled fil-belt minsija ta' Betlem. Kien minħabba dawn ir-raġunijiet, fost oħrajn, li Weil ma setgħetx titgħammed. Ma setgħet qatt taqbel ma' ċertu prinċipju li kien għadu b'saħħtu fil-Knisja ta' żmienha, voldieri dak tal-anathema sit. Fuq kollox imbagħad ma setax taċċetta l-aspetti iktar ostentivi li dika il-ħabta kienu tant qawwijin fl-Instituzzjoni. Fuq kollox id-deċiżjoni li ma titgħammidx – konklużjoni li damet taħsibha ħafna – ħaditha għax ħasset illi din kienet sejħa biex tibqa' fil-perferija tas-soċjetà mal- pariah illi minħabba diversi raġunijiet ma setgħux jitgħammdu. Bħala kittieb u direttur teatrali għandek interess partikulari fir-relazzjoni bejn l-ispiritwalità u t-teatru. Dan ir-rapport għandu għeruq antikissimi, tant li ċerti skulari jirrintraċċawh s'erbat elef sena lura fir-rappreżentazzjonijiet teatrali annwali taċ-ċiviltà tal-Eġittu tal-Qedem, fosthom in-narrattivi passjonali tal-alla Osiris. Nistgħu ninnotaw elementi teatrali qawwija fir-ritwali spiritwali kollha, mhux biss f 'dawk eżoteriċi iżda wkoll f 'dawk popolari. M'hemmx għalfejn immorru 'l bogħod: dan nistgħu nosservawh fl-ibliet u fl-irħula tagħna kuljum fid-diversi stadji taċ-ċelebrazzjoni tal-Quddiesa. Maż- żmien saru jappellaw ferm iżjed għalija l-Movimenti drammatiċi taż-żfin sagru ta' George Gurdjieff jew inkella ċerti prattiki drammatiċi tad-dixxiplini mediċinali tat- Taoiżmu. Nimmaġina li f 'did-dimensjoni forsi inti ssibek iżjed komdu fil-prattiċi parateatrali u fid-Drama Oġġettiva tad- drammaturgu Jerzy Grotowski. Hu x'inhu it tax-xhur ilu ttantajna nlaqqgħu xi it minn dan kollu fl-esperimenti tagħna bil-movimenti koereografiċi stil Butoh mmexxija miż-żeffiena Ġappuniża Yuko Kominami. Fid-dinja sekulari, materjalista u mekkanistika tal-lum, dan ir-rapport trasformattiv bejn l-ispiritwali u t-teatrali sar ferm inqas evidenti u produttiv, l-iżjed għax f 'bosta bnadni s-seħer drammatiku tar-ritwal reliġjuż donnu tilef ħafna mill- ħakma li kellu fuq l-immaġinarju spiritwali kollettiv tal-bniedem. X'ġejjieni spiritwali jista' jkollna bħala speċi f 'xenarju fejn dan kollu, almenu fil-biċċa l-kbira baqa' jiżvolġi biss fl-imkejjen sotteranji spiss stramani (biex insejħulhom hekk) tat-teatru esperimentali? Hawnhekk ma naqbilx miegħek. Taħseb li l-element spiritwali jinsab biss fit-teatru esperimentali? Kif naraha jien, l-essenza ontoloġika tal-esperjenza teatrali minnha nfisha hija waħda spiritwali. It-teatru huwa mezz ta' kif aħna, permezz tal-fiżiku, nimu iktar ir-realtà antropoloġika. Paradossalment huwa proprju permezz ta' dan illi t-teatru jmur lil hinn minnu nnifsu. Ovvjament l-espressjoni ritwalistika, almenu sa ċertu punt, sirna narawha inqas. Imma anke din forsi hija kontestabbli għax fl-aħħar mill- aħħar ir-ritwali – kemm privati u kemm kollettivi – jinbidlu u jinħolqu maż-żmien skont iċ-ċirkustanzi. Fit-teatru nfittxu espressjonijiet ritwalistiċi li jkunu relevanti għall-udjenza kontemporanja fir-realtà kurrenti li tkun qed tgħix fiha. Huwa forsi minħabba din ir-raġuni li minkejja kollox l-aspett spiritwali jinħass b'mod iktar qawwi u awtentiku f 'xi esperjenzi teatrali iktar milli fil- Quddies, għax fiċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika donnu tlifna t-tfittxija għall-espressjonijiet u forsi anke għal strutturi li jwassluna għat- traxxendenza b'modi relevanti għal żmienna. Wara kollox, kien propju dan li sejjes il-kobor tal-esperimenti ta' diretturi teatrali kbar bħal Jerzy Grotwoski u Peter Brook. Għalhekk huwa imperattiv illi t-tfittxija tagħna biex nesprimu l-ispiritwali tibqa' dejjem prijorità, sew fit-teatru – sija dak esperimentali u sija dak mainstream – u sew fiċ-ċrieki reliġjużi u sekulari.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020