Illum previous editions

ILLUM 10 May 2020

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1245210

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

I llum niċċelebraw festa għażiża ħafna għalina l-Maltin, Jum l-Omm. Ġur- nata li fiha niċċelebraw l-għożża u l-imħabba tal-omm. Hija wkoll ġur- nata ta' emozzjonijiet imħallta għal nies differenti iżda xorta waħda hija ġurnata li fiha niċċelebraw is-sbuħija tal-imħabba tal-omm. Din is-sena se niċċaħħdu milli nkun qrib l-ommijiet speċjalment jekk dawn huma anzjani. Il-Covid-19 qed iżżommna 'l bogħod minn xulxin iżda żgur mhux il-bogħod minn qalbna. Wieħed jiem kemm ġurnata bħal din tista' tkun għafsa ta' qalb għal min ikun tilef lill-ommu iżda huwa jum ta' għożża fil-memorja biss. Mill-banda l-oħra min jaf kemm hija iebsa din il-ġurnata għal dik l-omm li tkun tilfet lil xi ħadd minn uliedha bħalma rajna żewġ żgħażagħ jitilfu ħajjithom din il-ġimgħa, waħda minnhom b'inċident tat-traffiku. Ġurnata bħal-lum tista' tkun ġurnata li fiha tkun għafsa ta' qalb għal dik il-mara li tixtieq issir omm u ma tistax u għalhekk huwa importanti li naraw l-avvanz tal- mediċina bil-proċess tal-IVF li tkompli tgħin biex aktar nisa jsiru ommijiet. Matul din il-ġimgħa fil-Parlament iddiskutejna l-ħidma tal-Awtorita dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni u smajna kemm sar xogħol f 'dan il-qasam f 'dawn l-aħħar snin. Wieħed irid isemmi wkoll l-għajnuna li ntroduċa l-gvern biex jgħin lill-ġenituri fiż-żmien meta jkunu għaddejjin minn proċess ta' addozzjoni. Bosta huma dawk li jieħdu dan il-pass li saħansitra iwassalhom f 'pajjiżi mbegħda biex jaddottaw tifel jew tifla. Mument ieħor ta' għożża li nemmen li għandna nagħtu kull sostenn. Ġurnata bħal-lum insellem ukoll lil dawk li jidħlu għall-impenn ta' foster parents. Il-fostering jagħti ġenituri, jagħti omm lil tfal li jeħtieġu għożża.. Dan ukoll huwa mod kif wieħed jaqsam l-imħabba ta' omm lil min jeħtieġ aktar wens. Li niċċelebraw dan il-jum mhuwiex sempliċiment jum ta' darba fis-sena iżda xhieda ta' kemm aħna l-Maltin ngħożżu lill-ommna. Tant inħobbu lill-omm li anke lil pajjiżna fl-Innu Nazzjonali nsejħulu "l-omm li tagħtna isimha". 75 sena ilu It-8 ta' Mejju 1945 kienet il-ġurnata li fiha intemmet għal kollox it-Tieni Gwerra Dinjija, gwerra li f 'pajjiżna ħasdet tant ħajjiet, wasslet biex il-Maltin ta' dak iż-żmien ibagħtu l-ġuh u jfittxu l-kenn mill-bombi tal-għadu fix-xelters imħaffra fil-blat. Gwerra li warajha ħalliet ħerba sħiħa l-aktar fin-naħat viċin il-Port il-Kbir. Iż-żmien ta' wara l-gwerra kien żmien diffiċli ferm kemm għal pajjiżna kif ukoll għall-bqija tal-Ewropa, żmien li fih il-mexxejja Ewropej fehmu illi it-triq il-quddiem m'għandhiex tkun dik tal- kunflitt u tal-gwerer iżda il-paċi, stabbilta, koperazzjoni u solidarjeta. Bosta pajjiżi fl-Ewropa għal żmien twil batew l-għaks u kellu jkun l-investiment kbir permezz ta' flejjes mogħtija mill- Istati Uniti magħruf bħala l-Marshall Plan biex il-pajjiżi Ewropej jibdew iqumu fuq saqajhom. Għal pajjiżna, li kien għadu taħt il-ħakma tal-Ingliżi, ir-rikostruzzjoni kienet impenn diffiċli li ħa ħafna snin iżda bis-saħħa tal-Gvern Laburista tal- 1947 pajjiżna anke beda jara l-ewwel servizzi soċjali. Dan kien il-bidu tal-qafas soċjali li ngawdu minnu llum. Il-pajjiżi fil-kontinent Ewropew li għal ħafna snin iġġieldu kontra xulxin bdew ifasslu istituzzjonijiet biex jiffaċilitaw aktar il-kooperazzjoni ta' bejniethom. Id-dikjarazzjoni ta' Schuman fid-9 ta' Mejju 1950 kienet il-bidu tat-triq biex fl-Ewropa inbniet l-Unjoni Ewropea. Dak kollu li seħħ tul dawn l-aħħar snin juri biċ-ċar illi t-triq il-quddiem għall-pajjiż Ewropej u anke lil hinn minnhom hija l-kollaborazzjoni u s-solidarjeta bejn il-pajjizi. L-isfidi kbar li ġabet magħha l-pandemija Covid-19 jistgħu jingħelbu bil-ħidma tal-pajjiżi li jikkordinaw l-isforzi tagħhom flimkien. Il-qawmien ekonomiku tal-pajjiżi Ewropej li jiffurmaw is-Suq Wieħed tal-Unjoni Ewropea se jiddependi ħafna minn kemm kull stat membru jingħata sostenn biex jerġa' jqum fuq tiegħu. Bl- sitess mod l-isfidi tal-bidla fil-klima, aktar diġitalizazzjoni tal-ekonomiji u realtajiet oħra bħal dawk tal-immigrazzjoni jistgħu jiġu indirizzati b'suċċess skont kemm naħdmu flimkien. Filwaqt illi bħala pajjiż se nkomplu mmexxu l-aġenda favur pajjiżna, irridu nwasslu l-messaġġ illi l-isfidi li għandna bħalissa jistgħu jingħelbu jekk il-pajjiżi l-kbar u ż-żgħar jaħdmu flimkien u jekk verament is-solidarjeta titħaddem fil- prattika. 23 opinjoni Jum l-Omm - Jum ta' għożża illum • IL-ĦADD 10 TA' MEJJU 2020 Stefan Zrinzo Azzopardi huwa Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi Li niċċelebraw dan il-jum mhuwiex sempliċiment jum ta' darba fis-sena iżda xhieda ta' kemm aħna l-Maltin ngħożżu lill-ommna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 10 May 2020